Legislature:
Category:
Reset
Active:

Programmi fuq TVM u TVM News — produtturi ta' programmi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3009 u 10908 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' produtturi indipendenti li se jkunu qed jipproduċu programmi fuq TVM u TVM News għall-iskeda Ottubru 2022-Settembru 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS — Salarji u allowance/benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8624 u 10900 u jagħti s-salarji gross u kwalunkwe allowance u/jew benefiċċji oħra tal-pożizzjonijiet li ġejjin fi ħdan il-PBS mill-2012 sal-lum: Uffiċċjal Kap Eżekuttiv (CEO); Chairman; Editur; Kap tal-Aħbarijiet; u Managers?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li l-informazzjoni rikjesta tirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ xogħol, ħin u riżorsi li ma jiġġustifikax l-ispiża rikjesta sabiex tingħata l-istess informazzjoni.

PBS Ltd — Kontijiet awditjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar sena li l-PBS Ltd ressqet il-kontijiet awditjati tagħha lill-Malta Business Registry? Jista’ jgħid għaliex il-PBS Ltd neħħiet l-awdituri tagħha? Jista’ jgħid min huma l-awdituri ġodda li ħatret il-PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li l-aħħar sena li l-PBS Ltd ressqet il-kontijiet awditjati tagħha lill-Malta Business Registry kienet fis-sena 2022. Infurmat ukoll li l-PBS Ltd neħħiet l-awdituri tagħha għaliex dan huwa proċess normali għat-tħaddin ta' 'good governance'. Finalment, infurmat mill-PBS li l-awdituri ġodda huma CSA Group.

Iż-Żejtun — Triq Anton Buttigieg - traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jiġu proposti mill-awtoritajiet sabiex it-traffiku li ta’ kuljum jgħaddi minn Triq Anton Buttigieg, fiż-Żejtun, jiġi b’xi mod ridott u razzjonalizzat?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkonċernat.

Mosta — bollards

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10322, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u ċjoè: B’referenza għall-bollards forma ta’ ballun tal-irħam li tpoġġew fil-Mosta, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dawn il-bollards li jikkonfermaw li dawn mhumiex ta’ periklu? Kemm hi l-ispiża ta’ dawn il-bollards? Ta’ min hi r-responsabbiltà u min qed jiffinanzja dawn il-bollards u liema entità qed terfa’ r-responsabbiltà dwar is-sigurtà?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta illi li t-Traffic Management fi Triq il-Kbira huwa approvat mill-awtoritajiet kompetenti. Dwar il-bollards li tpoġġew, dawn huma varjazzjoni ta’ bollards li jintużaw kemm f’Malta u kemm f’ħafna bliet Ewropej u madwar il-bqija tad-dinja. Dawn jitpoġġew f’postijiet strateġiċi biex jipproteġu żoni fejn vetturi ma jistgħux jgħaddu jew jieqfu u dan biex tiżdied is-sigurtà għal min juża t-toroq tagħna. L-ispiża ta’ dawn il-bollards, bl-installazzjoni b’kollox hija ta’ €4,970, u dawn saru mill-kunsill tal-Mosta biex jikkumplimentaw ix-xogħol bil-madum tal-qawwi li sar f’din it-triq u li issa se nkomplu nkabbru bil-proġett tal-Pjazza tal-Mosta u l-akkwati.

Mosta — bollards

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10323, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, u ċjoè: B’referenza għal bollards forma ta’ ballun tal-irħam li tpoġġew fil-Mosta, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dawn il-bollards li jikkonfermaw li dawn mhumiex ta’ periklu? Kemm hi l-ispiża ta’ dawn il-bollards? Ta’ min hi r-responsabbiltà u min qed jiffinanzja dawn il-bollards u liema entità qed terfa’ r-responsabbiltà dwar is-sigurtà?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li qiegħda tingħata għall-mistoqsija parlamentari 10817.

Mosta – Proġett fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10324, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u ċjoè: B’referenza għall-proġett fil-pjazza tal-Mosta, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti aġġornati ta’ dan il-proġett? Jista’ jgħid kemm se jkun jiswa l-pavimentar tal-irħam li se jitqiegħed fuq il-bankini u min se jidħol responsabbli għall-ħlas ta' dan il-proġett, jekk hux l-Infrastructure Malta jew il-Kunsill Lokali tal-Mosta? Kemm hu n-numru ta’ parking bays li se jintilfu mill-pjazza fejn qiegħed isir dan il-proġett? Jista’ jgħid x’passi se jittieħdu biex fil-pjazza jiżdiedu parking bays ġodda biex jagħmlu tajjeb għal parking bays mitlufa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-pjanta tal-proġett tal-Pjazza tal-Mosta hekk kif mgħoddija lili mill-Kunsill Lokali tal-Mosta u hekk kif approvat mill-istess Kunsill. Informat li dan il-proġett qed jitwettaq bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet tal-Gvern.

Tempji tal-Ġgantija – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investiment infrastrutturali u xogħol ta' restawr sar fit-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa għal kull xogħol li sar, sena b'sena u xahar b'xahar, minn Frar 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ispejjeż ewlenin fil-Ġgantija minn Frar 2020 sa Ġunju 2023 jammontaw għal madwar €86,800, kif deskritt hawn taħt. Dan l-ammont jeskludi x-xiri ta’ affarijiet ta’ kuljum, kif ukoll il-pagi ta’ kuraturi, restawraturi u l-ħaddiema u uffiċjali kollha l-oħra sabiex sar ix-xogħol imsemmi hawn taħt u ħafna xogħol ieħor sabiex jiġi amministrat il-park arkeoloġiku tal-Ġgantija. Data Description Spiza cirka Marzu 2020 Xiri ta’ pjanċi ggalvanizzati ta’ Cor-ten għall-bibien tal-bini tal-ħruġ mill-park €3,000 2020 Stallazzjoni ta’ għamara ġdida u xiri ta’ hardware fir- reception €5,000 Marzu 2020 Stallazzjoni ta’ Automatic Changeover Switch ġdid għaċ-Ċentru tal-Viżitaturi €1,900 Nov 2020 – Marzu 2021 Materjal meħtieġ għar-restawr ta’ ħitan tas-sejjiegħ €500 Novembru 2020 Xiri u stallazzjoni ta’ bieb prinċipali ġdid għaċ-Ċentru tal-Viżitaturi €9,000 Marzu 2022 Stampar ta’ pannelli ta’ interpretazzjoni ġodda €500 Lulju 2022 Xiri ta’ materjal għal tiswijiet fil-walkway tal-Ġgantija €400 Frar 2022 - Gunju 2023 Xiri u stallazzjoni ta’ għadd ta’ showcases ġodda ta’ kwalità muzeali għaċ-Ċentru tal-Viżitaturi €66,000 Gunju 2023 Stampar ta’ pannelli ta’ interpretazzjoni ġodda €500

Fondazzjoni Patrimonju Malti Supervisory Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10392 fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Kumitat Konsultattiv – Festival Kanzunetta Maltija — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10393 fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

L-Imġarr – siti ta’ importanza storika

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10605 dwar siti ta' importanza storika fl-Imġarr, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx investiment mill-Gvern jew minn Heritage Malta f'xi wieħed mis-siti msemmija fl-istess tweġiba? Jekk sar xi investiment, liema investiment sar, fuq liema sit sar u min wettaq dan l-investiment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ż-żewġ siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma t-tempji neolitici Ta’ Ħaġrat u Skorba. Dawn huma miftuħa għall-pubbliku regolarment. Ninsab infurmat ukoll li matul din is-sena sar tindif u manutenzjoni ġenerali, u ġie prodott dokumentarju li jiffoka fuq id-daħla ewlenija għal Ta’ Haġrat u r-rwol tal-komunità tal-Imġarr fl-amministrazzjoni tas-sit minn meta ġie skopert.

Kumitat Organizzattiv – Festival Kanzunetta Maltija — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10394, fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol taghhom, jista' jagħti spjegazzjoni oġġettiva ibbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Kottonera Foundation Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10395, fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol taghhom, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Intangible Cultural Heritage Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10396, fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Heritage Malta Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10397, fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Ħal Qormi – Triq id-Deheb Fin — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir bħalissa fiż-żona Ta' Farsina, partikolarment fi Triq id-Deheb Fin u l-madwar f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li nbeda x-xogħol ta’ resurfacing minn Infrastructure Malta. Il-proġett jinvolvi xogħol fi Triq id-Deheb Fin, Triq il-Ħarifa, parti minn Triq ix-Xitwa u Triq id-Dielja.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9844.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali – impjegati fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 9844.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati minn ħaddiema ta' aġenzija tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 10169 u 10171, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tinġabar jew tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – konsulenti legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra