Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18395 Sitting 423 2021-02-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Ramla – Master Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Master Plan tar-Ramla li qed jitmexxa mill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid min hi l-persuna mill-Ministeru tiegħu li qed tmexxi dan il-proċess? Jista' jgħid x'laqgħat ta' konsultazzjoni saru s’issa dwar dan il-Master Plan, meta saru u min kien preżenti għal kull laqgħa? Jista' jgħid ukoll jekk l-operaturi fil-Bajja tar-Ramla humiex qed jkunu inklużi fil-konsultazzjoni u jekk iva meta saru laqgħat magħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru d-diskussjonijiet mal-operaturi sabiex sussegwament tkun tista’ tiġi sottomessa l-applikazzjoni tal-Masterplan tar-Ramla.
Leg 13 PQ #18089 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entita. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull emejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn. Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.
Leg 13 PQ #18374 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema seconded jew on loan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16996 u jgħid kemm kien hemm u hemm ħaddiema seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b’xahar mill-1 ta' Ġunju 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu mal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x'kien ix-xogħol tagħhom (il-grad jew job description) liema Ministeru, entità, awtorità, korporazzjoni aġenzija jew kumpanija tal-Gvern kienu jaħdmu qabel ġew seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18375 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders, direct orders u quotations għall-manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15173 u 16689 u jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux b’quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux b’quotation jew b’direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18376 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Triq Imġarr – bini mill-ġdid tat-triq

Question

B'referenza għall-konferenza li ngħatat live fuq il-MaltaGov fis-17 ta' April 2019 u ngħatat importanza wkoll fuq il-mezzi tax-Xandir, rigward il-bini mill-ġdid ta' Triq Imġarr fin-Nadur Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx għandhom rwol fuq dan il-proġett il-persuni li indirizzaw din il-konferenza fosthom Perit - Geotechnical Engineer u persuni oħra li kienu preżenti għal din il-Press Conference u li fosthom kien hemm nies tekniċi bħal Perit min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex kif ukoll Assistent Direttur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol minn għand l-individwi msemmija ġie eżegwit.
Leg 13 PQ #18377 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – entitajiet – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16667 u jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi jew direct order li joffru servizz b'effett minn Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti break down mil-liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dik il-persuna li ġiet ingaġġata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ mpjegati f’entitajiet jew direttorati jintagħżlu wara sejħiet pubbliċi mill-Kummisjoni Għas-Servizz Pubbliku. L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18378 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza tax-Xewkija – project leader tal-proġett ta’ pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16625 kollha kemm hi u jgħid min kien il-Project Leader (isem, kunjom u grad ta' individwu) tal-Proġett ta’ Pavimentar u xogħol ieħor li sar is-sena l-oħra ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li ngħatatli, l-Project Leader kien l-Assistent Direttur is-Sur Lorry Apap.
Leg 13 PQ #18623 Sitting 422 2021-02-01 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd – rakkomandazzjonijiet tal-NAO

Question

Jista' l-Ministru jelenka dawk ir-rakkomandazzjonijiet li kien għamel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-Kapitlu VII tar-rapport tiegħu ta' Mejju 2015 li s'issa ġew adottati mill-Gozo Channel (Operations) Ltd? X'inhi r-raġuni li hemm rakkomandazzjonijiet li għadhom ma twettqux u meta beħsiebha l-kumpanija twettaqhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jelenka liema huma r-rakkomandazzjojiet tal-NAO li għalihom qiegħed jirreferi.
Leg 13 PQ #18046 Sitting 421 2021-01-27 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, fil-binja tal-Ministeru, hemm żewġ restrooms li huma aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Min-naħa l-oħra, fil-preżent, il-Ministeru għal Għawdex għaddej bi proġett ta’ rinovar tal-binja tal-Ministeru. Permezz ta’ dan ir-rinovar, il-parti l-kbira tal-binja se ssir aċċessibbli għal kulħadd u għalhekk se jiżdiedu ir-restrooms li jkunu aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali.
Leg 13 PQ #18368 Sitting 421 2021-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija – Tender Multi-Modal Hub

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar 'TENDER FOR THE PROVISION OF PROJECT MANAGEMENT SERVICES FOR THE MANAGEMENT AND ADMINISTRATION OF CONTRACTS RELATED TO THE COMPLETION OF THE MULTI-MODAL HUB IN XEWKIJA (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 110/2020)' li ħarġet permezz tal-proċedura ‘Accelerated Opening’? Jista’ jgħid x’ser jiġri jekk din l-imsemmija tender tiġi kkanċellata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tender qiegħed fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni.
Leg 13 PQ #18369 Sitting 421 2021-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Qbajjar — Triq Santa Marija - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol li ntqal li ser isir fuq Triq Santa Marija fiż-żona viċin tal-Qbajjar u jekk hux ser tinbena mill-ġdid? Jista’ jgħid kemm ser ikun it-tul u wisa’ ta’ din it-triq li ser tiġi asfaltata, kemm-il kisja asfalt ħa tingħata u kemm ser tkun il-ħxuna ta’ kull kisja asfalt? Jista’ jgħid ukoll humiex ser jinbidlu s-servizzi ta' taħt din it-triq jew humiex ser isiru xi servizzi ġodda? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser isiru culverts għall-ilma tax-xita? Jista’ jgħid min ser ikun il-perit inkarigat minn dan ix-xogħol kif ukoll jgħid kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża fuq din il-parti tat-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se jsir resurfacing tal-parti minn din it-triq li tħalliet fi stat diżastruż tul s-snin l-imgħoddija minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni u nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura f’Għawdex, f’amminstrazzjonijiet ta’ qabel 2013. Perit mill-Ministeru għal Għawdex hu inkarigat mix-xogħol. Preżentament, qed isir investiment bla preċedent f’Marsalforn u l-madwar fosthom il-proġett tal-Menqa li tlesta diġa, it-tisbieħ tal- waterfront ta’ Marsalforn, it-triq li mir-Rabat twassal għal Marsalforn, kif ukoll it-triq li mix-Xagħra twassal għal Marsalforn.
Leg 13 PQ #18370 Sitting 421 2021-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku skont il-grad fil-Ministeru tiegħu? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? Kemm hemm impjegati li mhumiex fil-gradi ġenerali tas-Servizz Pubbliku u qed jagħmlu xogħol tas-Servizz Ġenerali? Fejn hu l-post tax-xogħol tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18373 Sitting 421 2021-01-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Port tal-Imġarr – dry standing area ġewwa ż-Żewwieqa — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ġewwa d-dry standing area ġewwa ż-Żewwieqa fil-Port tal-Imġarr kemm kien hemm ħaddiema imqabbdin mill-Ministeru għal Għawdex jaħdmu fiha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Minister għal Għawdex ma kellux ħaddiema jaħdmu fid-Dry Standing Area peress li x-xogħol sar mill-kuntrattur.
Leg 13 PQ #18270 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-lum, la l-Ministeru għal Għawdex u lanqas l-Entitajiet li jaqgħu fi ħdanu ma taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Leg 13 PQ #18325 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel (Operations) Ltd – audited u management accounts

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18069, x'inhi r-raġuni li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd għadha ma ffinalizzatx l-audited accounts għas-sena 2019 kif hi tenuta li tagħmel skont l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul? Jista' jikkonferma li l-kumpanija msemmija tipprepara l-management accounts fuq bażi regulari u jekk fl-affermattiv, għaliex ma tpoġġewx il-management accounts kemm għas-sena 2019 kif ukoll għas-sena 2020 fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġie mitlub fil-mistoqsija msemmija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-management accounts ma jistgħux jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra minħabba li dawn ma humiex informazzjoni pubblika. Rigward l-audited accounts għas-sena 2019, dawn għadhom ma ġewx iffinalizzati minħabba li l-Awdituri għadhom qed jaħdmu fuqhom.
Leg 13 PQ #18330 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Complex – għamara u attrezzatura sportiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sar mill-għamara u l-attrezzatura sportiva kollha li kien hemm fil-Gozo Sports Complex qabel dan twaqqa’? Jista' jassigura lill-Kamra li l-għamara u l-attrezzatura kollha ġiet salvata qabel mal-bini twaqqa'?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-għamara u t-tagħmir kollu sportiv tmexxa fis-sular t’isfel tal-iskola Sir Mikelang Refalo li bħalissa qed jintuża bħala swali sportivi. Apparat ieħor ta’ ċertu daqs ġie miġbur fil-Korsa tax-Xhajma.
Leg 13 PQ #18362 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – nefqa globali fuq l-overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime f’kull Diviżjoni, Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess mill-1 ta' Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, maqsuma xahar xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #18365 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – proġett għal SME Hub

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati għal SME Hub ġewwa x-Xewkija Għawdex u jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-imsemmi proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onoroevoli Interpellant li fil-preżent għadhom għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Il-Vot li jirrigwarda lil dan il-proġett hu 7370.
Leg 13 PQ #18367 Sitting 420 2021-01-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għarb Għawdex – Triq Sdieri – ftuħ tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-Ministeru tiegħu biex Triq Sdieri, li ilha magħluqa diversi ġimgħat ġewwa l-Għarb Għawdex, terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku? Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent, x’tip ta’ studji u monitoraġġ qed isiru dwar l-arkati li hemm taħt din l-imsemmija triq kif ukoll dwar il-ħitan ta’ din l-imsemmija triq biex jiddeterminaw x’tip ta’ xogħlijiet iridu jsiru u min qed jagħmilhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar ix-xogħol neċessarju sabiex ma titkompliex il-ħsara fuq l-istruttura tat-triq u l-imsemmija arkati. Bħalissa għaddejjin diskuzzjonijiet interni dwar x’tip ta’ intervent ser isir biex terġa tinbena t-triq.
Leg 13 PQ #18174 Sitting 419 2021-01-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16999 u jgħid kemm kien hemm u fil-preżent hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service , Customer Care Representatives OPM jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.