Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dexcom App

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u kif inxtrat is-sistema li ser tintuża minn pazjenti ta’ taħt il-21 sena li jbatu mid-Dijabete Type 1, magħrufa bħala Dexcom App? Jista’ jelabora fuq liema sistemi ta’ telefon ċellulari ser tintuża? Huwa minnu li biex taħdem din il-mobile app, it-telefon ċellular irid ikun partikolari u dawn m’għadhomx jiġu ċċirkolati faċilment u li din l-app ma taħdimx fuq ħafna mill-mudelli tat-telefon ċellular ġodda? Teżisti xi tip ta’ ‘update’ biex tintuża fuq telefons ċellulari ġodda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pazjenti dijabetici tat- tip 1 ta taħt il-21 sena huma kollha intitolati u l-maġġoranza diġa għandhom Continuous Glucose Monitor . Il-maġġoranza tat-telephones moderni huma kompatibbli mad- dexcom . Is-sistema ta’ Continuous Glucose Monitor ta’ Dexcom intghazlet wara proċess kompetittiv li huwa parti minn mekkani¿mu ta’ innovative procurement.

Sptar Mater Dei — Kamra għall-pazjenti b'aġitazzjoni severa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni ċara ta' meta l-kmamar li jistgħu jinżammu fihom pazjenti b’aġitazzjoni severa fl-Isptar Mater Dei, li kienu ġew maħsuba biex isiru ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza u ġewwa xi swali oħra, ser isiru ,peress li dan hu urġenti għax l-istess pazjenti aġitati, pazjenti oħra u ħaddiema, qed jitpoġġew f’riskju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-isptar Mater Dei diġa attrezzat b’zewġ kmamar li fihom jin¿ammu pazjenti b’aġitazzjoni severa.

Lands Authority – Northern Hub – site plan

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 237 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan tas-sit magħżul għan-Northern Hub li ġie assenjat mill-Lands Authority?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-Site Plan tas-sit magħżul għan-Northern Hub kif assenjat mil-Lands Authority. Il-limiti tas-sit huma indikati bl-aħmar bħala ‘Property No. E26245’.

Il-Mosta — Ċentru tas-Saħħa - Ambulanza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk hux minnu li l-Ambulanza miċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Mosta tneħħiet ukoll?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ambulanza tal-Mosta ma tneħħietx u għada tintuża bħas-snin ta qabel biex tkun tista tirrispondi għall-bżonnijiet ta’ emergenza fin-naħa tat-tramuntana ta’ Malta.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Inġinerija – azzjonijiet industrijali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilhom għaddejjin l-azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment tal-Inġinerija fl-Isptar Mater Dei (data, ġurnata, xahar u sena)? Meta bdew dawn l-azzjonijiet? X’inhi r-raġuni għalfejn bdew dawn l-azzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorr. Interpellant illi l-azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment tal-Inġinerija fl-Isptar Mater Dei, ordnati mill-MUMN, ilhom għaddejjin mid-9 ta’ Diċembru 2021. Madankollu, l-MUMN mhix il-union li għandha rikonoxximent għall-ħaddiema fit-Technical Class u, allura, il-Management hu obbligat bil-liġi li jiddiskuti mal-union/s rikonoxxuta/i, u hekk qed jiġri.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 184 ta’ din il-Leġiżlatura, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 10.5 full time equivalent f’person of trust u 2 full time equivalent fuq bażi ta’ position of trust.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 326.

Patients Charter

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex il-Patient Charter jiġi ppubblikat f’liġi? Jekk iva, meta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Patient Charter ilu ppubblikat mil- 21 ta’ Novembru tal- 2016.

Sptar Mater Dei, Sptar Monte Karmeli u Kura Primarja Teknoloġija fiż-żamm tal-istorja medika tal-pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, liema forma teknoloġika qed tintuża minn professjonisti biex tinżamm l-istorja medika tal-pazjent fl-Isptar Mater Dei, fil-Kura Primarja u fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-professjonisti f’Mater Dei għandhom aċċess għar-riżultati tal-investigazzjonijiet tad-demm, tar-radjoloġija u tal-kardjoloġija, id-discharge letter, mediċina, dettalji tal-operazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra minn sistemi elettroniċi aċċessibli mill-isptar. Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja jinżammu f’format elettroniku permezz tal-Electronic Patient’s Record IT System (EPR). Is-sistema tal-EPR tifforma parti mill-viżjoni tal-Gvern li jgħaqqad is-sistemi tal-IT flimkien fi ħdan il-proġett ERDF CONvErGE. Għalkemm fl-isptar Monte Karmeli, preżentament l-istorja medika tal-pazjent tinżamm b’mod manwali fuq files għal kull pazjent rispettiv, għaddej il-proċess sabiex l-istorja medika tal-pazjenti tibda tinżamm permezz ta’ sistema elettronika.

Pain Clinic — waiting list għall-injection tal-uġigħ

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija kemm hi twila l-waiting list biex tingħata appuntament għall-injezzjoni tal-uġigħ fil-Pain Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-medja ta’ żmien ta’ stennija minn meta il-konsulent jara l-pazjent fl-outpatients sa meta jkollu l-proċedura tal-pain management hija ta’ 83 ġurnata. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, il-proċedura ssir minnufih.

Waiting list għall-assessjar ortopediku

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hi twila l-waiting list għal assessjar ortopediku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal- 4 ta’ Mejju ta’ din is-sena, n-numru ta’ persuni li għandhom appuntamenti ġodda bbukjati fl-Orthopaedic outpatients (generali) huma 1062 u medja ta’ żmien ta’ stennija bejn id-data tal-booking u d-data attwali tal-appuntament hija 85 gurnata. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, il-pazjenti jaraw l-ispeċjalista mill-illum għal għada jew fl-ewwel out-patients clinic li jkun imiss.

Sptar Mater Dei — waiting list għal MRI

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija, kemm hi twila l-waiting list għal assessjar b’MRI fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ hin (abbazi ta’analizi sat-30 t’April 2022) meta jigi mitlub MRI scan (ghal kazijiet ta’ rutina fuq bażi Outpatient), u meta jigi meħud huwa ta’ erba’ (4) xhur. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, l-MRI isir mill-iktar fis possibbli.

Sptar Mater Dei — qasam ortopediku - assessjar ta' ultrasound

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba l-mistoqsija kemm hi twila l-waiting list biex isir assessjar permezz ta’ Ultrasound fil-Qasam Ortopediku fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja ta’ħin (abbażi ta’analizi sat-30 t’April 2022) minn meta jiġi mitlub Ultrasound scan tat-tip ‘musculoskeletal’ (għal każijiet ta’ rutina fuq bazi Outpatient), u meta jigi meħud huwa ta’ erba (4) xhur. Wieħed għandu jkun mgħarraf li f’dawk il-każijiet li huma urġenti, dan isir mill-iktar fis possibbli.

Suwiċidji ta' persuni ta’ 18-il sena jew inqas

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm seħħew imwiet f'pajjiżna kawża ta' suwiċidju f'persuni ta' 18-il sena u inqas fl-aħħar tliet snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Registru Nazzjonali tal-Imwiet, bejn l-2019 u l-2021 kien hemm żewg imwiet f'pajjiżna kawża ta' suwiċidju f'persuni ta' 18-il sena u inqas.

Roll out tal-Constant Glucose Monitors

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-pjan tal-Gvern li jsir ir-roll out tal-Constant Glucose Monitors (jew Remote Patient Monitoring) hux qed isir kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 22817 tat-13-il Leġiżlatura, u li jfisser li KULL persuna bid-dijabete Type 1 ikollha l-monitor sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif imħabbar waqt il-kampanja elettorali ta’ ftit tal-ġimgħat ilu, ir-rollout ta’ continuous glucose monitors lil pazjenti b’ type 1 diabetes qed ikomplu. Fil-fatt bħalissa qed jitqassmu l-monitors bis-servizz ta’ monitorraġġ kontinwu lil ¿għa¿agħ sa 21 sena. Aktar tard din is-sena dan is-servizz jiġi esti¿ sal-eta’ ta’ 35 sena, imbagħad sena oħra lill-pazjenti l-oħra kollha.

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete – ħidma u miri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ħidma u l-miri tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 intlaħqux kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tul dawn l-aħħar 6 snin il-gvern wettaq tibdil kbir u servizzi ġodda fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020. Fostom ta’ min wieħed isemmi: - Numru ta’ mediċini kontra d-Dijabete ġew mi¿juda mal-formularju. - Kull pazjent li jbati bid-Dijabete beda’ jingħata l- glucose strips u għaddej l-proċess li jingħata l- glucose monitor b’xejn. - Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa nieda varji kampanji edukattivi, għat-tfal u għall-adulti, kemm kontra d-Dijabete, kif ukoll kontra fatturi li j¿idu r-risku ta’ Dijabete, bl-għan li ji¿did l-għarfien ta’ kemm hu mportanti li nipprevenu din il-kundizzjoni. - Tnida l-programm Living with Diabetes għal pazjenti li jbatu bid-Dijabete u huma jew obe¿i jew ipejpu. - Twaqqif il- pre-diabetic clinic fiċ-ċentri tas-Saħħa u out-patients clinic apposta f’Mater Dei għal dawk il-pazjenti li jbatu mid-Dijabete u għandhom ukoll kumplikazzjonijiet fil-kliewi. Sar investiment minn Steward Health Care biex jiġi upgraded l-Orthotics and Prosthetics Department. · Rajna wkoll ¿ieda fl-ammont ta’ ri¿orsi umani li huma speċjalizzati fid-Dijabete fosthom nurses, psychologists, dieticians , konsulenti speċjalisti fid-Dijabete u kif ukoll Podoloġisti bi training speċjalizzat fuq l-US biex jinqabdu malajr il-kumplikazzjonijiet taċ-ċirkulazzjoni kkaw¿ati mid-Dijabete. · Riċerka – sar l-istudju ‘Saħħtek’. Inghata bidu għall-proġett pilota tar-Remote Patient Monitoring li jinkludi fih tfal li jbatu minn Type 1 Diabetes.

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete ġdida

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux ħsieb li jippubblika Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete ġdida minħabba li l-aħħar strateġija li ġiet ippubblikata fl-2016 skadiet fl-2020? Jista’ jgħid ukoll jekk bdewx id-diskussjonijiet mal-istakeholders kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara l-perjodu tal-pandemija, d-dipartiment tas-Saħħa Pubblika issa qed jiffoka fuq l-aġġornament ta’ numru ta’ strateġiji, fostom dik tad-dijabete.

Screening tad-Dijabete – servizzi tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma s-servizzi tas-saħħa marbuta mal-iscreening tad-dijabete u kundizzjonijiet relatati mad-dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk il-persuni li ssirilhom dijanjosi ta’ dijabete jiġu referuti għal vi¿ta għand tabib tal-familja fil-klinika tad-dijabete li hemm f’kull ċentru tas-saħħa. Wara l-ewwel vi¿ta isirilhom appuntament għal-screening ta’ kundizzjonijiet relatati mad-dijabete. Ta’ kull sena jsir screening tas-saqajn u tal-għajnejn fil-kliniki tal-podjatrija u l-oftalmoloġija fi ħdan il-Kura tas-Saħħa Primarja. Hemm ukoll servizz ta’ dietista u nutrizzjonista. Darba fis-sena dawn il-pazjenti jiġu invi¿tati ukoll mingħand speċjalista tad-dijabete l-isptar jew fiċ-ċentru tas-saħħa stess.

Pazjenti li qed jiġu kkurati bil-Bevacizumab (Avastin)

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti f’Malta u Għawdex li qed jiġu kkurati bil-Bevacizumab (Avastin)? Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tiġi tiswa kull injezzjoni? Kemm-il injezzjoni jrid jieħu pazjent kull sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar in-numru ta’ pazjenti f’Malta u f’Ghawdex li qed jiġu kkurati bil-Bevacizumab (Avastin) qed tingabar. Kull injezzjoni tiswa bejn €10.68 (Prefilled) u €1,139.47 ghal kull vial, skont id-doza mehtiega u kif indikata mill-Konsulent Mediku.

Dipartiment tas-Saħħa – azzjonijiet industrijali tal-phlebotomists

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm ilhom għaddejjin l-azzjonijiet industrijali tal-phlebotomists fid-Dipartiment tas-Saħħa? Meta bdew dawn l-azzjonijiet (data, ġurnata, xahar u sena)? X’inhi r-raġuni għalfejn bdew dawn l-azzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-azzjonijiet industrijali imsemmija minnha huma sospi¿i.