Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet liċenzjati tal-fniek f'Malta kif ukoll f’Għawdex? F’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet? Kemm-il fenek / fenka hemm f’kull razzett?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet liċenzjati tat-tiġieġ f'Malta kif ukoll f’Għawdex? F’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet? Kemm-il tiġieġa hemm f’kull razzett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hawn 26 irziezet liċenzjati tat-tiġieġ tal-bajd f’Malta u f’Għawdex li 22 minnhom jinsabu f’Malta, u 4 jinsabu f’Għawdex. F’Malta hawn ukoll 2 irziezet tal-għawwietaq. Hawn 57 irziezet liċenzjati tat-tiġieġ tas-simna f’Malta u f’Għawdex, li minnhom 44 jinsabu f’Malta u 13 jinsabu f’Għawdex.
It-tabelli segwenti juru f’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet u l-ammont ta’ tiġieġ tal-bajd, għawwietaq u tiġieġ tas-simna li hemm f’kull razzett.
Tiġieġ tal-bajd
Lokalità
L-ammont ta’ tiġieġ tal-bajd preżenti sas-
27 ta’ Mejju 2022
Birkirkara
0
Għajn Tuffieħa
25,518
Ħal-Għaxaq
1,100
Ħal-Qormi
11,960
Ħal-Qormi
345
Hal-Qormi
700
Ħaż-Żabbar
30,120
Ħaż-Żebbuġ
35,450
Magħtab
13,600
Magħtab
70,000
Marsaxlokk
6,700
Marsaxlokk
470
Mġarr
60
Mosta
350
Mosta
660
Mtarfa
20,750
Naxxar
21,750
Rabat
9,360
Rabat
32,600
Siġġiewi
0
Victoria
13,940
Xewkija
4,980
Xewkija
10,400
Xewkija
34,800
Xgħajra
550
Żejtun
17,590
Għawwietaq
Lokalità
L-ammont ta’ għawwietaq preżenti
sas-27 ta’ Mejju 2022
Rabat
0
Żurrieq
21,000
Tiġieġ tas-simna
Lokalità
L-ammont ta’
tiġieġ tas-simna preżenti
sas-27 ta’ Mejju 2022
Baħrija
24,000
Birżebbuġa
3,450
Birżebbuġa
0
Birżebbuġa
6,700
Għasri
0
Gudja
0
Ħad-Dingli
17,500
Ħal-Għaxaq
2,200
Ħal-Għaxaq
4,800
Ħal-Kirkop
1,000
Ħal-Luqa
0
Ħal-Luqa
0
Ħal-Qormi
21,000
Ħal-Qormi
0
Ħal-Qormi
0
Ħal-Safi
0
Ħaż-Żebbuġ
11,000
Ħaż-Żebbuġ
6,600
Ħaż-Żebbuġ
13,500
Ħaż-Żebbuġ
2,500
Ħaż-Żebbuġ
2,600
Ħaż-Żebbuġ
8,000
Kerċem
0
Kerċem
0
Magħtab
35,500
Marsa
6,000
Mellieħa
7,100
Mellieħa
4,100
Mġarr
27,200
Mġarr
0
Naxxar
15,000
Naxxar
0
Qrendi
11,000
Rabat
17,000
Rabat
0
Rabat
0
Rabat
0
Rabat
2,600
Rabat
6,500
Rabat
3,200
Rabat
350
Selmun
1,100
Siġġiewi
12,300
Siġġiewi
0
Siġġiewi
2,300
Siġġiewi
0
Victoria
0
Victoria
11,500
Victoria
0
Xagħra
11,500
Xewkija
11,300
Xewkija
11,500
Xewkija
0
Xewkija
0
Żebbuġ, Gozo
7,000
Żejtun
8,000
Żurrieq
12,500
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet liċenzjati tal-majjali f'Malta kif ukoll f’Għawdex? F’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet? Kemm-il majjala hemm f’kull razzett? Xi kwoti għandu kull razzett u kemm fil-fatt joqtol majjal fil-ġimgħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-Tlieta 14 ta' Ġunju 2022, hawn 99 irziezet tal-majjali liċenzjati f’Malta u Għawdex, li minnhom 91 jinsabu f’Malta u 8 jinsabu f’Għawdex. M’hemm l-ebda sistema ta’ kwoti tal-majjal f’Malta.
It-tabelli li ġejjin juru l-medja ta' rjus maqtula fil-ġimgħa matul is-sena li għaddiet għal kull razzett, fil-Biċċerija ta’ Malta u dik ta’ Għawdex, maqsuma f’kategoriji.
Medja ta' rjus maqtula fil-ġimgħa minn kull razzett - Malta
Minn
Sa
Nru ta' rziezet
Persentaġġ ta' rziezet
0
5
49
53%
5
10
18
20%
10
30
17
18%
30
50
4
4%
50
100
3
3%
100
+
1
1%
Total
92
100%
Medja ta' rjus maqtula fil-ġimgħa kull permess – Għawdex
Minn
Sa
Nru ta' rziezet
Persentaġġ ta' rziezet
0
5
4
40%
5
10
4
40%
10
30
2
20%
30
50
0
0%
50
100
0
0%
100
+
0
0%
Total
10
100%
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-lokalità fejn jinstabu l-irziezet tal-majjali.
Lokalita’
Numru ta’ rziezet
Għawdex
L-Għasri
1
Kerċem
3
Victoria
1
Ix-Xewkija
2
Iż-Żebbuġ
1
Malta
Birżebbuġia
2
Ħal Għaxaq
1
Il-Kalkara
2
Ħal-Luqa
2
Marsascala
1
Ħaż-Żabbar
1
Iż-Żejtun
5
L-Imqabba
7
Ħal Qormi
8
Il-Qrendi
2
Iż-Żurrieq
9
Ħad-Dingli
1
Il-Marfa
1
L-Imġarr
2
Ir-Rabat
17
San Pawl il-Baħar
1
L-Iklin
1
Il-Magħtab
4
Il-Marsa
3
In-Naxxar
2
Is-Salina
1
Is-Siġġiewi
3
Ħaż-Żebbuġ
15
It-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ majjaliet li hemm f’kull razzett.
Razzett
Numru ta’ majjaliet
Għawdex
1
87
2
35
3
34
4
5
5
17
6
26
7
65
8
40
Malta
1
323
2
3
3
5
4
36
5
29
6
8
7
93
8
27
9
233
10
25
11
21
12
38
13
24
14
48
15
174
16
15
17
160
18
72
19
113
20
6
21
31
22
3
23
19
24
46
25
39
26
17
27
17
28
8
29
59
30
17
31
5
32
104
33
64
34
40
35
50
36
43
37
15
38
8
39
19
40
12
41
74
42
35
43
32
44
36
45
4
46
6
47
34
48
22
49
91
50
7
51
57
52
20
53
18
54
15
55
14
56
16
57
36
58
7
59
45
60
4
61
25
62
179
63
3
64
21
65
10
66
15
67
158
68
20
69
15
70
6
71
13
72
4
73
2
74
7
75
28
76
47
77
10
78
66
79
43
80
0
81
0
82
0
83
0
84
0
85
0
86
0
87
0
88
0
89
0
90
0
91
0
Riforma fil-Pitkalija – Sales and Marketing Agents — commission
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bir-riforma li l-Gvern għamel fil-Pitkalija, x’inhu l-ammont ta’ commission li qed jieħdu s-Sales and Marketing Agents? Min qed iħallas din il-commission u f’liema ammonti?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-commission li qed titħallas lill-Aġenti hija ta’ 8% tal-bejgħ li jagħmel l-Aġent. Il-commission titnaqqas mill-ammont dovut lill-bidwi.
Jista’ l-Ministru jara li flimkien mal-bdiewa u r-raħħala tagħna, jiġi mfassal pjan ta’ liema prodotti agrikoli jistgħu jinżirgħu f’perjodi partikolari biex filwaqt li tintlaħaq id-domanda għall-prodotti tal-ikel lokali tul is-sena kollha, tonqos id-dependenza ta’ pajjiżna mill-importazzjoni ta’ ħxejjex, frott u magħlef minn barra l-pajjiż? Jista’ jara li b’tali inizjattiva, filwaqt li s-suq lokali jkollu biżżejjed prodotti agrikoli għall-konsum tal-poplu tagħna u magħlef għar-raħħala ta’ pajjiżna tul is-sena kollha u b’hekk pajjiżna jkun jista’ jiġi ‘self-sufficient’ fil-provvista ta’ ikel, il-prodotti agrikoli jġibu prezz ġust fis-suq għall-bdiewa tagħna tul is-sena kollha?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz imsemmi fil-proposta tiegħu huwa fil-fatt diġà qed jiġi offrut. Fil-fatt, il-bdiewa jistgħu jmorru u jfasslu il-pjan ta’ produzzjoni ġewwa l-AgriConnect. Madanakollu, sabiex dan l-ippjanar ikun efffettiv, jeħtieġ li l-bdiewa kollha jipparteċipaw. Għalhekk fis-sena li għaddiet, il-Gvern kien fassal skema sabiex jinċentiva dan il-proċess b’mod illi bdiewa li jippjanaw il-produzzjoni tagħhom abbażi ta’ dak li huwa ppjanat li jiġi mkabbar. Nixtieq ninformah ukoll illi minħabba n-numru ta’ bhejjem li jinsabu ġewwa l-gzejjer Maltin, Malta qatt ma tista’ tkun awtosuffiċjenti peress li d-daqs tal-gżira mhux biżżejjed biex jipproduċi l-kwantitajiet meħtieġa.
Art agrikola fejn mhux ser jinżergħu prodotti agrikoli – żriegħ ta’ magħlef
Question
Jista’ l-Ministru jara li kull biċċa art agrikola li ġo fiha mhux ser jinżergħu prodotti agrikoli bħal ħaxix u frott, jiġi miżrugħ il-magħlef għall-konsum tal-bhejjem biex titnaqqas drastikament id-dipendenza tal-magħlef impurtat minn barra l-pajjiż u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ importazzjoni u fl-istess ħin tingħeleb il-problema ta’ skarsezza li ser tolqot lill-Ewropa kollha fix-xhur li ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu responsabbli qiegħed isegwi mill-qrib din is-sitwazzjoni internazzjonali li qed iġġib instabilità kbira fis-swieq taċ-ċereali. Ta’ min wieħed jirrikonoxxi li minħabba d-daqs limitat tal-art agrikola tagħna, għandna aktar naghtu importanza lil art limitata li għandna u li għandha tkun użata għall-produzzjoni ta’ ikel għall-konsum uman aktar milli għall-produzzjoni tal-magħlef. Madanakollu, nemmnu wkoll fis-suq ħieles u għalhekk fil-possibbiltà li il-bidwi jagħżel il-prodott li jrid jkabbar. Nemmnu wkoll li hemm każijiet fejn l-art agrikola tkun tista’ tintuża b’mod aktar effiċċjenti. Għaldaqstant, qed niltaqgħu mas-settur sabiex naraw kif nistgħu nixxprunaw il-bdiewa u r-raħħala sabiex l-għelieqi huma użati biex jiġi prodott għalf ta’ kwalità. Dan nistgħu nagħmluh wara l-esperjenzi li kellna permezz tal-Proġett AgriHub fejn qed naraw sistemi nnovattivi ta’ kif intejbu l-produzzjoni tal-magħlef għall-bhejjem.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ raħħala reġistrati bħala full-time u part-time, separatament għal kull lokalità, u jekk dawn ir-raħħala jrabbux baqar għall-ħalib, għoġġiela għal-laħam, majjali, nagħaġ, mogħoż, eċċ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli iżomm biss in-numru ta’ raħħala li huma reġistrati ma’ razzett u mhux jekk humiex full-time jew part-time. Dawn jammontaw għal 2,396 raħħal.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn irziezet reġistrati f’Malta u Għawdex, x’bhejjem jitrabbew fihom u l-ammont ta' bhejjem f’kull razzett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta u Għawdex f’daqqa hawn 2,498 razzett li huma rreġistrati mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet liċenzjati tal-baqar tal-ħalib f'Malta kif ukoll f’Għawdex? F’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet? Kemm-il baqra hemm f’kull razzett? Kemm ipprovdu ħalib fix-xahar, razzett b’razzett, mill-2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Peress li jinħass in-nuqqas ta’ veterinarji f’pajjiżna speċjalment għall-bżonnijiet li jkollhom minn żmien għall-ieħor ir-raħħala, jista’ l-Ministru jara li anke jekk dawn mhux finanzjarjament vjabbli li jsiru f’pajjiżna, il-Gvern jikkontribwixxi finanzjarjament biex l-Università ta’ Malta tibda tagħmel dawn il-korsijiet ta’ veterinarji hawn Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa diffiċli li jiġu organizzati korsijiet ta’ veterinarji f'Malta, dan minħabba l-istrutturi li hawn bżonn u nuqqas ta’ għalliema speċjaliżżati. Għal din ir-raġuni il-gvern joħroġ 'scholarships' biex l-istudenti li jixtiequ jsiru veterinarji jkunu jistgħu jistudjaw f’Universitajiet barra mill-pajjiż.
Art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx katast ta’ art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern li mhux okkupata? Jista’ jara li fejn din l-art hija art agrikola tingħata bi prezz baxx lill-bdiewa żgħażagħ full-time għal użu agrikolu?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Artijiet.
Art barra ż-żona tal-iżvilupp li mhux protetta però mhux art agrikola – għajnuna mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fejn hawn art barra ż-żona tal-iżvilupp li mhux protetta però mhux art agrikola, tingħata l-għajnuna neċessarja mill-Gvern biex din tiġi trasformata f’art agrikola diment li din tibda tinħadem minn bdiewa u raħħala li jaqilgħu x’jieklu minn dan is-settur? Dan anke biex tissaħħaħ il-provvista ta’ prodotti tal-ikel lokali kif ukoll għalf għall-annimali tar-raħħala tagħna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ħabbar fil-Manifest Elettorali, il-Gvern ser ikun qed iwettaq diversi miżuri sabiex jinċentiva l-ħidma tal-art mill-bdiewa u għalhekk tissaħħaħ il-provvista ta’ prodotti tal-ikel lokali kif ukoll għalf għall-annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-iskema “Ninu Bninu”, peress li l-aħħar vouchers li ntbagħtu kien f’April, u x-xahar ta’ Mejju wasal biex jispiċċa u l-vouchers għadhom ma ntbagħtux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-ħalib tal-UE li qed jirreferi għaliha, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija kienet qed tiġi implementata f’mod straordinarju permezz tal-vawċers minflok ġewwa l-iskejjel kif oriġinarjament kien pjanat. Din l-iskema ntemmet għas-sena skolastika 2021/22. Qed isiru l-preparamenti sabiex titħejja skema ġdida skont ir-rekwiżiti Ewropej għas-snin skolastiċi 2022/23 'il quddiem.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1036, jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ min ġie awtorizzat u minn effettivament ibbenefika mis-seba’ tunnellati u nofs għall-qabdiet inċidentali? Jista’ jgħid f’kull każ kemm ħadu? F’liema żona jew żoni dawn jistgħu jsiru u fejn effettivament saru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ min hu awtorizzat iħott Tonn (Blufin Tuna) bħala qabda inċidentali, kif ukoll il-lista ta’ min ħatt u kemm ħatt tonn bħala qabda inċidentali, qed jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-informazzjoni mitluba dwar iż-żoni, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li din il-qabda tista’ ssir fiż-żoni kollha skont kif imsemmijja fil-Liċenzja tas-Sajd ta’ kull bastiment u bl-eċċezzjoni ta’ diversi siti li huma protetti għal raġuni jew oħra. Nikkonferma li l-qabdiet kollha saru minn żoni legali.
Attachments:PQ 1180 by-catch 2022.pdfPQ 1180 List of SWO Authorised vessel for BFT by catch 2022 List of BFT By catch 2022.pdf
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Żejtun – persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time residenti ż-Żejtun tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena bis-sess relattiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ħal Għaxaq — persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time residenti Ħal Għaxaq tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena bis-sess relattiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom titqassam fid-djar il-pubblikazzjoni 'Niżġet Artna'? Jista’ jgħid jekk il-pubblikazzjoni qattx intbagħtet fil-households kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid liema edizzjonijiet u f’liema lokalitajiet intbagħtet f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' din il-pubblikazzjoni, liema spiża tkun tinkludi xogħol ta' artwork, artikli, printing, posta eċċ għas-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Minn liema Line Item tal-Budget toħroġ din l-ispiża?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — lista ta' servizzi professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.