Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità San Vincenz de Paul — Residents' Board - Ilmenti/rakkomandazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet jittieħdu meta r-Residents' Board fil-Faċilità San Vincenz de Paul jagħmel xi ilment jew rakkomandazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li kwalunkwe ilment li jiġi mressaq quddiem il-bord tar-residenti jiġi diskuss mas-sezzjonijiet relevanti, inkluż mal-amministrazzjoni, jiġi investigat mad-dipartiment konċernat, skont x’ikun il-każ, u jekk jiġi vverifikat, jittieħdu l-passi neċessarji biex tissolva l-kwistjoni u jingħata rispons lil min ikun ressaq l-ilment.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le? Jista' jgħid ukoll: (a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad? (f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22695.

Hip replacements u knee replacements — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25612 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal hip replacement u kemm hemm għal knee replacement? Jista’ jgħid ukoll kemm ilha l-aktar talba ta’ stennija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-knee u hip replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali t’ Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u darba fil-ġimgħa extra fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Filwaqt li f’Novembru nfurmajt lill-Kamra li kien hemm 1,421 pazjent li qed jistennew total knee replacement, dan l-ammont niżel għal 1,249. Għar-rigward tal-hip replacement, hemm 285 persuna li qed jistennew u ilhom aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Ikun hemm ħafna raġunijiet għala din l-istennija tkun daqshekk twila. Nassigura lill-Onbor. Interpellant li f’każijiet ta’ urġenza tittieħed azzjoni immedjata.

Sptar Mater Dei — Costings

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25349 u jgħid fiex waslu l-Costings (liema sena tlestiet) tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei, liema servizzi għandhom konsulenza kontrattwali speċifika għalihom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Costings - Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25351 u jgħid kemm tħallset id-ditta u/jew individwu għall-konsulenza dwar il-Costings tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif jinqasam il-ħlas bejn id-dipartimenti u l-entitajiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Faċilità San Vincenz de Paul — ECG technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ECG technicians fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista' jgħid ukoll xi kwalifiki għandhom dawn it-technicians?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li f’San Vinċenz de Paul ma hemm ebda impjegat fil-grad ta’ ECG technician.

Faċilità San Vincenz de Paul — Impjegati li jaħdmu mal-kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjegati li jaħdmu mal-kuntrattur fil-Faċilità San Vincenz de Paul humiex qed jirċievu l-istess remunerazzjoni, salarji, benefiċċji bħall-impjegati kollha l-oħra li jaħdmu mal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Faċilità San Vincenz de Paul — Vannijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il passiġġier għamel użu mill-vannijiet tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fil-Faċilità San Vincenz de Paul minn meta ilu jagħti dan is-servizz sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'kien in-numru ta' passiġġiera maqsuma xahar b'xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Operazzjonijiet tal-ortopedija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fl-ortopedija fl-2024 u kemm tħassru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet taħt l-ispeċjalità tal-ortopedija li saru f’2024 huwa ta’ 5298 operazzjoni/proċedura u tħassru 233 proċedura. Ikun hemm diversi raġunijiet għala jitħassru, nkluż dawk mediċi.

Djar residenzjali tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn djar residenzjali tal-Anzjani liċenzjati u kemm għandu sodod il-Gvern f'kull dar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn disa’ u tletin (39) residenza għall-anzjani liċenzjati, li minn dawn il-gvern għandu erbat elef mitejn wieħed u sebgħin (4,271) sodda.

Sptar Mater Dei u Sptarijiet privati — Operazzjonijiet - Apparat u mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-apparat, mediċini, eċċ. użati fl-operazzjonijiet fuq pazjenti fl-Isptar Mater Dei u fuq pazjenti fi sptarijiet privati li huma outsourced lill-Isptar Mater Dei, humiex tal-istess ditta u kwalità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif l-Onor. Interpellant japrezza, id-dipartiment tas-saħħa ma jistax jobbliga lill-privat li jkollu apparat mediku tal-istess ditta bħal mhemm fi sptarijiet pubbliċi. Ir-responsabiltà tad-dipartiment tas-saħħa għar-rigward tal-isptarijiet privati hi li dawn jkunu liċenzjati mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u li l-kwalità tal-apparat u tas-servizz jkunu tal-ogħla kwalità.

Sistema pubblika tas-saħħa — Reġistru

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25232, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-reġistru aġġornat tal-benefiċċji, is-servizzi, l-interventi u t-trattamenti kollha pprovduti mis-sistema pubblika tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix aktar xi nżid mat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 25232.

Emissjonijiet mill-impjanti tat-tarmak — Riskji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24074, 25225 u 25555 u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz ta’ carers fid-djar — Għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25669 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid x'għajnuniet hemm għall-pazjenti jew familjari tal-pazjenti li jużaw is-servizz ta' carer fid-dar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Carers privati — Pagamenti tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25670 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk persuna li tħaddem carer magħha fil-privat (fid-dar tagħha) għandhiex benefiċċji li ma tħallasx VAT fuq il-pagament lill-istess carer?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.