Legislature:
Category:
Reset
Active:

majjali li kienu tagged

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' majjali li kienu tagged matul l-2010, xahar b'xahar? Jista' jagħti tagħrif dwar kif jitqabblu dawn iċ-ċifri ma' dawk tal-2009 u l-2008 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Opri tal-baħar reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar li huma reġistrati bħala li qed jintużaw mis-sajjieda għal skop ta' sajd mal-Ministeru? F'liema lokalità, lokalità lokalità, huma reġistrati dawn l-istess opri tal-baħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

bdiewa, raħħal u sajjieda — għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22681 u jgħid kemm kien il-valur tal-għajnuna finanzjarja li l-bdiewa/raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin separatament rċevew kull sena mill-2004 'l hawn minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont il-programm, l-iskema eċċ.?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nefqa kapitali fuq park nazzjonali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22680, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kif mitlub fl-interpellanza u cioe' jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010 fuq: a) parks Nazzjonali; b) Afforestazzjoni; u ċ) l-ħarsien tal-kampanja? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f'Għawdex ta' kull sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nikkjarifika li l-informazzjoni li ingħatat għall-mistoqsija 22680 tkopri n-nefqa kapitali f'Malta, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex iressaq il-mistoqsija dwar l-informazzjoni dwar Għawdex lill-Ministru konċernat.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — printers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw printers matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħlasijiet ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika jekk l-informazzjoni mitluba tirrigwardax ħlasijiet pendenti ta' pagamenti li diġà ġew ċċertifikati, jew tirrigwardax il-valur globali li jkun irid jitħallas meta it-tender ikun eżawrit.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — third energy package

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kif it-third energy package mistenni jsaħħaħ b'mod effettiv il-poteri tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Third Energy Package, li huwa dokument pubbliku, jesiġi t-tisħiħ tal-awtorità regolatorja nazzjonali, li fil-każ ta' Malta hija l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi. Dan it-tisħiħ jikkonċerna l-aktar l-operat tal-Awtorità Regolatorja, inkluż il-proċess li bih jittieħdu deċizzjonijiet, kif ukoll il-mod li bih jiġi appuntat il-bord.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — New Electricity Directive

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li b'mod konformi man-New Electricity Directive u n-New Gas Directirve, l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi tibda terfa' r-responsabilitajiet tagħha dwar il-konsumaturi b'mod distint mill-Consumers and Competition Division tal-gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-direttivi mkien ma jesiġu li dawn il-kompetenzi għandhom ikunu tal-awtorità regolatorja, kif inferit mill-Onorevoli Interpellant. Għall-kuntrarju, id-Direttivi jispeċifikaw li “il-punti ta’ kuntatt jistgħu jkunu parti minn punti ta’ informazzjoni ġenerali għall-konsumatur” kif ukoll tikkontempla "mekkaniżmi indipendenti” bħal “entità tal-konsumatur”.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi sas-17 ta’ Jannar, 2011 in-numru ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu fil-Ministeru tiegħi kien ta’ 3,323. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-karigi u l-iskali tagħhom.

kontroll fuq landfills

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sistema hemm imħaddma bħalissa biex tikkontrolla l-landfill leachate jew gases?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistemi sabiex jiġu ikkontrollati l-leachate u l-gassijiet fl-engineered landfills huwa żewġ sistemi differenti. Nitlob għaldaqstant lill-Onorevoli interpellant jiċċara liema informazzjoni jixtieq.

Impjant ta' Sant'Antnin — monitoring rigward il-kwalità tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21387 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tliet takings ( records) dwar il-monitoring rigward il-kwalità tal-arja tal-viċinanzi tal-Impjant ta' Sant'Antnin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapporti tal-aħħar 3 sessjonijiet ta’ dan il-moniteraġġ (Sant Antnin Plant – Monitoring - Dok A).

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — laptops

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ma xtara l-ebda laptop matul l-2010. Il-Ministeru jagħmel użu mill-Leasing Framework tal-gvern għall-ħtiġijiet ta' kompjuters tiegħu. Il-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi u l-WasteServ ma jaqgħux taħt ir-regoli tal-Leasing Framework tal-Gvern u l-Laptops li nxtraw sar dejjem wara sejħa għall-offerti. Il-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi xtrat tliet laptops mingħand l-IES Computers Ltd bi prezz ta’ €1,499.70. Filwaqt il-WasteServ xtrat 14-il laptop kif ġej: Supplier Kwantita’ Spiża Comprod 4 € 4,002.65 Klikk 3 € 1,910.00 Scan 4 € 2,680.50 Forestals 3 € 2,430.00

Ta' Qali — Park Nazzjonali - punch clock difettuż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara l-artiklu li deher fil-ġurnal "Illum" tat-8 ta' Awwissu 2010, rigward punch clock difettuż fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali? Jista' jikkonferma li s-sitwazzjoni fil-fatt għadha l-istess sal-jum li fih qed issir din il-mistoqsija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li huwa ppjanat li se tiġi stallata Attendance Verification System ġdida mferrex fuq is-servizz pubbliku kollu. Għaldaqstant, fid-dawl tal-imminenza ta’ dan il-progett, mhuwiex il-każ li jintefqu spejjeż biex dawn ikunu rranġati.

Blokkok ta' appartamenti — meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jinsabx informat bil-prattika li qed tintuża minn xi sidien ta' blokok ta' appartamenti, fejn jistallaw meter wieħed għall-appartamenti kollha, flimkien ma' sub meters, imbagħad iġiegħlu lill-inkwilini jħallsu għad-dawl u ilma b'rati ogħla minn tal-Arms Ltd, anki permezz ta' kuntratti? X'inhi l-fehma tal-Ministru dwar din il-prattika?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-prattika hi waħda li tmur kontra l-liġi sakemm fil-passat ma kienx hemm ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-azjenda jew individwu li għandu dan il-meter. Jien infurmat li meta l-MRA tirċievi informazzjoni jew ilment dwar abbuż ta' sub-meters, dawn jiġu investigati u jekk jinstab li qed isir abbuż, din l-informazzjoni tiġi mgħoddija lill-pulizija biex tkompli bl-investigazzjoni.

Organizzazzjonin Produtturi Laħam tal-Fenek Malti — biċċerija tal-fniek

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Organizzazzjoni Produtturi Laħam tal-Fenek Malti ngħatatx post mill-gvern għall-biċċerija tal-fniek?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Malta Enterprise.

Ta' Qali — Suq tal-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti tas-Suq tal-Bdiewa f'Ta' Qali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tittigwarda l-Avviżi Legali 54 u 55 tal-2011 li dehru fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 18,710 tat-18 ta’ Frar, 2011.

San Pawl il-Baħar — restawr tas-Salini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda ix-xogħol marbut mar-restawr tas-Salini fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u li dan l-aħħar ġie approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi finanzjament partikolari mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li diġa inħarġet l-ewwel sejħa għal offerti għar-restawr tax-Ximenes Redoubt. Ix-xogħol fuq it-tfassil ta' sejħiet għal offerti oħra għar-restawr tas-salini, rikostruzzjoni tal-'huts', bini ta' iqugħ bħala miżuri għal kontra il-maltemp u 'project management' għal dawn ix-xogħolijiet jinstab fl-aħħar fażi ta' preparazzjoni qabel il-publikazzjoni tagħhom. Fil-preżent għadhom ghaddejjin studji dwar ir-riabilitazzjoni tas-'Salt Marsh' u 'Garrigue' li meta jitlestew jservu bħala bażi għal sejhiet oħra ghall-offerti. Sussegwentement se jinħarġu sejħiet oħra għal xogħol ta' Landscaping. Dawn ix-xogħolijiet mistennija jibdew fl-ahhar kwart ta' din is-sena. Il-progett għandu finanzjament ta' 90% mill-Unjoni Ewropea taħt L-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (2007-2013) – L-Ewropa tinvesti f’Żoni Rurali.

Slipway magħrufa bħala tal-hard standing

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex is-slipway magħrufa bħala tal-hard standing f'Marsaxlokk fejn hemm il-crane li jtellgħu lid-dgħajjes ma tiġix mirduma imma tibqa' bħala slipway minħabba li hemm numru ta' dgħajjes li ma jkunux jistgħu jużaw il-crane?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flottot tas-Sajd qed jistudja numru ta’ alternattivi biex jitjieb l-aċċess u l-operat tal-Hard Standing li jinsab Marsaxlokk. Jien infurmat li sa llum għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżżjoni finali, u kull proposat għadha qed tiġi kkonsidrata.

Marsaxlokk — Paviment ta' madwar il-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 23700 jiġifieri kemm kien ġie jqum il-paviment li kien sar u kemm hu stmat li se jiġi jiswa x-xogħol sabiex jinbidel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ pavimentar li kien sar kien ġie jiswa, Lm 63,608.80 (jiġfieri madwar € 150,000). Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-pavimentar sarlu ħafna ħsara mill-vetturi li tħallew jgħaddu u jipparkjaw fuq. Tajjeb ingħidu wkoll li oriġinarjament kien hemm installati bollards biex jkun evitata dan iżda dawn tneħħew (mhux mill-Gvern Ċentrali) wara żmien qasir bill-konsegwenzi li hemm illum. Barraminhekk tajjeb li jingħad illi matul is-snin kien sar xogħol ta' trinek kif ukoll xogħol ieħor mħtieġ fuq ir-Rising Main u li warajhom kien diffiċli li jsir xogħol ta' reinstatement kif meħtieġ. Fid-dawl tal-proġett ta' tisbieħ li sar matul ix-Xatt is-Sajjieda, ittieħdet l-opportunita' biex dan il-pavimentar li għandu ħsarat jinbidel u jsir xogħol li jikkumplimenta il-pavimentar ta' Xatt is-Sajjieda ftit metri l-bogħod. Il-Pavimentar il-ġdid se jkun maħdum bil-porfido u granit u huwa stmat li ser jiswa' madwar €199,735 (inkluz VAT). Se jitwaħħlu numru ta' bollards u se jittieħdu miżuri biex l-vetturi ma jitħallewx jitilgħu fuqu.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010 xahar b'xahar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward il-fuel użat mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan id-dekasteru matul is-sena 2010.