Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema mħaddma mill-GWU tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda f’xi skema mħaddma mill-Fondazzjoni tal-General Workers’ Union u li kienu jirreġistraw għax-xogħol qabel ma ttieħdu mill-Fondazzjoni? F’liema impjiegi qegħdin jitpoġġew, ma’ liema awtorità, dipartiment, aġenzija jew kumpanija huma qegħdin jintbagħtu jaħdmu? X’inhi t-take home pay tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus – rata baxxa ta’ ħlas lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Jobsplus jagħmlux aċċertazzjoni li f’kumpaniji tal-manifattura ma jkunx qed jintuża l-ingaġġ ta’ ħaddiema barranin biex jitbaxxew ir-rati li jitħallsu bihom il-ħaddiema Maltin fuq l-istess xogħol?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mal-applikazzjoni għall-permess tax-xogħol, min iħaddem irid jagħmel dikjarazzjoni dwar il-paga rilevanti. Jobsplus taċċerta li din ma tkunx inqas mill-paga minima applikabbli.

Jobsplus – ħaddiema barranin li għandhom permess jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li kellhom permess biex jaħdmu f'Malta li huma rreġistrati ma' Jobsplus fl-2019 u 2020? Kemm huwa dak in-numru illum? Jista' jgħid kemm minnhom ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm minnhom ġejjin minn pajjiżi terzi? Teżisti statistika dwar kemm ħaddiema barranin jaħdmu fuq il-gżira Għawdxija u jekk iva, kemm huwa dan in-numru? Jista' jinforma lil din il-Kamra x'passi tieħu Jobsplus biex kemm jista' jkun jiġi kkontrollat l-abbuż ta' ħaddiema barranin li jistgħu jkunu qed jaħdmu Malta llegalment?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jobsplus – laqgħat tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord ta’ Jobsplus mis-sena 2017 sa din is-sena kurrenti, sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kemm-il darba ltaqa’ l-Bord ta’ Jobsplus mis-sena 2017 sa din is-sena kurrenti, sena b’sena jinsab fit-tabella t’hawn taħt. 2017 7 2018 8 2019 7 2020 4 2021 (Jannar u Frar) 1
Leg 13 PQ #18822 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-Ministeru hemm erba’ karozzi fuq kuntratt ta’ leasing.
Leg 13 PQ #19175 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Setturi bankarji – drittijiet ta’ utenti anzjani li mhumiex computer literate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu da parti tal-entitajiet regolatorji responsabbli għas-settur bankarju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu mħarrsa l-interessi u drittijiet tal-utenti anzjani tas-servizzi finanzjarji li wħud minnhom huma computer illiterate u dan fid-dawl taż-żieda, da parti ta’ ħafna mill-banek, ta’ mezzi elettroniċi biex isiru diversi tranżazzjonijiet finanzjarji fejn allura qed jiżdied in-numru ta’ anzjani li qed ikunu iżjed u iżjed emarġinati mis-soċjetà, peress li m’għandhomx il-ħila neċessarja biex jagħmlu użu mill-għodda tad-dinja diġitali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li, b’riżultat tar-restrizzjonijiet imposti kawża tal-pandemija, f’Marzu tal-2020 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika d-Direttiva 17. L-iskop ta’ din id-Direttiva kien li kemm jista’ jkun jitnaqqas il-b¿onn għal-klijenti tal-banek biex imorru fiżikament ġewwa fergħa ta’ xi Bank biex jinqdew fir-rigward ta’ depożiti ta’ flus kontanti jew ċekkijiet, kif ukoll tisrif ta’ ċekkijiet jew ġbid ta’ flus kontanti, bl-eċċezzjoni fejn ġbid ta’ flus kontanti jeċċedi l-€500. B’din id-Direttiva il-Banek m’għandhomx aktar obbligu li jaqdu fil-fergħat tagħhom dawk il-persuni li għandhom il-faċilità tal-u¿u tal-ATMs biex jiġbdu flus kontanti għal ammont ta’ inqas minn €500, jew biex jiddepożitaw ċekkijiet u flus kontanti. B’hekk, dan l-arranġament jippermetti lil dawk il-persuni li m’għandhomx aċċess għall-ATMs jew internet banking, bħal bosta anzjani, sabiex ikollhom aktar spazju biex jinqdew fil-fergħat tal-banek. Apparti minn dan, Direttiva Nru 17 tippermetti wkoll li persuni, bħall-bosta anzjani, li ma jużawx l-ATMs jew internet banking, u jixtiequ jsarffu xi ċekk, inkluż ċekk li jkun pagabbli esklussivament lilhom (“only” cheque), bħal ċekk tal-pensjoni jew xi benefiċċju soċjali, jgħaddu dan iċ-ċekk lill-persuna ta’ fiduċja tagħhom biex dan tal-aħħar jgħaddilhom flus kontanti u l-persuna ta’ fiduċja tiddepożita dan iċ-ċekk fil-kont tagħha, biex b’hekk persuni anzjani li jixtiequ jiġbdu xi flus mill-bank ma jkollhomx għalfejn imorru ġewwa fergħa għal dan il-għan. Fiż-żmien li ġej din id-Direttiva għandha tiġi riveduta. Madankollu nfakkar li f’Malta għad hawn banek li joffru s-servizzi bankarji kollha permezz tal-fergħat tagħhom.
Leg 13 PQ #19285 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħlas addizzjonali għal Vaċċin tal-Pfizer/Biontech

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala qed isir ħlas addizzjonali ta' €16 għal kull doża tal-vaċċin tal-Pfizer/Biontech kif stqarr hu stess f'intervista fuq ir-radju meta l-prezz innegozjat mill-Kummissjoni Ewropea hu ta' €12-il vaċċin? Lil min qed isir dan il-ħlas, x'inhu n-numru ta' vaċċini li għalihom qed isir ħlas addizzjonali u kemm avvanza l-programm ta' tilqim b'dan il-ħlas addizzjonali? Kien hemm xi nuqqas kuntrattwali da parti ta' min jagħmel dan il-vaċċin li jiġġustifika dan il-ħlas addizzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Il-Ministeru qed jgħati blank cheque għal kull spiża bżonnjuża kontra l-Covid 19. Huwa fl-interess tal-poplu Malti illi nfittxu nlaqqmu kemm jista’ jkun nies fl-iqsar żmien possibli. Din l-ispiża hija ġġustifikata kemm għas-saħħa pubblika u kemm ghal għixien tan-nies.
Leg 13 PQ #19318 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — tender/direct order lill-kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18203, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Air Malta – Destinazzjoni lejn Lourdes u lura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-ristrutturazzjoni tal-programm ta’ titjiriet tal-Air Malta għal din s-sena daħletx u ġietx inkluża d-destinazzjoni lejn Lourdes u lura? Jekk iva dawn ser ikunu scheduled jew chartered flights? Kif ukoll jista’ jgħid f’liema perjodu se jiġu skedati u organizzati, meta u x’ħin, u kemm ser ikun maħsub li jġorru passiġġieri?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-ristrutturazzjoni tal-programm tat-titjiriet bdiet tiġi implimentata din is-sena, imma għadha ma daħlitx fis-seħħ kompletament għax l-istudju f’dan ir-rigward għadu għaddej. Barra minn hekk, irridu niftakru li din is-sena (u s-sena li għaddiet) huma snin bla preċedent minħabba l-pandemija, li fihom inqalbu l- użanzi kollha tal-ivvja ġġ ar ta’ taht fuq!

Air Malta – Titjiriet lejn Lourdes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena l-Air Malta bdiet it-titjiriet lejn Lourdes u jistax jiġi indikat kemm użaw is-servizz sena b’sena possibbilment ukoll kemm scheduled u kemm chartered?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta bdiet it-titjiriet lejn Lourdes fl-1988. L-informazzjoni li għanda l_Air Malta hija ta’ dawn l-aħħar 13-il sena, mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu ta’ kull Financial Year. MALTA-LOURDES-MALTA Financial yearsFlight FY2019/20Charter/Schedule FY2018/19Charter/Schedule FY 2017/18Charter FY 2016/17Charter FY 2015/16Charter FY 2014/15Charter FY 2013/14Charter FY 2012/13Charter FY 2011/12Charter FY2010/11Charter FY 2009/10Charter FY 2008/09Charter FY 2007/08Charter

Lista tal-Qgħad

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' persuni fil-lista tal-qgħad fl-2019, 2020, u fl-2021 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma l-iktar li sabu impjiegi dawk il-persuni li kienu fir-reġistru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus – travel tickets, cash benefits u allowances

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ travel tickets, cash benefits u allowances li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Infiq għal Promotion — Press

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq għal Promotion – Press bħala spiża attwali għas-snin 2019 u 2020? Jista’ l-Ministru jgħid liema press u media houses intużaw u għal liema proġett jew attività jew messaġġ? Jista’ jgħid ukoll f’liema ammonti tħallsu kull waħda minn dawn il-media houses?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal xiex qed jirreferi.

Jobsplus — Rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu minn Jobsplus fl-2019 u 2020? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratt kien?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus u Caritas – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u l-Caritas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus u Richmond Foundation – arranġamenti viġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u Richmond Foundation?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Residenti ta’ Birżebbugia – skema ta’ double glazing – skema għall-xiri ta’ airconditioners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19050 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għall-iskema ta’ double glazing għar-residenti ta’ Birżebbugia u peress li biex jittaffa l-istorbju ġenerat mill-Port Ħieles it-twieqi jridu jinżammu magħluqa, il-gvern qiegħed jaħseb f’xi skema li tgħin lill-poplu ta’ Birżebbugia biex jixtri airconditioners? Qed jaħseb biex il-poplu ta’ Birżebbugia jingħata sussidju fil-kontijiet tad-dawl biex ikun jista’ jixgħel l-airconditioners peress li hu kostrett iżomm it-twieqi magħluqa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19309 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Rata ta’ twelid u ta’ imwiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kienet ir-rata tat-twelid u r-rata ta' mwiet f'dawn l-aħħar għaxar snin, mogħtija sena b'sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema Xogħol fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm ħaddiema fl-iskema Xogħol fil-Komunità? Kemm hemm f’Malta u f’Għawdex? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Jobsplus – skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ skemi jeżistu mill-Jobsplus biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impieg? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Jobsplus għandhomx xi skema ta’ work exposure għal dawn il-persuni u kif taħdem din l-iskema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.