Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24489 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ħarġu tags għal xufiera tal-Light Passenger Transport Services, matul l-2023 u l-2024, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità Maltija, u kemm minnhom kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi kemm ħarġu permessi ta’ xufier, tags, għal xufiera ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar matul l-2024, minn meta ġie mwaqqaf dan il-Ministeru, maqsuma xahar b’xahar, u kemm minnhom għandhom karta tal-identità Maltija (li tispiċċa bl-ittra M, L, G u H), u kemm minnhom għandhom dokumenti ta’ residenza (li tispiċċa bl-ittra A u F).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22872, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fl-eżekuzzjoni tax-xogħol indikat fi Triq San Anard, Ħal Tarxien?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22872, ninfurmah lix-xogħlijiet fit-triq imsemmija għaddejjin. Kien hemm biss waqfa żgħir fi żmien il-Milied.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tinxtegħel iż-zebra crossing fi Triq il-Bronja, iż-Żurrieq, viċin il-Bronja Pharmacy?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li tlestiet l-infrastruttura neċessarja, bħalissa għaddejjin l-aħħar teknikalitajiet sabiex ikun jista’ jitqabbad id-dawl.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Segretarjat għax-Xogħljiet Pubbliċi - Baġit allokat u infiq għall-PR
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tad-Dekasteru tiegħu mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12041 u 18975 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant, li n-nefqa għal fjuri, kemm għal funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra, hija koperta mil-Line Item 3340 fl-Estimi Finanzjarji tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Karozzi tal-linja — Anzjani u persuni b’diżabbilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi tal-linja kollha f’pajjiżna humiex kollha aċċessibbli għall-anzjani u persuni b’diżabbilità? Jekk le, jista’ jgħid kemm hu n-numru tal-karozzi tal-linja li mhumiex aċċessibbli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karrozzi tal-linja li jintużaw għas-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta u Għawdex huma kollha aċċessibbli.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23873 fejn ġie mitlub biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-RfP li kien inħareġ minn Transport Malta biex tiġi privatizzata dik li illum tissejjaħ Gardens Yacht Marina f’Ta’ Xbiex, u jqiegħed ukoll kopja tal-ftehim mal-operaturi privati li ngħataw din il-konċessjoni, jista’ l-Ministru jqiegħed ukoll il-partijiet li ma tax fir-risposta tiegħu u ċjoè, annexes marbuta ma’ dan il-ftehim?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba huma voluminużi ħafna – kważi 900 paġna. L-Onor. Intepellant se jingħata l-opportunitá li jara hu personalment id-dokumenti mitluba fl-uffiċini ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkomplew ix-xogħlijiet fi Triq Bella Vista, f’San Ġwann fid-dawl li għalkemm saru xi xogħlijiet, partijiet minn din it-triq għadhom ma sarux?
Transport Malta — Taqsima tal-Infurzar Marittimu - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mit-Taqsima tal-Infurzar Marittimu fi ħdan Transport Malta fl-2024? Jista’ jaqsam l-ammont ta’ ċitazzjonijiet xahar b’xahar?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux seminars jew laqgħat għall-instructors jew skejjel tas-sewqan mill-2011 'l hawn dwar x'inhu mistenni minnhom meta l-istudenti jitilgħu għall-eżami tal-liċenzja? Jekk iva, jista' jgħid meta u fejn saru?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu twil iż-żmien ta' stennija biex wieħed jitla' għall-eżami tas-sewqan minn meta jdaħħal l-applikazzjoni, maqsuma kategorija b'kategorija?
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara li l-eżamijiet tal-liċenzja tas-sewqan ikunu standardised u li qed tinżamm l-istess riga mill-eżaminaturi kollha?