Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9000 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Fabbriki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li bħalissa qed joperaw f’Għawdex? X’jipproduċu? Kemm iħaddmu nies? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm nies impjegati f’dawn il-fabbriki f’Mejju 2007 u 2008 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Residenza San Vincenz de Paule — Deputy Nursing Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4347 u jgħid meta se jinħatru d-Deputy Nursing Officers fir-Residenza San Vincenz de Paule li kienu għaddew minn interview u li r-riżultat tiegħu ħareġ fi Frar 2008? Jista' jgħid l-Acting Deputy Nursing Officers li m'għaddewx mill-imsemmi interview u li sal-lum għadhom jagħmluha ta' acting, meta ser jiġu replaced min-nurses li għaddew mill-istess interview? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li dawn in-nurses ser jintbagħtu jagħmluha ta' Acting Deputies fis-swali l-ġodda li ser jiftħu fir-residenza?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li r-riżultat ta’ l-intervisti ta’ l-għażla għall-mili tal-postijiet fil-grad ta’ Deputy Nursing Officer li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien ġie ppubblika mill-Kummisssjoni dwar is-Servizz Pubbliku fid-31 ta’ Jannar 2008. Dan il-proċess kellu l-iskop li jimtlew postijiet vakanti fil-grad imsemmi fid-Diviżjoni tas-Saħħa b’mod ġenerali u mhux esklussivament fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Fil-fatt, qabel ma skada r-riżultat sena wara l-ħruġ tiegħu, l-ewwel mitt kandidat klassifikati fl-ordni tal-mertu ingħataw il-ħatra msemmija u ġew allokati fid-diversi entitajiet tas-saħħa fis-Servizz Pubbliku. Postijiet preżentement battala fil-grad ta’ Deputy Nursing Officer jiġu mimlija wara li ssir sejħa interna għall-applikazzjonijiet mill-Kummisssjoni dwar is-Servizz Pubbliku li tkun miftuħa għal uffiċjali fil-grad ta’ Staff Nurse, u wara li ssir l-għażla minn fost l-applikanti minn Bord maħtur mill-istess Kummisssjoni. Informat ukoll li l-postijiet kollha li ser jinħolqu fis-Swali l-ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul, msemmija għall-Papa Gwann Pawlu t-Tieni, jimtlew skont il-proċeduri stabbiliti għall-allokazzjoni ta’ impjegati u mhux neċessarjament mill-persuni indikati mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #8970 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni sapport — trasferiment ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8607 u jgħid kemm ingħataw trasferimenti ta' ħaddiema fil-Fondazzjoni Sapport f'dawn l-aħħar sentejn u jgħid minn fejn għal fejn ingħataw u l-grad tal-impjegat involut? In oltre jista' jgħid kemm-il persuna ingħatat trasferiment iktar minn darba, minn fejn għal fejn u l-grad ta' l-impjegat involut?

Response (DALLI, JOHN)

Informatli l-Aġenzija Sapport fil-mod kif topera tipprattika politika ta’ ċaqlieq ta’ mpjegati fil-livelli kollha skond l-esiġenza tas-servizz. Kultant l-Aġenzija takkomoda ukoll talbiet mingħand l-impjegati nfushom, u kull talba tiġi kkonsidrata fuq bażi ndividwali u dejjem jekk l-esiġenzi tas-servizz jippermettu. Tajjeb li ngħidu li dan iċ-ċaqliq isir fl-ambitu ta’ ristrutturazzjoni li qed issir sabiex jitjieb is-servizz. It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8971 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-mammogram

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8440 u jgħid kemm hi l-wating list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8984 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema Bridging the Gap

Question

Jista' l-Ministru jara li jinstab mezz biex l-employers Maltin u Għawdxin ikunu nformati aħjar dwar l-iskema Bridging the Gap għall-persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jelenka d-dettalji kollha tal-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li Bridging The Gap hija skema mahsuba biex tghin lill-klijenti b’dizabilita’ u persuni ohra zvantaggati u li jkunu qed jirregistraw ghax-xoghol mit-transizzjoni tal-qghad ghax-xoghol. L-iskema toffri lill-persuna qieghda perjodu ta’ esperjenza ta' xoghol fuq post tax-xoghol fejn il-persuna tkun tista' turi l-abilitajiet taghha. Din l-iskema taghti possibilita' lill min ihaddem biex jevalwa lill-persuna fuq il-post tax-xoghol, qabel ma’ jaghtiha l-impieg. Is-sid tal-azjenda u l-ETC jidhlu fi ftehim li permezz tieghu jigi determinat it-tul tal-perjodu li jaghti cans lill-persuna takkwista l-hiliet necessarji ghal xoghol partikolari bi prospetti tajbin ta’ xoghol hekk kif jintemm il-programm. Matul dan il-perjodu l-persuna tibqa' tkun ikkunsidrata bhala registranta bla xoghol izda minghajr l-obbligu li tmur tirregistra kull gimgha. Filwaqt li jkun qed jevalwa l-progress qabel l-ingagg propju, min ihaddem ikun ezentat minn obligazzjonijiet normalment marbuta ma’ impieg propju bhal hlas tal-paga, kontribuzzjonijiet tas-sigurta socjali, sick leave, etc.. Mill-banda l-ohra l-persuna tircievi allowance ta’ 80% tal-paga minima mill-ETC, filwaqt li ccedi l-beneficcji socjali matul l-esperjenza tieghha fl-iskema jekk il-perjodu jeccedi tnax il-gimgha.’
Leg 11 PQ #8993 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — kjuwijiet għall-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex fl-Isptar Mater Dei ma jibqax jkun hemm kjuwijiet biex jinġabru il-mediċini waqt il-ħin stipulat kif ukoll biex jinġabru wara l-ħin? Jaf li jkun hemm anzjani li jkollhom joqgħodu bil-wieqfa għal żmien twil minħabba f’hekk?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8994 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

L-Ispizerija tal-Għażla Tiegħek — bliet u rħula

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-pjan tal-Gvern għal iskema l-Ispizerija tal-Għażla Tiegħek? Meta se titkompla? Liema huma dawk il-bliet u l-irħula li bħalissa qed topera din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8289 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sigurtà Soċjali — penzjonijiet sospiżi tal-boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew notifikati li d-Dipartiment tas-Sigurtà soċjali waqqaf u/jew issospenda l-pensjoni tal-boarded out u/jew sickness benefits f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar erba' xhur xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 2008, 2007 għal istess perijodu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8293 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8294 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar Hepatitis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-Hepatitis fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li qed jiġu trattati għal Hepatitis ma tistax tingħata għaliex ma jinżammx reġistru ta’ nies li għandhom din il-marda. Bejn Jannar u Marzu 2009 fl-iSptar Mater Dei iddaħħlu 11 -il persuna minħabba din il-kundizzjoni. Din l-informazzjoni hija provvisorja. Wieħed għandu jkun jaf li l-Hepatitis tista’ tiġi trattata fil-kommunita’ jew bħala out-patient u għalhekk ftit huma il-każi li jkollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar. L-informazzjoni dwar kemm minnhom qed jiskontaw sentenza fiċ-ċentri ta’ korrezzjoni tal-istat ma tinżammx.
Leg 11 PQ #8295 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

overdose u xorb aċċessiv — persuni li daħlu l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar għall-kura kawża ta' overdose u xorb eċċessiv matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm minnhom qed jiskontaw sentenza fiċ-ċentri ta' korrezzjoni tal-istat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8807 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefit Fraud Investigation Directorate — spetturi nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spetturi nisa fil-Benefit Fraud Investigation Directorate u jekk jaħsibx li huwa ġust li jintbagħtu żewġ spetturi rġiel biex jagħmlu spezzjonijiet għand dawk li qed jieħdu l-benfiċċju ta' single mothers u jinsistu li jaraw il-gwardarobba u l-ħwejjeġ personali ta' dawn in-nisa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm żewġ spetturi nisa jaħdmu fid-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni). Naħseb li huwa ġust li l-benefiċċji soċjali għandu joħodhom biss min verament huwa intitolat għalihom u għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma dan. Id-Direttorat, permezz ta’ l-investigazzjonijiet li qiegħed iwettaq skont il-poteri mogħtija taħt l-Att Dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318), qiegħed jikkontribwixxi biex inaqqas l-abbużi fil-ħruġ ta’ benefiċċji soċjali.
Leg 11 PQ #8822 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8618, 8425 u 8103 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm mietu nies bil-kanċer, sena b'sena, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll minn lokal lokal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Servizzi għat-tfal b'diżabilità intelletwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5853 u jgħid kemm hemm tfal b'diżabilità intelletwali bħalissa li qed jużaw is-servizz taċ-child development and assessments unit (CDAU)? Kif huma mqassma skond l-età, subien u bniet? Liema huma s-servizzi li ngħataw lil dawn it-tfal? Kemm minnhom huma minn Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8834 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — allowance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8677 u 8405 u jgħid x'inhi l-proċedura meta pazjenti li ma jistgħux joħorġu u ma jkunux rikoverati fl-Isptar Mater Dei ikollhom bżonn li jarahom speċjalista tal-Gvern? L-ispeċjalisti tal-Gvern għandhom xi allowance biex iżuru lil dawn il-morda li ma jkunux fl-Isptar Mater Dei jew jitħallsu għal kull vista li jagħmlu barra mill-isptar? F'każ li fl-affermativ, x'tip ta' allowance/ħlas jingħataw?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.