Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru xogħlijiet fi Triq il-Wied Ħal Balzan għar-rigward tal-ammont kbir ta' ilma li jgħaddi u jinġabar f'din it-triq, u għar-rigward tat-tappieri tad-drenaġġ li wara kull ħalba xita jinqalgħu minn posthom b'periklu kbir għas-sewwieqa u persuni oħra li jkunu għaddejjin minn din it-triq? Tista' tissolva l-problema tad-drenaġġ li jfur kull darba li tagħmel ix-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministri konċernati.
Billi fid-diskors tal-budget hemm referenza għat-tneħħija tal-liċenzja tat-TV mis-sena d-dieħla, jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi, jiċċara minn meta din il-liċenzja mhux se titħallas iżjed billi donnu fil-ġurnali qed tingħata l-impressjoni li din il-liċenzja xorta trid titħallas għas-sena 2012?
Mosta — Żona Santa Margherita - pelican lights u speed cameras
Question
Jista' l-Ministru jintervjeni ħalli fiż-żona Santa Margherita l-Mosta jsiru pelican light fl-inħawi tal-Lotto Office? F'dawn l-inħawi jkun hemm ħafna tfal tal-iskola filgħodu jistennew it-trasport għall-iskola fi Vjal il-Qalbiena Mostin, f'liema żona jkun hemm ħafna tfal li filgħaxija jmorru il-mużew u għalhekk din iż-żona tintuża ħafna u barra minn hekk diġà saru diversi aċċidenti tat-traffiku li setgħu jħallu fatalità. Tista' titwaħħal ukoll speed camera f'din it-triq peress li ġieli din l-istess triq tkun qisha track tal-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid min iddeċieda li jwaħħal il-lights ġo Valletta Road, l-Mosta, ħdejn showroom tal-Mercedes? Għaliex issa dawn il-lights intfew u jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-lights humiex se jerġgħu jinqalgħu jew jerġgħu jinxtegħlu mill-ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-traffic lights in kwistjoni kienu saru minn Transport Malta. Dawn kienu ntfew għal xi żmien biex isiru xi aġġustamenti iżda llum dawn jaħdmu regolarment.
Jista' l-Ministru jgħid, issa li fil-budget neħħa l-ħlas tal-liċenzja tat-TV, dawk li diġà ħallsu għas-sena li ġejja, għax din il-liċenzja dejjem tkun bil-quddiem, ser jieħdu l-flus lura?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'qed iwassal biex filwaqt li spiss qed ikun hemm karozzi tal-linja bin-numru 31 li kultant ikollhom tnejn/tliet karozzi wara xulxin, imbagħad ikun hemm ħinijiet itwal mingħajr l-ebda karozza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta diġà qajmet din il-materja mal-operatur tat-trasport pubbliku u qed tkompli tosserva din ir-rotta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed ikun il-patrunaġġ ta' passiġġieri fuq ir-rotot 232 u 221? Jista' fl-istess ħin, jagħti tagħrif dwar jekk l-introduzzjoni ta' dawn iż-żewġ rotot kellhiex xi effett negattiv fuq ir-rotot li kienu diġà eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għadu m'għaddiex żmien biżżejjed biex wieħed ikun jista' jagħmel il-paraguni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
San Pawl il-Baħar — toroq mhux moqdija bit-trasport pubbliku
Question
Billi wara l-bidla li seħħet fir-rotot tat-trasport pubbliku qed jirriżulta li parti minn San Pawl il-Baħar, fl-inħawi ta' Triq Toni Bajjada, Triq Bordino u Triq Sant Aristaklu, li qabel kienu moqdija bir-rotta X9 u issa mhux qed ikunu moqdija sew, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Transport Malta tirrimedja din is-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-residenti ta’ l-inħawi in kwistjoni jistgħu jinqdew mill-bus stops “Mary” u “Mħasel” li jinsabu fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar. Dawn jinsabu f’distanza ta’ bejn 300 u 450 metru mill-imsemmija toroq. Dawn il-bus stops huma servuti b’diversi rotot diretti fosthom għall-Belt Valletta u l-isptar Mater Dei.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30455 u jagħti lista ta' persuni li jokkupaw karigi maniġerjali (inkluż direttur u assistenti diretturi) fi Transport Malta? X'allowance u benefiċċji oħra jingħataw lil dawn il-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Parlament il-Ġdid — ambjent u konservazzjoni tal-enerġija
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni fir-rigward tal-miżuri speċifiċi proġettati fil-Parlament il-Ġdid sabiex jiġi mħares l-ambjent u l-konservazzjoni tal-enerġija?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern approvax it-trasferiment tal-ishma (partial transfer) mis-CMA CGM ta' shares li għandha fil-Freeport peress li klawsola 6.1 ta' Share Transfer Agreement jgħid speċifikament li l-ebda transfer ma jista' jsir jekk mhux bl-approvazjoni ta' Gvern? Jekk iva lil min? Ma jidhirlux li trasferiment ta' assi pubbliċi u infrastruttura li nbniet minn flus il-poplu għandhiex tiġi diskussa fil-Parlament? Jista' jgħid jekk approvax xi kirja ta' terminals fil-Freeport? Jekk iva, lil min u b'liema kundizzjonjiet saret tali kirja? Jekk saret kirja, saret due diligence biex tkun assigurata l-entità tal- kuntratt oriġinali? Jekk iva, tista' tiġi intavolata tali due diligence? Peress li waħda mill-kundizzjonjiet importanti inkluża wkoll fid-default clauses ta' Licence Agreement ma' CMA CGM timplika espliċitament li l-operatur irid jkun operatur ta' container terminal u li l-ħidma tiegħu trid tkun primarjament il-promozzjoni ta' pajjiżna bħala terminal hub, jista' l-Ministru jgħid jekk l-entità magħżula biex takkwista ishma fil-Freeport mingħand CMA hijiex idonea f'dan ir-rigward? Jekk sal-lum il-gvern għadu ma tax l-approvazzjoni tiegħu biex isir it-trasferiment rikjest, jikkonferma li se jieħu dan l-oġġettiv qabel ma japprova t-trasferiment lill-entità li wriet interess? Jista' jgħid jekk kienx hemm entitajiet b’interess Malti li wrew interess li jixtru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li l-Gvern approva t-trasferiment ta' ishma lill-kumpanija Yildrin Holdings AS u dan skont il-kuntratt li hemm mal-Gvern. Dan it-trasferiment ta' ishma kien minn kumpanija privata għall-oħra privata u allura ma kienx hemm trasferimenti ta assi pubbliċi kif qed jalludi l-Onor. Interpellant. Jien infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta' kirja li għadha ssejjaħ lil Malta Freeport Terminals Ltd u li għadha wkoll l-operatur tal-Freeport u allura ma kienx hemm bżonn ta' xi ri-eżami kif qed jgħid l-Onor. Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-bejgħ tal-ishma kienet transizzjoni privata mmexxija mis-CMA-CGM u għalhekk m'għandix dettalji dwar xerrejja oħra li setgħu kienu nteressati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rotta differenti kien hemm fis-sistema tat-trasport pubbliku meta ġiet varata r-riforma fit-trasport pubbliku f’Lulju li għadda? Jista' jgħid kemm-il rotta differenti hemm bħalissa? Jista' jgħid kemm kien hemm b’kollox rotot li l-Arriva għaddiet lil xi sub-contractor? Jista' jgħid sal-lum kemm hemm rotot li huma sub-contracted u jgħid liema huma? Jista' jgħid meta hu mistenni li r-rotot ikunu kollha kemm huma mħaddma mill-Arriva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta ġiet varata r-riforma tat-trasport pubbliku kien hemm 61 rotta ġewwa Malta u 10 rotot ġewwa Għawdex. Dawn jeskludu s-servizzi ta’ bil-lejl li kienu jammontaw għal 13-il rotta.
Mis-6 ta` Novembru n-numru ta’ rotot żdied għal 73 f`Malta u dak t`Ghawdex baqa’ 10. Dawn jeskludu s-servizzi ta’ bil-lejl li jammontaw għal 13-il rotta.
L-Arriva bħalissa għanda 13-il rotta li qed jinħadmu b’
sub contractor
. Dawn r-rotot huma:
- 24,54,55,103,104,109,124,201,204,205,209,213 u 244.
Ninsab infurmat ukoll li l-operatur informa lil Transport Malta li se jkun qed jopera direttament ir-rotot kollha minn Marzu 2012.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26284, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista mogħtija sad-data kurrenti, jiġifieri jgħid jekk kienx hemmx xi sejħiet għall-offerti li ħarġu mis-26 ta' Diċembru 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Diċembru 2007 sal-lum inħarġu dawn it-tenders:
- xogħlijiet fi Triq l-Imdina, Żebbuġ (xogħol lest - relatata mar-riforma tat-trasport pubbliku);
- xogħlijiet f’
new street
fi Triq l-Imdina, Żebbuġ (xogħol ma' bediex);
- xogħlijiet fi Triq Attard, Żebbuġ (xogħol ippjanat li jsir dan ix-xahar).
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex konxja tal-periklu li jeżisti fil-junction li tiġi bejn Triq Schembri kantuniera ma' Triq Mountbatten fil-Ħamrun, fejn hemm ir-roundabout u dan għaliex f'din il-junction isir ħafna qsim tat-toroq minn pedestrians, partikolarment minn studenti li jattendu l-iskejjel fl-akkwata? Jista' jgħid jekk Transport Malta hux qed taħseb li tagħmel faċilitajiet biex il-qsim tat-toroq isir mingħajr periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tagħha lil Transport Malta.
San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - xogħlijiet fit-triq biex jitlestew il-binjiet
Question
Billi Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar hi waħda li fiha hemm numru sostanzjali ta' bini li kien diġà okkupat iżda fl-istess waqt hemm parti oħra tal-istess triq li għadha mhix mibnija, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex il-partijiet tat-triq li huma lesti, jkunu mogħtija t-tarmak u fihom s-servizzi neċessarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta' toroq li se jsiru minn Transport Malta, liema xogħlijiet se jsiru matul l-2012.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fadalx tined/shelters li għad iridu jinbnew fid-diversi termini li għandha l-Arriva madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ftehim partikolari biex il-bus shelters li huma nieqsa madwar Malta fil-fatt jitwaħħlu? Tista' Transport Malta tassigura li kull fejn hu meħtieġ matul ir-rotta tal-Qawra fil-fatt jitwaħħlu x-shelters meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-vened madwar Malta u Għawdex għad fadal xi tined li għad iridu jiġu nstallati. Infurmat ukoll li:
a) Fil-Belt Valletta diġa' ġew installati 3
kiosks
(li jipprovdu wkoll
shelter
), filwaqt li 4 oħra se jiġu nstallati sa l-aħħar tas-sena;
b) F’Buġibba qegħdin fil-proċess li jitwaħħlu 2
shelters
ċ) F’ Victoria, Għawdex ġew installati 3
shelters
Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28107, minn Frar ta’ din is-sena sa Awissu, twaħħlu total ta’ 64
bus shelter
ġdid madwar Malta u Għawdex. Transport Malta qegħdha fi proċess sabiex jiġu nstallati 49
bus shelters
oħra skont lista maqbula mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk, il-Kunsilli Lokali għandhom il-fakulta’ li jinstallaw
shelters
wara li jkunu ġabu l-permessi meħtieġa u dan mingħajr il-ħtieġa ta’ l-intervent ta’ Transport Malta.
Infurmat ukoll li qed jiġu kkunsidrati 2
bus shelters
fuq ir-rotta tal-Qawra.
Jista' l-Ministru jgħid f'kull lokal kemm hemm parking bays li huma riservati, parking għal persuni b'diżabilità, loading u unloading eċċ.? Meta Transport Malta approvat dawn il-parkings?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.