Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati periti ma' Transport Malta, sena b'sena u dipartiment/entità b'dipartiment/entità, mil-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif indikata fit-tabella sussegwenti:-
SENA
NUMRU TA' PERITI IMPJEGATI ĠODDA MA' TRANSPORT MALTA
DIRETTORAT
2012
4
Roads and Infrastructure
2013
3
Roads and Infrastructure
2014
2
Roads and Infrastructure
2015
2
Roads and Infrastructure
2016
4
Roads and Infrastructure
2017
1
Roads and Infrastructure
2018
0
Jista’ l-Ministru jgħid kemm itterminaw l-impjieg tagħhom periti minn ma' Transport Malta, sena b'sena u dipartiment/entità b'dipartiment/entità, mil-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif indikata fit-tabella sussegwenti:-
SENA
NUMRU TA' PERITI LI TTERMINAW L-IMPJIEG TAGHHOM MINN MA' TRANSPORT MALTA
DIRETTORAT
2012
3
Roads and Infrastructure
2013
4
Roads and Infrastructure
2014
2
Roads and Infrastructure
2015
1
Roads and Infrastructure
2016
1
Roads and Infrastructure
2017
5
Roads and Infrastructure
2018
1
Roads and Infrastructure
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' kull bord/awtorità li jaqgħu taħtu? X'kariga għandu kull membru u x'rimunerazjoni u benefiċċji qed jieħu kull membru? Kif ġie appuntat kull membru ta' kull bord?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu permissibbli passiġġieri bil-wieqfa f'karozza tal-linja? X'parametri jistabbilixxu l-ammont massimu ta' passiġġieri li jistgħu joqogħdu bilwieqfa tul vjaġġ f'karozza tal-linja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru permessibbli ta' passiġġieri bil-wieqfa f'karozza tal-linja jiġi determinat mis-Certificate of Conformity (COC) li jinħareg mill-manifattur tal-vetturi fuq il-linji gwida maħruga minn Direttivi tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jara li l-karozza tal-linja bin-numru 62 li titlaq mis-Siġġiewi tibda tgħaddi minn Triq Eugenio Borg f'Ħaż-Żebbuġ biex taqdi n-nies tal-akkwati speċjalment in-nies ta' Triq Ħal Mula u tal-viċin peress li l-ebda karozza tal-linja ma sservi dawn l-akkwati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment li ser ikun qed jiġi kkunsidrat.
Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – traffic junction
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex tinbidel it-traffic junction li tinsab biswit il-proġett ta’ appartamenti li qed jinbnew bħalissa fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa, u li tgħaqqad Triq il-Mitħna l-Qadima ma’ Triq Lewis Wettinger u anke mat-triq magħrufa bħala Tal-Miżieb? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru:
Jispjega x’inhu l-għan għall-bdil f’din il-junction?
Ipoġġi l-pjanti ta’ din it-traffic junction fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jagħti timeline ta’ kif se tkun qed titwettaq din il-bidla?
Jgħid kemm se tiġi tiswa din il-junction?
Kumitat dwar il-mina bejn Malta u Għawdex – membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ser ikunu l-membri tal-Kumitat dwar il-mina bejn Malta u Għawdex li tħabbar minnu ftit tal-jiem ilu u li skont hu ser ikun qed jitmexxa mill-ex membru Parlamentari Dr Franco Mercieca? Jista’ jgħid lil min ser ikunu qed jirrappreżentaw dawn il-membri? Jista’ jgħid x’ser ikun l-irwol ta’ dan il-kumitat u jekk dan hux ser ikun kumitat eżekuttiv jew konsultattiv?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jingħatha hawn taħt filwaqt li n¿ied wkoll li dan il-kumitat huwa konsultattiv fejn l-irwol tiegħu huwa ta’ koordinament bejn partijiet interessati biex jixprunaw ideat sabiex dan il-proġett jitmexxa il-quddiem bl-aħjar mod possibli u jkun ta’ suċċess.
Isem
Po
żizzjoni
Mr Franco Mercieca
Chair
Mr James Piscopo
Rappreżentant - TM
Ing Jonathan Scerri
Rappreżentant – Ministeru għat-Trasport
Perit Shawn Micallef
Rappreżentant – Ministeru għal Għawdex
Ms Michelle Piccinino
Rappreżentant - ERA
Perit Sylvio Farrugia
Rappreżentant - PA
Perit Sarah Pace
Perit tal-Proġett - Ex-officio
Mr Frans Ghirxi
Segretarju
Studji dwar il-mina bejn Malta u Għawex – testijiet ġeoloġiċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-testijiet ġeoloġiċi li kellhom isiru bħala parti mill-istudji dwar il-mina bejn Malta u Għawdex humiex lesti kollha? Meta tlestew dawn it-testijiet? Kemm swew dawn it-testijiet? Jista' jpoġġi kopja tar-riżultati u rapport wara li saru dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet ġeoloġiċi li saru bħala parti mill-istudji preliminari dwar il-mina bejn Malta u Għawdex tlestew f’Marzu 2018. Dawn it-testijiet ġeoloġiċi swew €831,595.60 (exc. VAT).
Bħalissa r-riżultati tat-testijiet ġeoloġiċi qegħdin jiġu analizzati flimkien mat-testijiet sismiċi. Dawn ir-riżultati jkunu ppublikati fil-mument opportun.
Wied il-Għajn – Triq is-Silla – galleriji li ċedew – spezzjonijiet mill-PA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu (u qed jittieħdu) wara li fi blokka ta’ appartamenti li qed tinbena fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn numru ta’ galleriji ċedew u waqgħu? Saru spezzjonijiet mill-Awtorità għall-Ippjanar? Jekk iva, meta? X’ġie deċiż?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit imsemmi kien munit b’permess ta’ żvilupp, u minn diversi spezzjonijiet li saru kemm qabel u kif wara seħħ l-inċident kien qed jinbena skont il-Pjanti approvati. L-Awtorita tal-Ippjanar ser tirreferi l-każ lill-Kamra tal-Periti u lill-Bord li jirregola l-Liċenzji tal-Benneja għall-konjizjoni u jekk jinħass il-bżonn investigazjoni ulterjuri tagħhom.
Peress li l-Lands iddeċidiet li ma titrasferixxix sit li fuqu l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq kellu ppjanat li jibni Ċentru Ċiviku għal-lokalità, jista’ l-Ministru jgħid jekk identifikax sit ieħor fejn tali Ċentru Ċiviku jista’ jinbena? X'se isir/sar mis-sit fiż-żona tal-Bebbux li fuqu kien ippjanat li jsir dan iċ-Ċentru Ċiviku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art in kwistjoni (Ref A/115/2004), tifforma parti mir-Rationalisation Development Boundaries tat-2006. Peress li Zoning, Building Heights u Road Alignment ta’ din iż-żona għadhom mhux konklużi, l-Awtorità ta’ l-Artijiet ma tista’ tieħu ebda deċiżjonijiet finali.
Peress li r-rotta tat-trasport pubbliku bin-numru 202 li kienet titlaq minn Ħad-Dingli ġiet sostitwita bin-numru 56, u fejn qabel ir-rotta 202 kienet tgħaddi minn fejn it-Technopark fil-Mosta, jista’ l-Ministru jara li r-rotta 56 tibda tgħaddi minn fejn it-Technopark fil-Mosta kif kienet tagħmel r-rotta ta' qabilha bin-numru 202?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment li ser ikun qed jiġi kkunsidrat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2015?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1570 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018
)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2016?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1571 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018
)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1572 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018
)
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-jetty tax-Xlendi hux ser jiġi rranġat sas-Sajf li ġej? Meta hu ppjanat li jibda x-xogħol u jitlesta, kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża fuq dan il-proġett? X'tip ta intervent hu ppjanat li jsir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess ta’ evalwazzjoni tat-tenders li ġie ppublikat għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni meħtiega fuq il –Jetty tax-Xlendi. Dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu f’tiswija u rinfurzar tal-pediment fuq in-naħa ta’ barra tal- Jetty fejn tnawwar u b’konsegwenza ċeda. Il-valur tal-offerti mitfugħa għal dan ix-xogħol ivarja bejn il-71,000Ewro u l-166,000Ewro.
Dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew ladarba jiġi konkluż il-proċess tal-evalwazzjoni.
Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – pjanti tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti l-ġodda ta’ Triq Lewis Wettinger, jew kif inhi magħrufa aħjar il-bypass tal-Mellieħa? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li se jkun qed isir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-pjanta l-ġdida mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra filwaqt li nista' nikkonferma li fid-disinn il-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Louis Wettinger), din it-triq ewlenija mhux biss ser tibqa' b'erba' korsiji, tnejn f'kull direzzjoni, iżda ser tiġi attrezzat b'diversi miżuri li jnaqqsu r-riskji ta' aċċidenti, fosthom sistema ta' dwal biex ma jibqax imdallam, crash barriers ġodda fit-truf tat-triq u anke crash barriers fin-nofs, bejn il-karreġġjati f'direzzjonijiet opposti. Fl-istess waqt, ser titjieb ukoll il-konnessjoni bejn dan il-Bypass u t-triq tal-Miżieb, kif ukoll f'waħda mill-junctions li tgħaqqad uħud mit-toroq residenzjali mal-Bypass.
Din il-ħidma, li ser tibda fil-ġimgħat li ġejjin, tfisser investiment ta' madwar €2 miljun, sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna. B'hekk inkunu dawwarna sfida li kienet se twassal għal diffikultajiet għal dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi, għal opportunità sabiex ikollna triq ewlenija oħra mibnija mill-ġdid b'aktar kwalità, effiċjenza u sigurtà.
Il-pjanijiet għad-disinn mill-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Louis Wettinger), imfassla snin ilu, kienu jinkludu l-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, triq residenzjali eżistenti li bħalissa ma tinfidx, sabiex tingħaqad ma’ triq residenzjali oħra, Triq il-Mitħna l-Qadima, u ssir aktar aċċessibbli. L-art bejn dawn iż-żewġ toroq, fejn qabel kien hemm żewġ barrieri, hija żona tal-iżvilupp għall-bini residenzjali. Din l-art tinkludi wkoll is-sit fejn bħalissa qed jinbnew l-appartamenti.
Dawn il-pjanijiet oriġinali kienu jinkludu wkoll it-tneħħija ta’ waħda mill-erba’ korsiji tal-Bypass bħala miżura ta’ sigurtà. Dan it-tnaqqis ma kienx marbut mal-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi iżda ma limitazzjonijiet tekniċi f’parti oħra tal-istess Bypass. Fil-fatt, partijiet oħra ta’ dan il-Bypass kif ukoll partijiet oħra tar-rotta bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, diġa ġew imċekkna għal tliet jew żewġ korsiji minn amministrazzjonijiet preċedenti, meta nbnew mill-ġdid bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
It-triq residenzjali li bħalissa qed tinbena mill-iżviluppatur tal-appartamenti fis-sit fejn qabel kien hemm waħda mill-barrieri m’hijiex triq privata iżda triq residenzjali pubblika li tifforma parti mill-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi. Meta ngħata l-permessi għall-iżvilupp tal-appartamenti, l-iżviluppatur intalab ukoll jifforma l-parti ta’ din it-triq residenzjali li tmiss mal-bini tiegħu. Il-kumplament tat-triq, sal-parti eżistenti ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, ser tinbena meta l-artijiet ta’ maġenbha jiġu żviluppati mis-sidien tagħhom.
Ftit tal-ġimgħat ilu, tlabt lil Transport Malta tqis mill-ġdid il-pjanti oriġinali għall-bini mill-ġdid tal-Bypass, bl-għan li t-triq tibqa’ b’erba’ korsiji. Fil-fatt, wara li l-pjanti tat-triq ġew riveduti, il-periti tal-Awtorità kkonfermaw li l-Bypass tista’ tiġi mtejba sabiex ikollha diversi miżuri ta’ sigurtà mingħajr ma tidjieq għal tliet korsiji. Il-pjanti tekniċi ta’ dan it-tibdil ġew ippreżentati lill-Kunsill Lokali Mellieħa waqt laqgħa li għaliha stidint il-kunsillieri lokali kollha ta' din il-lokalità fil-jiem i għaddew.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art jew xi parti mill-art f'Tas-Sliema, li tinsab indikata bl-aħmar fil-pjanta li qed tingħata separatament, qattx kienet proprjetà tal-Gvern u jekk iva, kif ingħatat lil terzi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku u/jew ta' kwalunkwe dokument ieħor li permezz tiegħu l-imsemmija art jew xi parti minnha ingħatat lil terzi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art li tinsab indikata bl-aħmar fil-pjanta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet propjetà tal-Gvern. Il-propjetà ġiet mibjugħa lil terzi permezz ta’ diversi atti pubbliċi fis-snin 1991, 1996 u 2000 rispettivament.
Ngħarraf lill-Interpellant li l-Atti relattivi huma:
Att nru. 228, fl’atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 12 ta’ Ġunju 1991
Att nru. 22, fl’atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 25 ta’ Jannar 1996
Att nru. 22, fl’atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 15 ta’ Frar 2000
Kopja tal-Atti u dokumenti oħra qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba r-roundabout il-ġdida li hemm fil-Fgura fl-aħħar ta’ Triq il-Karmnu ġewwa Triq id-Dejma hiex sejra tiġi rranġata b’fjuri u b’siġar addattati?
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol se jsir mill-Ministeru fil-Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja fix-xhur li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' tisbieħ fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja jinsab fi stadji ta' pjanar avvanzat. Tlestew id-disinji u saret l-applikazjoni għall-permessi tal-PA u anke beda x-xogħol fuq it-tħejjija tat-tender għal dawn ix-xogħlijiet. Dan il-proġett jifforma parti mill-programm ta' xogħlijiet ippjanati li jibdew jiġu esegwiti s-sena dieħla.
Il-Qrendi – Sqaq il-Lhudija – xogħol ta’ resurfacing
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux se jsir xogħol ta’ resurfacing fi Sqaq il-Lhudija fil-Qrendi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.