Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4873 u 5514 u jgħid kemm hu n-numru globali ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja f’kull kategorija msemmija hawn taħt:
(a) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1920 u 1940;
(b) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1941 u 1955;
(ċ) Pensjonanti li twieldu bejn is-sena 1956 u 1961; u
(d) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1962 u 1965?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija skont kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Pensjonanti Mwielda
Nisa
Rġiel
Total
1920 - 1940
8,926
6,658
15,584
1941 - 1955
22,161
33,165
55,326
1956 - 1961
7,413
11,935
19,348
1962 - 1965
894
645
1,539
Total
39,394
52,403
91,797
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5515 u jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali llum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja singola?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Rata Minima Garantita ta’ Pensjoni għall-2023 għal persuna singola hija ta’ €179.50 fil-ġimgħa. Din tinkludi il-Bonus għall-għoli tal-Ħajja, li jista’ jvarja minn €7.88 sa €17.26 fil-ġimgħa, imma ma tinkludix il-Bonus Addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa (€162.24 fis-sena) u l-Bonus ta’ Ġunju u Diċembru li jammontaw għal €270.20 oħra fis-sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5516 u jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali llum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Rata Minima Garantita ta’ Pensjoni għall-2023 għall-persuna miżżewġa hija ta’ €183.50 fil-ġimgħa. Din tinkludi il-Bonus għall-għoli tal-Ħajja, li jista’ jvarja minn €7.88 sa €17.26 fil-ġimgħa, imma ma tinkludix il-Bonus Addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa (€162.24 fis-sena) u l-Bonus ta’ Ġunju u Diċembru li jammontaw għal €270.20 oħra fis-sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5517 u jgħid kemm hawn persuni sal-lum li qed jirċievu l-pensjoni tal-età? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm hi n-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul Jannar 2023 tħallsu 3,931 persuna bħala Pensjoni tal-Età. In-numru tan-nisa huwa 3024 u n-numru ta’ rġiel huwa 907. Stima tan-nefqa f’dan ir-rigward matul Jannar 2023 laħqet €1,698,156.38.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hawn lone parents, skont id-data miġbura mir-records ta’ ħlasijiet għall-allowances tat-tfal? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-lone parents huma rġiel, u kemm nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat u rċeviet pakkett ta’ ikel ipprovdut mill-Gvern mill-Fond Konsolidat matul is-sena 2022? Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li jikkwalifikaw għal dan l-ikel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li llum qed jirċievu l-Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minnhom qed jirċievu l-Pensjoni Minima Nazzjonali tar-Romol (NMWP), kemm minnhom qed jirċievu l-Pensjoni tas-Superstiti Bikrija (ESRP) u kemm minnhom qed jirċievu l-Pensjoni tas-Superstiti (SRP)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li f’Jannar 2023 irċevew il-Pensjoni tar-Romol skont il-kategoriji msemmija huwa kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Tip ta’ Pensjoni
Pagamenti
maħruġa
fl-14.01.2023
Pensjoni tas-Superstiti Bikrija (ESRP)
1,081
Pensjoni Minima Nazzjonali tar-Romol (NMWP)
4,672
Pensjoni tas-Superstiti (SRP)
12,004
Pensjoni tar-Romol(WP)
189
Total
17,946
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders mis-sena 2017 sal-aħħar tas-sena 2022, sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk inħarġux care orders f’din is-sena sal-lum u jekk iva, kemm kien in-numru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa kif qiegħed jidher hawn taħt:
1. 2017: 15-il Ordni (kollha Care Orders)
2. 2018: 50 Ordni (kollha Care Orders)
3. 2019: 34 Ordni (kollha Care Orders)
4. 2020: 18-il Ordni (kollha Care Orders) u 1 Care Order minuri mhux akkumpanjat (UMAS UMAS – tindika l-frażi unaccomapnied minors asylum seekers, li tirreferi għal minuri mhux akkumpanjat illi qed ifittex l-ażil fil-ġżejjer Maltin. )
5. 2021: 38 Ordni (kollha Care Orders) u 101 Ordnijiet ghall-UMAS
6. 2022: 216 Ordnijiet;
6.1. 12 Ordnijiet ta’ Emerġenza
6.2. 20 Ordnijiet ta’ Ħarsien (Care Orders)
6.3. 38 Ordnijiet proviżjonali – li baqgħu jinstemgħu fil-Qorti skont l-Art 18
6.4. 17 Ordnijiet ta’ Superviżjoni
6.5. 129 Ordnijiet ta’ Ħarsien UMAS
7. 2023: 7 Ordnijiet:
7.1. 1 Ordni ta’ Ħarsien (Care Order)
7.2. 3 Ordnijiet ta’ Superviżjoni
7.3. 3 Ordnijiet proviżżjonali
7.4. 4 Ordnijiet UMAS
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li grazzi għat-tibdiliet introdotti mill-Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju, 2020, id-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri llum jista’ jitlob lill-Maġistrat kompetenti biex joħroġ mhux biss Ordni ta’ Ħarsien (care Order) imma anke ordnijiet oħra skont il-ħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vittma ta’ vjolenza domestika f’Malta u f’Għawdex qegħdin jingħataw xi forma ta’ għajnuna? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom għandhom aktar minn 60 sena u kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll x’forma ta’ għajnuna qed tingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabelli mehmużin ma’ din it-tweġiba.
Nippreċiża wkoll li din hija statistika għall-ewwel sitt (6) xhur tas-sena li għaddiet 2022 għax l-istatistika annwali għad trid tiġi ppubblikata. Dan billi, għall-konformità l-FSWS tippubblika l-istatistika sa nofs is-sena fil-bidu ta’ Otturbu ta’ wara fl-istess sena waqt li tippubblika l-istatistika għas-sena sħiħa għall-bidu ta’ April tas-sena ta’ wara.
1.
Għadd ta’ każijiet li ġew mgħejjuna mid-
Domestic Violence Unit tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS
Jannar sa Ġunju 2022 skont is-sess.
IRĠIEL
NISA
TOTAL
Numru ta’ każijiet
185
1367
1552
2.
Għadd ta’ każijiet li ġew
mgħejjuna mid-Domestic Violence Unit
tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS u QABŻU s-60 sena
Jannar sa Ġunju 2022 skont is-sess.
IRĠIEL
NISA
TOTAL
Numru ta’ każijiet li qabżu s-60 sena
55
204
259
3.
Tip ta’ għajnuna (interventions / interventi) li ngħatat
Tipi ta’ Interventi
Għadd ta’ Interventi
Accompanying Others
36
Administration related to casework
375
Admissions
10
Adolescent Treatment Group
1
Assessment
279
Case Conference
2
Case discussion and networking
821
Case Review
3
Child Minding
1
Confrontation session
1
Court related work
96
Crisis Intervention
10
Family/Couple session
1
Generic session (follow up on action/care plan; re assessment; info gathering)
2230
Giving Evidence
3
Group Supervision
1
Handover Meetings
2
Helping/Supportive session
1051
Individual Supervision
17
Medical Appointments
1
Medical Emergency
1
Office Note
144
Professional’s meetings
297
Risk Assessment
289
Safety planning session
1
Support Group (SU)
1
Telephone Call
1921
Transportation
1
Total Kumplessiv ta’ Interventi
7596
3.1. Nota
It-total kumplessiv ta’ interventi huwa ferm akbar mill-għadd ta’ persuni li rċevew għajnuna kif mehmuża f’ tabella numru 1 għax kull persuna tingħata aktar minn intervent wieħed. Fil-fatt din l-istatistika turi li l-1,552 persuna li rċevew għajnuna ħadu medja ta’ 5 interventi kull waħda / wieħed.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4356 u jgħid sena b’sena bejn is-snin 2012 u 2022:
a. kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika;
b. x’kien is-sess ta’ dawn il-vittmi u l-età tagħhom;
ċ. x’passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti; u
d. kemm minn dawn ir-rapporti ġew referuti lill-Pulizija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 5559 f’din l-istess seduta, ta’ min jinnota li s-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ ma jinvestigawx rapporti ta’ vjolenza domestika, imma joffru servizz ta’ sapport lill-vittmi li jersqu lejn is-servizz.
b. x’kien is-sess ta’ dawn il-vittmi u l-età tagħhom;
It-tabelli t’hawn taħt juru n-numru ta’ każijiet ta’ persuni vittmi ta’ vjolenza domestika mqassma skond is-sena u turi l-etajiet u l-ġeneru tal-individwi.
Year: 2012
Male
Female
Total
<17
0
3
3
18-19
0
9
9
20-24
0
21
21
25-29
0
17
17
30-34
0
36
36
35-39
0
36
36
40-44
1
41
42
45-49
1
32
33
50-54
0
24
24
55-59
1
23
24
60+
1
34
35
Age not specified
13
244
257
Year: 2013
Male
Female
Total
<17
0
2
2
18-19
1
15
16
20-24
0
29
29
25-29
0
40
40
30-34
0
41
41
35-39
0
52
52
40-44
1
30
31
45-49
1
35
36
50-54
3
35
38
55-59
0
25
25
60+
1
32
33
Age not specified
8
195
203
Year: 2014
Male
Female
Total
<17
0
2
2
18-19
1
7
8
20-24
1
23
24
25-29
2
24
26
30-34
2
37
39
35-39
0
63
63
40-44
0
43
43
45-49
0
35
35
50-54
1
31
32
55-59
0
16
16
60+
2
36
38
Age not specified
10
199
209
Year: 2015
Male
Female
Total
<17
0
3
3
18-19
0
2
2
20-24
2
37
39
25-29
2
31
33
30-34
2
51
53
35-39
1
41
42
40-44
1
46
47
45-49
2
37
39
50-54
0
27
27
55-59
1
27
28
60+
1
49
50
Age not specified
5
169
174
Year: 2016
Male
Female
Total
<17
0
1
1
18-19
0
10
10
20-24
3
25
28
25-29
0
50
50
30-34
0
52
52
35-39
1
48
49
40-44
2
43
45
45-49
0
37
37
50-54
1
33
34
55-59
0
27
27
60+
2
42
44
Age not specified
1
89
90
Year: 2017
Male
Female
Total
<17
0
1
1
18-19
0
4
4
20-24
2
37
39
25-29
1
52
53
30-34
2
68
70
35-39
2
70
72
40-44
1
62
63
45-49
2
56
58
50-54
1
33
34
55-59
1
32
33
60+
4
62
66
Age not specified
1
13
14
Year: 2018
Male
Female
Total
<17
0
0
0
18-19
2
23
25
20-24
5
32
37
25-29
4
54
58
30-34
7
87
94
35-39
5
90
95
40-44
8
99
107
45-49
2
48
50
50-54
15
56
71
55-59
2
35
37
60+
12
73
85
Age not specified
0
6
6
Year: 2019
Male
Female
Total
<17
1
7
8
18-19
3
20
23
20-24
17
74
91
25-29
15
86
101
30-34
29
113
142
35-39
33
156
189
40-44
23
131
154
45-49
26
91
117
50-54
20
61
81
55-59
12
61
73
60+
44
126
170
Age not specified
0
0
0
Year: 2020
Male
Female
Total
<17
1
7
8
18-19
3
20
23
20-24
11
87
98
25-29
20
117
137
30-34
26
129
155
35-39
24
136
160
40-44
19
164
183
45-49
31
122
153
50-54
21
72
93
55-59
16
51
67
60+
58
155
213
Age not specified
0
0
0
Year: 2021
Male
Female
Total
<17
2
5
7
18-19
2
11
13
20-24
9
82
91
25-29
9
98
107
30-34
19
113
132
35-39
23
141
164
40-44
25
118
143
45-49
19
89
108
50-54
12
68
80
55-59
12
56
68
60+
43
143
186
Age not specified
0
0
0
Year: Jan-Jun 2022
Male
Female
Total
<17
1
2
3
18-19
0
10
10
20-24
4
27
31
25-29
8
40
48
30-34
11
53
64
35-39
9
64
73
40-44
13
58
71
45-49
13
50
63
50-54
6
35
41
55-59
2
20
22
60+
25
62
87
Age not specified
0
0
0
ċ.
x’passi ttieħdu fuq dawn ir-rapporti;
u
Kull każ li jasal għand l-Aġenzija Appoġġ isirlu risk assessment immedjatament meta l-persuna tagħmel kuntatt mal-Aġenzija. Wara kull risk assessment, l-allegata vittma jsirilha pjan individwali li jħares l-interessi u s-sigurtà tagħha u ta’ terzi persuni li jkunu fil-kustodja tagħha.
Meta rapport jidħol għand il-Pulizija, l-Pulizija tagħmel kuntatt mat-taqsima tad-Domestic Violence Risk Assessment Service tal-Aġenzija Appoġġ biex isir risk assessment dak il-ħin waqt li l-vittma qiegħda fil-kwartieri tal-Pulizija. L-Aġenzija tħaddem numru ta’ risk assessors li jagħmlu r-risk assessments 24 siegħa kuljum. Wara kull risk assessment, bil-kunsens tal-vittma kkonċernata, l-każ jiġi allokat social worker biex tkompli ssegwi lill-vittma.
d. kemm minn dawn ir-rapporti ġew riferuti lill-Pulizija?
Meta vittma tagħmel kuntatt dirett ma l-Aġenzija Appoġġ, xorta isir risk assessment u l-vittma tiġi gwidata biex tagħmel rapport lill-pulizija u rapport mediku f`kas li jkollha ġrieħi konsegwenza ta l-abbuż.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4357 u jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw maqtula? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Isem il-Vittma tal-Femiċidju
Xahar u Sena tal-Femiċidju
Kienet tieħu servizz mill-FSWS
1
Margaret Mifsud
April 2012
LE
2
Meryem Bugeja
Settembru 2012
Iva
3
Ivette Gajda
Novembru 2012
LE
4
Silvana Muscat
Marzu 2015
LE
5
Eleonor Mangion Walker
Lulju 2016
LE
6
Caroline Magri
Settembru 2016
LE
7 & 8
Maria Carmela Fenech & Antonia Mifsud
Lulju 2018
LE
9
Shannon Mak
Awwissu 2018
LE
10
Lourdes Agius
Settembru 2018
LE
11 & 12
Maria Lourdes & Angele Bianchi
Marzu 2019
LE
13
Chanelle Chetcuti
Frar 2020
LE
14
Paulina Dembska
Jannar 2022
LE
15
Rita Ellul
Frar 2022
Iva
16
Bernice Cassar
Novembru 2022
Iva
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4358 u jgħid kemm kien hemm persuni li kienu għamlu rapport jew rapporti mal-Aġenzija Appoġġ (FSWS) ta’ vjolenza domestika u wara rriżulta li, sfortunatment, spiċċaw abbużati u/jew feruti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2012 sal-2022?
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Anti-Harassment Policy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5724.
B’żieda ma dan, ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru tiegħi, hija il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali li għandha Anti-Harassment Policy għal fuq il-post tax-xogħol, liema kopja ser tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li ħadu ż-żieda ta’ €2.60 fil-pensjoni imma ma ħadu xejn mid-€9.90 għall-għoli tal-ħajja? Jekk hemm xi każijiet, jista’ jgħid x'inhi r-raġuni prinċipali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qabżu l-età tal-pensjoni u li lanqas ħadu ż-żieda ta’ €2.60 fil-pensjoni? F'każ li hemm xi każijiet, jista’ jgħid x'inhi r-raġuni prinċipali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Malta/Għawdex li huma fuq is-servizzi soċjali? Jista’ jagħti l-kategoriji kollha ta’ dawn is-servizzi soċjali u jgħid kemm hemm persuni f’kull kategorija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ħal Għaxaq – persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Ħal Għaxaq u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Ħal Għaxaq, kien kif jidher fit-tabella aktar 'l isfel:
Ħal Għaxaq
Irġiel
Nisa
Total
SA/SUP/UA
12
55
67
SUA
3
4
7
Total
15
59
74
SA - Għajnuna Soċjali
SUP - Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet
UA - Għajnuna Soċjali tal-Qgħad
SUA - Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4873 u jgħid kemm hu n-numru globali ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja f’kull kategorija msemmija hawn taħt:
(a) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1920 u 1940;(b) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1941 u 1955;
(c) Pensjonanti li twieldu bejn is-sena 1956 u 1961; u
(d) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1962 u 1965?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.