Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorati tal-Edukazzjoni — sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' sick leave meħud mis-sezzjonijiet li jaqgħu taħt iż-żewġ Direttorati tal-Edukazzjoni, xahar b'xahar matul din is-sena, sezzjoni b'sezzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ammont globali ta’ sick leave meħud mis-sezzjonijiet (man-days) li jaqgħu taħt iż-żewg Direttorati ta’ l-Edukazzjoni flimkien, xahar b’xahar, bejn Jannar u Settembru, 2008, hu kif jidher hawn taħt: XAHAR MALTA GĦAWDEX Jannar 6322 645 Frar 6196 572 Marzu 4138 451 April 6085 625 Mejju 6050 514 Ġunju 2897 321 Lulju 631 92 Awwissu 394 60 Settembru 827 92 Total 33,540 3,372 Ma tinżammx statistika separata għas-Sezzjonijiet.

Mature Students — Sponsorship/allowance

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3850, tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti hemm biex mature students jibqgħu impjegati f'istituzzjoni/kumpannija pubblika, parastatali, tal-Knisja jew privata? Jingħata xi sponsorship jew allowance biex jagħmel tajjeb għal dan minn naħa tal-Università u/jew minn min iħaddem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li uffiċjali pubbliċi jingħataw opportunitajiet ta’ taħriġ kemm f’Malta kif wkoll barra. Għal dan il-għan, jitsgħu jingħataw study leave bi ħlas jew bla ħlas, kif wkoll benefiċċji oħra skond kif ipprovdut fil-Manual on Staff Development in the Public Service.

Każ ta' Diploma

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-ġuvnott li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u tara għaliex wara sentejn dan għadu ma rċeviex il-BTEC diploma in electrical and electronics?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-persuna li isimha ntbagħat separatament kien juri li hu weħel minn wieħed mill-units tal-First Diploma u ghalhekk ma kienx eligibbli biex jigi iċċertifikat. F’Jannar ta’ 2008 l-istudent għamel talba għall-reviżjoni tal-grad, liema talba giet milqugħa pożittivament. L-istudent kien infurmat b’dan il-bdil fil-grad immedjatament. B’rizultat ta’ dan saret talba lill-Edexcel biex joħroġlu ċ-cċertifikat u dan wasal fi żmien ftit xhur. Mal-wasla taċ-ċertifikat kien skopert li dan ma kellux il-logo ta’ l-MCAST u għalhekk kellu jintbagħat lura immedjatament għal sostituzjoni. Dan iċ-ċertifkat għadu ma wasalx minkejja li saru ħames talbiet.

Learning support assistants

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' learning support assistants li fil-fatt huma impjegati bħalissa mal-Ministeru tal-Edukazzjoni? F'liema skejjel, individwalment, u kemm f'kull każ hu n-numru ta' assistants impjegati f'dawn l-iskejjel? Kemm hu n-numru ta' studenti li qed igawdu minn dan is-servizz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hemm total ta’ 1271 Learning Support Assistants li minnhom 451 huma regolari u 820 huma supply. Dawn il-Learning Support Assistants huma mqassma fi skejjel primarji, sekondarji u skejjel/ċentri speċjali u sommarji, kif inhu indikat fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalissa hemm total to 1585 student statemented fl-iskejjel mainstream ta’ l-istat li qed igawdu minn dan is-servizz, u li huma mqassma hekk: 923 fl-iskejjel primarji, 723 fl-iskejjel sekondarji u 19 fis-settur post-sekondarju. Minbarra dawn, hemm wkoll 255 student oħra fl-iskejjel speċjali.

Gardening Unit — imprest driver

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex individwu, li qiegħed bħala imprest driver mal-gardening unitma ntalabx jirrifondi flus li huma dovuti lid-Direttorati tal-Edukazzjoni u li huma konsiderevoli, meta sa mill-1987 sa kmieni din is-sena kien qed jiġi mħallas bir-rata ta' imprest truck driver u minflok it-truck dan l-individwu fl-987 kien daħħal van? Biex tkompli taggrava s-sitwazzjoni, dan l-istess individwu jirrifjuta kontinwament li jgħabbi inġenji tal-ġardinara jew inkela skart goff bħal żbir tas-siġar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li malli d-Dipartiment konċernat sar jaf li kien qed ikun ipprovdut servizz ta’ van flok truck, saru l-arranġamenti meħtieġa biex titħallas ir-rata applikabbli. Għandu jingħad li waqt li l-ispejjeż tal-fuel tat-trucks ma jkunux rifużi, is-sewwieqa li jipprovdu servizz ta’ van huma ntitolati għall-ħlas ta’ fuel użat fuq xogħol tal-Gvern. Fil-każ in kwistjoni kien stabbilit li l-individwu msemmi, għalkemm tħallas rata oghla, qatt ma tħallas tal-fuel li kien ikun intitolat għalih kieku tħallas bir-rata ta’ van. Ma wasal l-ebda rapport li xi individwu irriffjuta li jagħmel xi xogħol li kien ordnat jagħmel.

Spejjeż pendenti ta' ponsjetti u indoors plants

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż hemm pendenti ma' suppliers tal-ponsjetti u indoor plants in konnessjoni mal-perijodu tal-Milied 2007, meta nxtaw numru konsiderevoli ta' fjuri tal-ponsjetta u indoor plants, xi uħud minnhom għal prezz ta' madwar LM 20 li kienu ingħataw lil konstitwenti ta' persuna fil-Ministeru tal-Edukazzjoni bħala omaġġ għall-Milied?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Ministeru m’għandux kontijiet pendenti dwar is-suġġett imsemmi.

Gardening Unit — requisitions forms għal materjal

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm requisitions forms ġew preżentati matul din is-sena mill-gardening unit għal materjal biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu u kemm minnhom ġew aċċettati? X'kienu ir-requests oġġett b'oġġett u kemm kien il-valur globali tagħhom? Min kienu s-suppliers u kemm intnefqu flus għand kull supplier?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li matul din is-sena ġew ippreżentati 45 requisition forms mill-Gardening Unit għall-materjal biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu. Minnhom gew aċċettati 43. Lista tar-requests oġġett b’oġġett, kemm kien il-valur globali tagħhom, min kienu s-suppliers u kemm intefqu flus għand kull supplier, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorat għas-Servizzi Edukattivi — gardening unit - ġardinara

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm s'issa hemm ġardinara mill-gardening unit taħt id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi li ġew ingaġġati mal-Kulleġġi? X'qed iżomm li aktar ġardinara ma jiġux detailed permanentement mal-kulleġġi kollha? Min jeħodha deċiżjoni bħal din?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ebda Kulleġġ ma għandu ġardinara allokati miegħu, għalkemm hemm xi ġardinara allokati ma’ xi skejjel. Il-ħsieb li dan isir qiegħed hemm u dan jiġi mwettaq fil-qafas tar-Riforma tal-Edukazzjoni. Din id-deċizjoni ittieħdet mid-direzzjoni tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.

Direttorati tal-Edukazzjoni — fondi allokat għal xiri ta' stores

Question

Tista' l-Ministru tagħti dettalji ta' kemm hemm fondi allokati għal xiri ta' storesgħal użu tad-Direttorati tal-Edukazzjoni għas-sena 2008? Kemm diġà intnefqu minn din l-allokazzjoni u x'kienu l-affarijiet li inxtraw, oġġett b'oġġett? Kemm minn dak li nxtara tqassam u lil liema units?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ammonti allokati għal stores u l-infieq minn dawn l-allokazzjonijiet għas-sena 2008 huma hekk: ItemAmmont Allokat €Ammont Minfuq € Operating Materials & Supplies 63,23053,121 Cleaning Materials & Supplies5,1804,804 Sundry Materials & Supplies8,5008,126 Stationery34,20026,265 IT Consumables9,6759,534 120,785101,850 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-listi ta’ l-affarijiet li nxtraw għad-Direttorati għall-Edukazzjoni, oġġett b’oġġett, kif tqassmu u lil liema units tqassmu.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Vetturi Mixtrija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Tista' tgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Arkivji tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex jinstab post adegwat li fih tinbena binja ġdida li tkun tista' tiġbor fiha l-arkivji kollha li jinsabu mifruxa f'diversi binjiet tal-Gvern? Liema huma l-arkivji kollha li għandu l-Gvern bħalissa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fil-preżent l-Arkivji Nazzjonali joperaw minn tliet siti li huma, ir-repożitorju ċentrali fil-binja ta’ Santu Spirtu fir-Rabat, ir-repożitorju legali ġewwa l-Banca Giuratale fl-Imdina, u r-repożitorju ta’ Għawdex ġewwa triq il-Vajringa, Victoria. Minn barra dawn, il-liġijiet preżenti jipprovdu wkoll għall-Arkivji Notarili, li joperaw minn Triq Mikiel Anton Vassalli u Triq Kristofru fil-Belt Valletta, kif ukoll għar-Reġistru Pubbliku. Arkivji oħra żgħar, li f’ ħafna kazi mhux koperti b’ ligi ad hoc, qegħdin fil-proċess li jgħaddu d-dokumenti tagħhom lill-Arkivji Nazzjonali. Rapport dettaljat dwar l-istat ta’ l-arkivji f’ Malta għadu kif ġie pubblikat mill-Kunsill għall-Arkivji Nazzjonali. Fil-preżent qed isiru studji sabiex tiġi ndirizzatal-problema ta’ nuqqas ta’ spazju fl-Arkivji Nazzjonali u jekk hux il-lok ta’ bini ġdid sabiex jilqa servizz ċentralizzat.

Direttorati tal-Edukazzjoni — Pożizzjoniet vakanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'pożizzjonijiet hemm vakanti fl-strati kolla tad-Direttorati tal-Edukazzjoni u kemm ilhom vakanti? X'inhi r-raġuni li dawn ma ġewx mimlijin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Inter. fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti tal-Università — riċerka fl-iskejjel tal-istat

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm applikazzjonijiet saru minn studenti tal-Università u istituzzjonijiet oħra biex jagħmlu riċerka fl-iskejjel tal-Istat, matul dawn l-aħħar ħames snin? F'liema oqsma ta' studju saret din ir-riċerka?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li mill-bidu ta’ Jannar 2003 sal-21 ta’ Ottubru, 2008, saru 1,468 applikazzjonijiet minn studenti ta’ l-Universita’ ta’ Malta u istituzzjonijiet oħra biex jagħmlu riċerka fl-iskejjel ta’ l-Istat. Se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ l-oqsma ta’ studju li fiha saret ir-riċerka.

Direttorati tal-Edukazzjoni — database

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huwa jew huma l-uffiċjali inkarigati mid-database tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm ilha li nbdiet din id-database? X'forma ta' security clearance għandhom dawn l-uffiċjali? Ma' liema links oħra għandha konnessjoni din id-database? X'budget għandha din is-sezzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel tal-istat — Capital Imprest Funds

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi organogram tas-Sezzjoni tal-Inventarju tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Barra minn hekk, tista' tgħid x'mezzi għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurzaw l-importanza tal-inventarju ġewwa kull skola tal-istat? X'qed isir minn din is-sezzjoni biex jassiguraw li l-affarijiet li jinxtraw mill-iskejjel permezz tal-Capital Imprest Funds li jingħata kull sena lilhom, jidħol fl-inventarju tal-iskola? Din is-sezzjoni iżżomm kopja tal-inventarji ta' kull skola tal-istat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmata li s-Sezzjoni ta’ l-Inventarju minn żmien għal żmien tibgħat kopji ta’ ċirkolari fuq l-inventarji u tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-iskejjel sabiex jinfurzaw l-importanza ta’ l-inventarju ġewwa kull skola ta’ l-istat. L-istaff ta’ din is-Sezzjoni jiżgura li l-inventarju jkun dejjem aġġornat u kull skola hija meħtieġa li tibgħat lista ta’ l-inventarji aġġornata darba kull sitt xhur. Minn żmien għal żmien, isiru spezzjonijiet fl-iskejjel sabiex ikun aċċertat illi l-inventarju qed jinżamm skond ir-regolamenti finanzjarji u li qed jidħlu l-assi kollha li jkun nxtraw mill-Capital Imprest Funds. Is-Sezzjoni ta’ l-Inventarji żżomm kopja ta’ l-inventarju ta’ kull skola ta’ l-istat f’Malta.

Dipartiment tal-Quality Assurance — oġġettivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif inhu strutturat id-Dipartiment tal-Quality Assurance? X'inhuma l-oġġettivi għal din is-sena ippjanati minn dan id-dipartiment? Kemm attenda laqgħat jew konferenzi barra minn Malta id-Direttur ta' dan id-dipartiment matul is-sena? Meta u fejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Dipartiment tal-Quality Assurance bħalissa hu kompost minn Direttur. Miegħu se jkollu tliet assistenti diretturi. L-għanijiet prinċipali għal din is-sena (minn Frar 2008) huma: 1. L-evalwazzjoni u proposti fuq il-Performance Management Programme (PMP) ta’ l-għalliema. 2. L-Evalwazzjoni tas-sistema ta’ awditjar estern (external audits). 3. L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ għajnuna lill-iskejjel u kulleġġi fuq evalwazzjoni interna (internal self-evaluation). 4. It-taħrig għan-nies fid-dipartiment fuq l-awditjar. 5. It-taħriġ ta’ l-għalliema waqt l-induction phase. 6. It-taħriġ għall-kapijiet u assistenti kapijiet ta’ l-iskejjel statali, skejjel tal-Knisja u l-indipendenti fuq aspetti differenti kemm waqt l-induction u fuq livell ta’ CPD. Id-direttur attenda żewg konferenzi: 1. Fl-Alma Mater Universita’ di Bologna, Bologna, l-Italia fit-13 ta’ Mejju, 2008. 2. Għat-“25th Meeting of the European Network of Policy Makers for the evaluation of Education Systems”, Lisbona, Portugal, bejn id-29 u t-30 ta’ Mejju, 2008.

Direttorat għas-Servizzi fl-Edukazzjoni — reorganisation

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjani hemm għal-gardening unit li jaqgħu taħt id-Direttorat Għas-Servizzi fl-Edukazzjoni? X'tip ta' reorganisation hemm maħsuba għal dan il-Unit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gardening Unit li jaqa’ taħt id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi se jiġi inkluż fir-Riforma ta’ l-Edukazzjoni fejn, bil-ħolqien tal-Kulleġġi, issir diċentralizzazjoni tar-riżorsi.

Foundation for Tomorrow's School — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijaparlamentari 2773 u tgħid x'kienet in-nefqa tal- Foundation for Tomorrow's School f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena minn meta twaqqfet sal-lum? Fuq xiex kienet kull nefqa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel tal-istat — prodotti tal-asbestos

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja li nafu kemm huwa perikoluż, fl-iskejjel tal-istat għad baqa' ammont konsiderevoli ta' prodotti tal-asbestos? Tista' tgħid jekk qattx inġabret lista komprensiva ta' dawn l-oġġetti? Jekk fl-affermattiv, għaliex qatt ma ttieħed il-pass biex dawn l-oġġetti jitneħħew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskejjel intalbu jipprovdu lista ta’ prodotti li jaħsbu li huma magħmula mill-asbestos. Il-lista li nġabret kienet tikkonsisti f’numru ta’ tankijiet tal-ilma magħmula minn asbestos cement li m’għadhomx jintużaw. Qed tiġabar stima tal-ispejjeż involuti biex dawn jiġu mneħħija mill-aktar fis possibli.