Legislature:
Category:
Reset

Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol – Ġeneru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

B’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2200, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta` Awwissu 2026, kien hemm 1,328 persuna tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, li minnhom 501 kienu nisa u 827 kienu rġiel. Minn 1,328 persuna, 44 kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin. Minnhom 5 kienu nisa u 39 kienu rġiel.

Qrati – Arja kkundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex tiġi installata sistema ta’ arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-Qorti ta’ Malta u, jekk iva, meta huwa mistenni li jiġi implimentat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi lejn l-aħħar tas-sena 2024, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati kkummissjonat studju dwar il-possibbiltà li tiġi installata sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-Qrati. Dan ir-rapport ġie analizzat mill-Aġenzija sabiex tiġi evalwata l-vijabilità tal-installazzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-Qrati kemm mill-lat tal-ispiża kapitali, l-ispiża rikorrenti u l-impatt fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-Qorti.

Persuni b’kontijiet pendenti – Provvista minima tad-dawl u ilma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk għadhiex fis-seħħ il-politika jew il-prassi li tippermetti aċċess għall-ilma u provvista ta’ dawl baxxa (kemm iżommu bozza u friġġ mixgħula) lir-residenzi b’kontijiet għoljin pendenti? Jekk iva, kemm hawn residenzi b’din il-provvista bħalissa u kemm hemm persuni rreġistrati f’dawn ir-residenzi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bħalissa hemm 95 post li għandhom il-provvista tal-dawl baxxa minħabba kontijiet pendenti u fihom hemm reġistrati 98 persuna. Fir-rigward tal-ilma ma titbaxxiex il-provvista.

Adozzjonijiet internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi tabella li turi kemm ġew konklużi adozzjonijiet internazzjonali minn koppji miżżewġin, koppji tal-istess sess u persuni single mill-2015 sal-aħħar data disponibbli, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Adozzjonijiet lokali

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi tabella li turi kemm ġew konklużi adozzjonijiet lokali minn koppji miżżewġin, koppji tal-istess sess u persuni single mill-2015 sal-aħħar data disponibbli, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Adozzjonijiet – Koppji tal-istess sess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk koppji tal-istess sess humiex eliġibbli sabiex jadottaw skont il-liġi Maltija u, jekk iva minn meta daħlet fis-seħħ din il-possibbiltà?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ġenituri adottivi – Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri adottivi humiex intitolati għall-istess maternity leave, paternity leave, parental leave u benefiċċji oħra mogħtija lill-ġenituri bijoloġiċi? Jekk iva, jista’ jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet applikabbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 701 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 975.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 700 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar risposta mogħtija f’domanda parlamentaru Nru 975

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 699 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 975

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 698 u tgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Tista’ tgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 975.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 697 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 975

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 696 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 975.

Kaċċa – Permits speċjali jew derogi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati permits speċjali jew derogi relatati mal-kaċċa matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-kaċċa, inħarġu biss id-derogi għall-kaċċa fir-rebbiegħa tas-summien (mit-13 t’April sat-3 ta’ Mejju) u tal-gamiem (mill-20 t’April sat-3 ta’ Mejju), permezz tal-Avviżi Legali Nru 80 u 81 tal-2026 rispettivament, maħruġa taħt l-Att dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (L.S.549.42).

Ksur tal-liġijiet tal-kaċċa – Persuni li kellhom każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li ngħataw jew ġeddew il-liċenzja għall-kaċċa matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026, minkejja li kellhom każijiet pendenti relatati ma’ ksur tal-liġijiet tal-kaċċa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minkejja l-fatt li jkunu għaddejjin proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qrati, il-liċenzji rilevanti jibqgħu jiġu mġedda mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni li tista’ tingħata mill-Qorti. Madankollu, ladarba tingħata deċiżjoni definittiva mill-Qorti, tittieħed l-azzjoni amministrattiva meħtieġa, inkluża s-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzja rilevanti skont kif tkun tablet il-Qorti.