Legislature:
Category:
Reset
Active:

Higher Secondary – Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ studenti tal-Higher Secondary fin-Naxxar li applikaw u/jew attwalment għamlu l-eżamijiet tal-livell ta’: a. Intermediate; u b. Advanced, fis-suġġetti kollha li ġew offruti fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kien in-numru ta’ studenti li kellhom A, B, C u D f’dawn l-eżamijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ student reġistrati matul is-sessjonijiet ta’ Mejju u Settembru tas-snin 2022, 2023 u 2024; Sena Total ta’ studenti reġistrati 2022 3,924 2023 2,488 2024 2,720

MCAST – studenti tal-ewwel sena li rriżenjaw minn korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu għadhom fl-ewwel sena mill-perjodu ta' Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST – studenti tat-tieni sena li rriżenjaw minn korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu jinsabu fit-tieni sena mill-perjodu ta' Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Għalliema fl-iskejjel tal-Istat fil-livell Medju/Sekondarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel tal-Istat fil-livell medju/sekondarju li qegħdin jgħallmu aktar mill-massimu li tippermetti l-load u jitħallsu għal kull lezzjoni żejda? Jista' jgħid f'liema suġġetti dan qed isir u x'inhi r-remunerazzjoni għal kull lezzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Nazzjonali tal-Isport – għalliema neqsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema neqsin fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jekk iva, jista' jelenka f'liema suġġetti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm għalliem wieħed nieqes.

Laptops lit-tfal tas-7 u t-8 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jitqassmu l-laptops lit-tfal li jinsabu fis-7 u fit-8 sena fl-iskejjel kollha bħalma kien imwiegħed?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-tender rigward laptops għall-istudenti tas-7 u 8 sena jinsab quddiem il-Bord tar-Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi sabiex tingħata deċiżjoni rigward appell minn wieħed mill-offerenti.

Skejjel – Nuqqas ta’ Clerical Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skejjel li għandhom nuqqas ta’ clerical staff? Jista' jgħid liema huma dawn l-iskejjel u kemm ilhom nieqsa għal kull skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 10 skejjel li għandhom clerical staff nieqsa.

Trattament mediku għall-annimali midruba miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19439 u jispjega xi ftehim ser ikun hemm issa mad-Direttorat tal-Annimali meta dawn ser ikunu qed jiġbru l-annimali midruba mit-triq? Jista’ jgħid ukoll minn liema budget ser ikunu qed jitħallsu dawn l-ispejjeż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19443.

Educational psychologist assessment — Lista ta’ stennija

Question

Fid-dawl li l-proċess ta' assessment minn educational psychologist għat-tfal tal-iskola huwa wieħed kontinwu u rigoruż, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew biex isirilhom dan l-assessment? Jista' jgħid ukoll x'inhi d-data tal-iktar referral antika bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa qed issir ħidma sabiex jintemm il-proċess tal-assessjar u b'hekk jiġu assessjati 108 student minn educational psychologist.

Matematika, Ingliż u Malti — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ġabu r-riżultat 1-7 u U fil-Matematika, fl-Ingliż u fil-Malti, miċ-Ċentri tal-Eżamijiet diversi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġabu bħala persentaġġ tas-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2024 kien hemm total ta’ 5,752 student li applikaw għall-eżami tal-Matematika, 5,097 student li applikaw għall-eżami tal-Ingliż u 4,601 student li applikaw għall-eżami tal-Malti.

Skejjel tal-Istat – Kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7593, 11521, 11811 u 12287 jista' Ministru jgħid jekk minn meta rrisponda l-aħħar mistoqsija, u ċjoè fis-17 ta' Ottubru 2023, kienx hemm xi istruzzjonijiet ġodda dwar ir-rati li qed jiġu ċċarġjati mill-iskejjel tal-Istat għall-kiri tas-swali tal-iskejjel lil għaqdiet volontarji u li ma joperawx għal qligħ? F'każ illi fl-affermattiv, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istruzzjonijiet il-ġodda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel Primarji tal-Istat – għalliema — riżenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw għalliema (fil-grad ta' Teachers f'kull scale) fl-ewwel term tas-sena skolastika 2024/2025 mill-iskejjel primarji tal-Istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel primarji bħalissa hemm total ta’ 1,140 għalliem. Għal din is-sena skolastika ġew ingaġġati 43 għalliem ġdid filwaqt li s’issa rriżenjaw 11-il għalliem mill-iskejjel primarji tal-istat.

Skejjel Medji/Sekondarji tal-Istat – għalliema — riżenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw għalliema (fil-grad ta' Teachers f'kull scale) fl-ewwel term tas-sena skolastika 2024/2025 mill-iskejjel medji/sekondarji tal-Istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel Medji/Sekondarji bħalissa hemm total ta’ 2,006 għalliem. Għal din is-sena skolastika ġew ingaġġati 125 għalliem ġdid filwaqt li s’issa rriżenjaw 23 għalliem mill-iskejjel Medji/Sekondarji.

MCAST — Bachelors of Science Honours in Nursing Studies - Ħlasijiet għall-placements

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23420 u jgħid jekk il-payslip għall-ħlasijiet għall-placements li saru mill-perjodu bejn it-22 ta' April 2024 u l-31 ta' Lulju 2024 mill-istudenti tal-MCAST li qed isegwu Bachelors of Science Honours in Nursing Studies ingħatatx? Jekk le, għaliex ma ngħatatx u meta ser tkun qed tingħata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li tali ħlas jiġi mgħoddi permezz tas-SEPA, u li dan jiġi affetwat direttamewnt mill-Bank Ċentrali ta’ Malta. Infurmat li payslips ma jinħarġux għax dan il-ħlas ma jaqax fil-kategorija tas-salarji.

Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja – Tender għal Arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22015 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19651, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħruġ ta’ tender u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li għadhom għaddejin ix-xogħlijiet neċessarji sabiex jinħareġ it-tender.

Università ta’ Malta – lectures kanċellati — rendikont

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżammx rendikont dettaljat tal-lectures li jiġu kkanċellati jew posposti matul is-sena akkademika fl-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.