B’referenza għall-avviż numru 752 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Ġunju 2023, jista’ l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli għal ħatriet li saru skont dan l-avviż u a bażi ta’ liema liġi jew awtorizzazzjoni saru dawn il-ħatriet, peress li skont l-imsemmi avviż la jirriżulta min hu responsabbli għal ħatriet u lanqas a tenur ta’ liema poter saru l-istess ħatriet?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, tinqabeż l-advisory cost limit.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li għandhom disturbance allowance
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn tagħrif li ngħatali mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, hemm 149 persuna fis-servizz pubbliku kollu li huma intitolati għal dan il-benefiċju. Il-gradi u l-allowances għal dan u dak li staqsa dwaru l-Onorevoli Interpellant huma skont kif qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għas-sejħa pubblika ta’ ‘Headship Positions’ li ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 bin-numru taċ-ċirkolari 16/2022, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm u jekk kien hemm, kemm kien hemm kandidati ineliġibbli għall-ħatra ta’ pożizzjoni ta’ Direttur jew Kap fid-direttorati u/jew units fi ħdan il-MEYR? Kull ħatra li saret, jista’ jgħid jekk il-kandidati kenux eliġibbli skont l-Appendiċi ‘A’ u ‘B’ tal-istess sejħa u li kellhom l-aħjar kriterji fuqiex sussegwentement intgħażlu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li għal din is-sejħa pubblika dawk li ntgħażlu kienu dawk meqjusa l-aħjar skont il-proċess ta’nominazzjoni stabbilit li jinkludi pjan ta’erba snin, ħiliet ta’tmexxija u għarfien ieħor.Għal disa’ pożizzjonijiet kien hemm 23 applikant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – karozzi leased/mikrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9435 u jgħid kemm għandu ftehimiet kollettivi skaduti u jelenka l-postijiet rispettivi fejn huma pendenti?
B'referenza għas-sejħa pubblika ta’ ‘Headship Positions’ li ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 bin-numru taċ-ċirkolari 16/2022, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet diretti jew indiretti ta’ kunflitt ta’ interess marbutin mal-għażla tal-kandidati għal din is-sejħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li għal din is-sejħa pubblika ma kienx hemm kunflitti ta’ interess waqt xi parti mill-proċess. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull membru fuq is-Senior Appointments Advisory Committee huwa obbligat li jiddikjara kwalunkwe kunflitt ta’ interess. F’każ ta’ kunflitt, il-membru jirrikuża ruħu mill-proċess u floku jidħol membru sostitut.
B'referenza għas-sejħa pubblika ta’ ‘Headship Positions’ li ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 bin-numru taċ-ċirkolari 16/2022, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kandidati li kienu jissodisfaw il-kriterji meħtieġa u ma saritilhomx l-intervista personali?
Response (ABELA, ROBERT)
Din is-sejħa tmexxiet skont in-Nomination Process stabbilit fejn isir shortlisting għal Psychometric/Personality Test ikkumbinat ma' extended interview. Ninsab infurmat ukoll li fl-extended interview ikun hemm preżenza ta’ membru tekniku u xi applikanti talbu u ġew mogħtija l-opportunità li jiddiskutu l-eżitu mal-membru tekniku biex jaraw kif jistgħu itejbu l-prestazzjoni tagħhom f’applikazzjonijiet futuri.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9438 u jgħid ma' liema unions/assoċjazzjonijiet qed jiġu diskussi l-ftehimiet kollettivi skaduti u għal kemm żmien ilhom jiġu diskussi?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9439 u jelenka ż-żieda fil-paga (perċentwal) għal kull ftehim kollettiv iffinalizzat matul is-sena 2021 u s-sena 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tijib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku huwa kontinwu, tant li fil-perjodu li jagħmel referenza għalih ingħalqu 36 ftehim kollettiv.
Filwaqt li kull ftehim ikun fisser titjib fid-dħul tal-ħaddiema, il-kalkolu kif mitlub minnu ma jistax jingħata għax iż-żidiet ikunu jvarjaw skont l-istrutturi u l-livelli li fihom l-impjegati jkunu qegħdin. Hemm ukoll it-titjib fl-allowances u kundizzjonijiet oħra.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li s-Servizz Pubbliku għandu ftehim kollettiv li hu validu sal-31 ta’ Diċembru 2024 u minn dan il-ftehim joħorġu numru ta’ ftehimiet settorjali ta’ setturi differenti. Skont klawsola 8.2 tal-Ftehim Kollettiv 2017-2024 dawn m’għandhomx data ta’ skadenza imma għal dawk il-ftehimiet settorjali li ġew iffirmati wara l-20 ta’ April 2017 għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin mid-data li jiġu ffirmati.
Bħalissa qed ikunu negozjati wkoll 23 ftehim kollettiv. It-tagħrif dwar liema huma qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9437 u jelenka l-ftehimiet kollettivi skaduti? Jista’ jgħid kemm ilhom skaduti u kemm ilhom jiġu diskussi?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9160 u 9299, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttra u l-Proġetti Kapitali rispettivament, u jgħid liema hi l-awtorità responsabbli mill-manutenzjoni tal-lift ta' Bieb il-Belt? Jista' jgħid ukoll xi jrid isir u ma' min irid isir kuntatt f'każ ta' emerġenza?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtorità responsabbli hija l-Cleansing and Maintenance Division fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.
Servizz Ċivili – sezzjonijiet li jaqbżu r-rata tar-remote work
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema sezzjonijiet tas-Servizz Ċivili jaqbżu l-20% remote work u jelenka dawn it-taqsimiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-iskemi relatati ma’ Modern Work Practices jistgħu jkunu applikati fis-Servizz Pubbliku kollu skont l-esiġenzi tas-Servizz u regoli ta’ eliġibiltà.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-PPS hux se jżid ir-remote work mill-20% stabbilit f'Manwal għall-Miżuri tal-Bilanċ tal-Ħajja l taċ-Ċivil?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Modern Work Practices diġà jagħtu possibilità ta’ extended remote working għal min jikkwalifika għalih, u skont proċeduri stabbiliti.
Servizz Ċivili – produttività tal-ħaddiema bir-remote working
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx studju madwar is-Servizz Ċivili biex titkejjel il-produttività tal-ħaddiema li jaħdmu bir-remote working? Jekk iva, jista' jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8621, ninsab infurmat li qabel ma ġew introdotti l-miżuri l-ġodda tal-Modern Work Practises, ġew ikkonsultati u saru laqgħat mal-istakeholders kollha biex jinstab il-bilanċ adegwat bejn il-miżuri introdotti, l-effiċjenza, u l-livell ta’ servizz lejn il-klijent.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ġie stabbilit il-capping għar-remote work ta' 20% fil-ġimgħa ddikjarat fil-Manwal għall-Miżuri ta' Bilanċ tal-Ħajja taċ-Ċivil?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9245, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u jgħid jekk l-iskema "ICT Summer Traineeship” hijiex disponibbli għas-settur privat kif ukoll għas-settur pubbliku kif kienet fis-snin ta' qabel? Jekk le, jista’ jgħid għaliex kien hemm tibdil u xi studji u raġunamenti wasslu għal dan it-tibdil?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ICT Summer Traineeship infetħet għall-aministrazzjoni pubblika biss fid-dawl taż-żieda fin-numru ta’ placements u opportunitajiet li qed joffri l-Gvern. Dan riflessjoni tal-bidliet kbar teknoloġiċi fl-aminitrazzjoni pubblika fejn qed Tkun fuq quddiem nett f’dan is-settur.
Ninsab nfurmat ukoll li għal din l-skema kien hemm it-tieni ċans ta’ aplikazzjoni fid-dawl li l-postijiet offruti kienu akbar minn numru ta’ applikazzjonijiet, fejn applikkaw b’kollox bejn l-ewwel u it-tieni fażi 372 persuna.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi l-Manual of Allowances li diġà huwa pubbliku fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 567 impjegat li għandhom mobile allowance fil livell ta’ diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi. Infurmat ukoll li fid-diversi taqsimiet relatati mal-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 49 persuna li għandhom mobile allowance.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ispiża u/jew flejjes kollha minfuqa b'rabta mal-Public Service Expo 2023?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
AMOUNT EXC. VAT
SERVICES
€123,302.27
EXPO Venue and other ncillary setup costs
€15,000.00
Various Designs
€3,320.00
Videography
€24,780.00
Printing and Production Works
€4,995.00
Floor Managing
€31,144.30
Provision of Lighting
€25,897.65
Provision of Video Control
€5,560.00
Uniforms/Merchandise
€6,651.00
Uniforms/Merchandise
€6,950.00
Uniforms/Merchandise
€5,753.00
Registration
€11,292.50
Audio Requirements
€19,139.00
Provision of Catering
€9,750.00
Provision of Security
€293,534.72