Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm overtime u travelling expenses li għandhom jitħallsu lis-security officers impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2011? Jista' jgħid għaliex dawn għadhom ma tħallsux u meta se jitħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sat-22 ta’ Frar ta’ din is-sena l-Korporazzjoni Enemalta għandha 27 siegħa overtime xi tħallas lill-security officers. Dan l-overtime li sar fl-2011, jammonta għal € 291.76 u ser jitħallas f’Payroll 3/2012. Il-korporazzjoni m’għandha l-ebda travelling expenses xi tħallas.
Bulebel Industrial Estate — ħsara magħmula minn kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32071 u jgħid meta se tissewwa l-ħsara li saret minn kuntrattur imqabbad mill-Malta Enterprise sabiex jagħmel xogħol f'Bulebel Industrial Estate u minħabba f'din il-ħsara għal xhur sħaħ is-servizz tad-dawl fit-toroq tal-Industrial Estate huwa maqtugħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol sabiex ikun jista’ jiġi rrestawrat is-servizz tad-dawl fiż-żona industrijali ta’ Bulebel, huwa ppjanat li jsir fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 31887 però juża s-sena abbażi tal-2010, li sal-lum d-dipartiment żgur li għandu l-informazzjoni kollha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ageing Report Economic and Budgetary Projections
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32032 u cioè: Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunsill tal-ECOFIN inkariga lill-Economic Policy Committee (EPC) biex jaġġorna u jidħol f’aktar dettall tal-estimi relatati man-nefqa fuq l-anzjani. Din ibbażata fuq estimi ġodda mill-Eurostat dwar il-popolazzjoni.
Dan ir-rapport għandu jkun approvat mill-Kunsill tal-ECOFIN aktar tard din is-sena, u għandu jkopri estimi dwar long-term age relations għall-perjodu 2010-2060 għall-penzjonijiet, kura tas-saħħa, kura akuta, edukazzjoni u benefiċċji tal-qgħad. L-estimi, partikolarment dawk marbuta mal-penzjonijiet, huma suġġett għal peer to peer review qabel ma’ dawn jiġu adottati mill-working group. Ix-xogħol qiegħed fi stadju avvanzat, avolja għad irid jibda jiġi ċirkolat abbozz tar-rapport peress li għad hemm diskussjonijiet tekniċi għaddejjin.
Siġġiewi — Triq San Nikola - stallazzjoni ta' lampa
Question
Jista' l-Ministru jikkunsidra t-talba tar-residenti ta' Triq Nikol Bonello fis-Siġġiewi biex il-Korporazzjoni Enemalta tistalla lampa f'din it-triq minħabba d-dlam li hemm u l-inkonvenjent li jiġi kkawżat lir-residenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li hija r-responsabbiltà tal-kunsill lokali li tistalla bozoz ġodda. Wara, dawn jiġu kkonnetjati mas-sistema tal-elettriku mill-Enemalta. Għaldaqstant ma saret l-ebda talba mill-kunsill lokali għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jintervjeni u jindirizza d-diffikultà li qiegħda tħabbat wiċċha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, stante illi qiegħda tirċievi żewġ kontijiet għal żewġ servizzi fl-istess fond residenza tagħha meta attwalment għandha kont wieħed u għad li ġibded l-attenzjoni tal-ARMS Ltd dawn ma remedjawx is-sitwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27603 u t-tweġiba mogħtija, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun il-garanzija meta jidħol in vigore l-ESM fis-sena 2013?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ESM mhux se topera fuq bażi ta’ garanziji imma fuq bażi ta’ Kapital. Fil-fatt l-ESM se jkollha kapital sottoskritt totali ta’ Euro 700 biljun. Minn dan l-ammont, Euro 80 biljun se jiġu mħallsa fil-forma ta’ kapital ‘paid-in’ ipprovdut mill-Istati Membri li jibda jithallas minn Lulju 2012 f’ħames pagamenti ugwali u annwali. Barra minn hekk, l-ESM se jiddisponi wkoll minn kapital disponibbli garantit minn Stati Membri għal total Euro 620 biljun.
Irrid nghid li wara diskussjonijiet fuq livell Ewropej, l-ESM se jidħol fis-seħħ f‘Lulju tal-2012 minflok f‘Lulju tal- 2013.
Matul id-diskussjonijiet fuq livell Ewropew, punt ta’ importanza kbira għal Malta u li ntlaħaq qbil dwaru kien dak li l-Istati Membri bi Prodott Domestiku Gross ta’ anqas minn 75% tal-medja tal-UE, li jinkludu lill-Malta, jibbenefikaw minn korrezzjoni temporanja għal perjodu ta’ tnax-il sena wara d-dħul tagħhom fil-eurozone. Bħala riżultat ta’ din il-korrezzjoni, l-ishma allokati għal Membru tal-ESM jiġu riallokati fost il-Membri tal-ESM li ma jkunux qed jibbenefikaw minn din il-korrezzjoni temporanja fuq bażi tal-parteċipazzjoni tagħhom (shareholding) fil-Bank Ċentrali Ewropew.
Għaldaqstant, is-sehem ta’ Malta fil-‘paid-in capital’ totali tal-ESM (li nfakkar huwa total ta’ 80 biljun ewro u ‘callable capital’ ta’ 620 biljun ewro) se jkun ta’ 511.7 miljun ewro fuq bażi ta’ ‘contribution key’ temporanja ta’ 0.0731%. Madankollu, il-pagament attwali ta’ Malta jinaħdem biss fuq il-paid in capital li se jkun ta’ 58.4 miljun ewro, li jinqasam f’ħames pagamenti indaqs, darba fis-sena għal ħames snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29303 u jgħid min huwa r-related party li flimkien miegħu il-Gozo Channel co. għamlet l-offerat biex tkompli topera is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim, jekk sar, bejn il-Gozo Channel Co u r-related party? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gozo Channel Co – u msieħba oħra jekk hemm – dwar it-tmexxija tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt it-tender il-ġdida? Sar Public Service Contract mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30082.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21747, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-taxxi u tariffi viġenti li japplikaw il-prinċipju tal-polluter pays? X'inhu d-dħul tal-gvern minn dawn it-taxxi u tariffi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — inspections fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar inspections bis-CCTV cameras, fuq is-sistema tad-drenaġġ ta' San Pawl il-Baħar? X'irriżulta minn dawn l-inspections? Jista' jagħti tagħrif jekk irriżultax li hemm xi ħsarat partikolari li għandhom jiġu rranġati fi żmien qasir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-inspections fuq is-sistema tad-drenaġġ ta’ San Pawl il-Baħar huma kontinwi. Ġew spezzjonati 7378 metru ta’ mains tad-drenaġġ matul l-aħħar sentejn. Il-ħsarat jiġu klassifikati skond it-tip u jiġu msewwija skont l-urġenza ta’ dawn il-ħsarat speċjalment meta jkun qed isir xogħol fuq l-asphalt mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jew Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk pajjiżna huwiex qiegħed jikkontempla li jottjeni xi fondi għall-interconnector bejn Malta u Sqallija mill-fond Connecting Europe Facility; li huwa intiż li jiġbor fondi biex jitwettqu proġetti infrastrutturali kbar? Jista' jagħti ħjiel meta dan il-pjan se jitressaq quddiem il-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew biex jingħata l-aħħar approvazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li pajjiżna se jkun qed jibbenefika minn finanzjament Ewropew ta’ madwar €20miljun għall-bini tal-interconnector ma’ Sqallija. Dan l-ammont se jkun qed jiġi finanzjat mill-European Energy Programme for Recovery.
Il-Connecting European Facility huwa intenzjonat għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 u għalhekk, l-
interconnector
preżenti, li se jkun lest fl-2013, ma jistax jiġi kkunsidrat għal finanzjament minn dan il-programm.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747 u 29693, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013 f’Malta u f’Għawdex
separatament? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jpoġġi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għal-Għawdex.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi f'dak li jikkonċerna l-bejgħ jew it-tħaddim tas-Selmun Palace Hotel? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji tal-iżvilupp li seħħ? Jekk le, jista' jassigura li din il-lukanda ma tispiċċax vandalizzata u żarmata? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess post għadx għandu security għassa mal-bini?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31680.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31158.
San Pawl il-Baħar — spezzjonijiet fuq is-sistema kollha tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlitx spezzjonijiet fuq is-sistema kollha tad-drenaġġ fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar permezz tas-CCTV? Jekk le, jista' jitlob li ssir tali spezzjoni biex jiġu identifikati l-ħsarat kollha li jista' jkun hemm fis-sistema ta' dawn l-inħawi biex b'hekk ikun jista' jitfassal programm ta' manutenzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30557.
Jista' l-Ministru jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31629.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21747, 29693 u 30702, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija Go? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija Go jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21747.