Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — infiq fi fuel
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm intnefaq fi fuel fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Marzu 2008 sa Awwissu 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-customer care tal-anzjani ma rrispondiex email, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-Ċentru Servizz Anzjan ma jirriżultalux li rċieva l-e-mail li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, sakemm din l-e-mail ma daħlitx bħala spam u tkun ġiet imħassra.
L-anzjan imsemmi f’din l-
e-mail
applika fl-24 ta’ Marzu 2011 biex jidħol fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla. Il-Bord tal-Ammissjoni approva dan il-każ bħala
High Priority
fit-12 ta’ Mejju 2011 għar-Residenza San Vinċenz de Paule. B’hekk dan il-każ ġie mqiegħed fil-lista ta’ stennija tal-
High Priority
għar-Residenza San Vinċenz de Paule.
Jista' l-Ministru jagħti r-ratio fin-numru tal-istaff amministrattiv għal dak mediku fl-Isptar Materi Dei u kif ukoll ratio fl-ispiża kull sena u sena b'sena minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa f'overtime minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei, sena b'sena għall-impjegati fl-amministrazzjoni u dak mediku?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — infiq f'servizzi provduti mill-kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ispejjeż li ntnefqu minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei għas-servizzi provduti mill-kuntratturi, sena b'sena, kuntrattur kuntratt, servizz servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa f'xogħol (working hours) twettqu fit-teatri tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, teatru, teatru matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-informazzjoni dwar is-sigħat f’xogħol li twettqu f’kull teatru tal-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar 3 snin m’ hijiex disponibbli bil-mod mitlub.
L-informazzjoni miġbura mis-
Surgical Operations Register
hija dwar il-bidu u t-tmien ta’ kull operazzjoni (
actual operation time
). Din l-informazzjoni hija dwar il-ħin li jdum l-intervent kirurġiku li jkun qed isir fuq il-pazjent u ma tinkludix il-ħin li l-pazjent iqatta fl-
operating theatre
qabel l-operazzjoni biex jiġi ppreparat għall-operazzjoni, u l-ħin li l-pazjent iqatta fit-theatres u fir-recovery area wara l-operazzjoni biex jirkupra mill-loppju. Ix-xogħol fl-
operating theatre
jinkludu wkoll xogħol biex jiġi ppreparat it-
theatre
għall-operazzjonijiet, kif ukoll ħin wara l-operazzjoni biex dan jiġi mnaddaf, fost oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet kategorija, kategorija matul is-snin minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei 'l hawn u kemm intużaw teatri biex saru l-operazzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
*Vide PL 8118 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 392 nhar l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru 2011
F'każ li għall-finijiet ta' riskju jkun irid jiġi verifikat id-djanjożi ta' membru tal-familja li miet, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jintalab dokument notarili meta ċertifikat tat-twelid hu biżżejjed biex jikkonferma l-parentela?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Jekk l-Onor. Interpellant jista’ jgħaddi aktar dettalji dwar il-każ, il-Ministeru jkun jista’ jinvestiga aktar fid-dettal.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il-gvern huwiex beħsiebu jaġġorna għaż-żmenijiet tal-lum il-liġijiet tas-sanità? Jekk iva, f'liema oqsma? Ma jaħsibx li l-liġi - li saret fi żmien meta f'Malta ma kienx hawn elettriku u lanqas sistemi ta' arja kondizjonata - għandhiex tkun aġġornata għaż-żminijiet tal-lum
u jikkonsidra l-iżviluppi li saru fis-sengħa tal-kostruzzjoni u anke fit-teknoloġija, bħal per eżempju sistemi ta' ventilazzjoni mekkanizzati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar informazzjoni fuq liema liġijiet ‘tas-sanità qiegħed jirreferi, dan minħabba n-numru vast ta liġijiet li jeżistu, li jirrigwardjaw diversi oqsma bħal-ikel, bini u drenaġġ, tipjip, ċimiterji, skart, tpinġija fuq il-ġisem (tattoo) u ħafna oqsma oħra.
Ħafna minn dawn il-liġijiet jirriflettu l-iżvilupp li sar u huma tassew aġġornati anke ma regoli tal-Unjoni Ewropeja. Madankollu, hemm xi oqsma li jrid isir xi tibdil fihom u kien hemm anke abbozzi dwarhom. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal-liġijiet tal-bini u ventilazzjoni nixtieq ninfurmah illi għalkemm sar żvilupp kif imsemmi minnu, bla ebda dubju l-ventilazzjoni naturali hija essenzjali. Ta’ min wieħed jinnota li għadu kif inbeda process biex dawn ir-regolamenti jiġu riveduti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ħin ta' stennija li damu jistennew pazjenti minn x'ħin jirreġistraw isimhom għal x'ħin jgħajtilhom biex jarahom it-tabib matul is-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-A&E module tal-Patient Administration System, wieħed jista’ jiddetermina biss il-ħin minn meta persuna tirreġistra fir-reception tad-Dipartiment tal-Emerġenza sakemm l-istess persuna tkun liċenzjata mill-istess dipartiment, jew tiddaħħal l-isptar jekk ikun hemm bżonn. Madankollu, mill-istatistika li tiġi miġbura mhuwiex possibbli li wieħed jikkalkula ż-żmien ta’ stennijja minn meta persuna tirreġistra fir-reception tad-Dipartiment tal-Emerġenza sakemm tiġi msejjħa biex jaraha t-tabib.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Malta kellniex każijiet ta' cancer li s-sors li wassal għal dan il-cancer kienu raġġi ġġenerati minn telefonija ċellulari jew minn xi tip ta' raġġi oħra? Kif nafu li dan huwa minnu? Kemm kienu dawn il-każijiet u jekk hijiex issir ricerka biex naraw jekk din il-probabbiltà teżistix jew le?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-Reġistru tal-Kanċer m’għandu l-ebda informazzjoni rigward kanċer li setgħa kien ikkaġunat bir-raġġi ġġenerati minn telefonija ċellulari jew xi tip ta’ raġġi oħra.
Fir-Reġistru tal-Kanċer m'hemmx irrekordjat l-ebda riċerka għaddejja għar-rigward jekk din il-probabilità teżistix jew le.
Jista' l-Ministru jgħid kemm damu l-pazjenti jistennew fi swali transitorji fuq stretcher matul il-perjodu ta' Jannar u Ġunju 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System, bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u t-22 ta’ Ġunju 2011, il-medja ta’ żmien li l-pazjenti għaddew fi swali transitorji sakemm ġew trasferiti għal sala oħra jew ġew liċenzjati mill-isptar huwa bħal ma jidher hawn taħt:
Ward
Average Length of Stay (days)
AREA 2/PAED AREA
0.8
EMERGENCY WARD AREA
1.2
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet ta' cancer f'Malta jiġux moniterjati u tinżammx statistika ta' koinċidenza ta' dan il-mard? Jista' jidentifika liema cancer f'Malta huwa on the increase li jinsab biex ġie kkawżat? Kemm qed inżidu prekawzjonijiet biex dan il-cancer jitnaqqas u x'inhuma l-pjanijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa biex ikollna jekk jista' jkun numru inqas ta' koinċidenza ta' dan il-mard?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' pazjenti li nqdew bis-servizzi tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u fiċ-ċentri tas-saħħa matul il-perjodu ta' Jannar u Ġunju 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont l-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System, bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Mejju 2011, in-numru ta’ attendenzi fid-dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei kien 45,300. Ta’ min jinnota li l-istess persuna tista’ tattendi d-dipartiment tal-Emerġenza iktar minn darba fl-istess perjodu.
L-attendenzi fiċ-Ċentri tas-Saħħa kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Ċentru tas-Saħħa
Numru ta’ Pazjenti
MOSTA
8114
RABAT
907
B’KARA
159
FURJANA
8341
ĦAL-QORMI
1773
GŻIRA
2211
RAĦAL ĠDID
14821
BORMLA
771
TOTAL GLOBALI
37079
Dwar il-pazjenti li nqdew bis-servizzi tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Can the Minister say, in the year 2010, how many persons aged 60 plus were admitted to Mater Dei Hospital compared to St. Lukes Hospital in 2000? Can the government provide a breakdown of the 2010 figures by age, gender, and reasons for admission?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema anzjana applikat sabiex tidħol f'home fis-6 ta' Lulju 2010 iżda li għadha tistenna b'detriment li saħħitha dejjem qiegħda tiddeterjora, u li ma tistax tibqa' tiġi mħarsa minn oħtha anzjana li għandha 80 sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari applikat fis-6 ta’ Lulju 2010 u ġiet approvata high priority fil- 21 ta’ Ottubru 2010. Din l-anzjana qiegħeda fil-lista ta’ stenniija tal-high priority tad-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun.
Jista' l-Ministru jara li anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kienet f'home u li reġgħet lura f'darha minabba li oħtha setgħet tieħu ħsiebha, issa tixtieq terġa tiddaħħal lura f'home minħabba li saħħitha ddeterjorat b'mod mill-aktar gravi u li issa qed tbati mid-dementia u tqum ħafna drabi matul il-lejl u bosta drabi nstabet minn oħtha fl-art, u għal din oħtha qed isir impossibbli li ddur biha minħabba li għandha 83 sena hija ukoll, u li ftit tal-ġranet ilu ddaħħlet hija ukoll l-isptar tbati minn anemija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet daħlet fir-Residenza San Vinċenz de Paule fit-23 ta’ Ġunju 2010 u ħarġet fit-30 ta’ Settembru 2010. Din l-anzjana reġgħet applikat fit-8 ta’ Lulju 2011. Din l-applikazzjoni trid tidher quddiem is-social workers u wara quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-eqreb grad fid-Dipartiment tas-Saħħa għax-xogħol li jagħmlu l-care workers ikkuntrattati mill-kumpanija jew kumpaniji li jagħtu dan is-servizz lill-Gvern, bħal per eżempju, nursing aid? Kemm titħallas persuna li qed tagħmel xogħol simili ta' care worker iżda impjegata direttament mal-Gvern u kemm titħallas persuna li taħdem bħala care worker mal-kuntrattur li l-Gvern ikkuntratta biex jagħtih dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.