Ministeru għall-Finanzi — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu? Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028? Jista’ jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li tinsab fit-tabella hawn taħt inħadmet mill-Labour Force Survey.
Salarju medju annwali għall-impjegati skont il-post fejn jaħdmu: 2017
Post tax-Xogħol
Paga Medja
Malta
18,309
Għawdex
16,046
Nota
:
Paga medja fis-sena tirreferi għal dik il-paga li jirċievu l-impjegati qabel ma jitnaqqsu
kontribuzzjonijiet soċjali u l-ammont taxxabli. Dan l-ammont jeskludi ħlas ta’ sahra,
allowances oħra u bonuses.
Il-paga medja influenzata mid-daqs tas-settur, tal-pajjiz jew reġjun.
Projects Malta – limitu permessibbli ta’ direct order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-limitu permessibbli ta’ direct order miċ-ċivil, minn awtoritajiet u minn Projects Malta? X’sistemi ta’ proċedura dwar skrutinju u infurzar jeżistu fil-Ministeru għall-Finanzi biex il-limitu ma jinqabiżx?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Direct Orders huma regolati mil-klawsola 103 tal-Public Procurement Regulations, u jiġu approvati mil-uffiċċju tad-Direct Orders fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.
Residenza San Vinċenz de Paul – konklużjoni ta’ investigazzjonijiet interni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-eżitu u l-konklużjoni tal-investigazzjoni interna li saret mill-Ministeru dwar il-kuntratt li ntrebaħ biex tinbena blokka ta’ swali ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – standard item of expenditure — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum? Jista jgħid x’hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item?
Ministeru għall-Finanzi – avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni konċernata mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Il-lista hi skont l-ordni mniżżla fil-lista tal-PQ.
NSO — Property Volume Index u Residential Property Price Release - statistika
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ma ngħatax id-data mis-sors li normalment jissupplixxu tali data u statistika lill-NSO dwar il-Property Volume Index u r-Residential Property Prices Release? Peress li l-aħħar release bbażata fuq l-istatistika ta' bejn it-tieni kwart tal-2017 sal-ewwel kwart tal-2018, ġiet ippubblikata f'Lulju 2018, x'inhi r-raġuni għalfejn wara dawn l-aħħar ċifri, id-data aktar riċenti ma ġietx ippubblikati 'due to non availabilility of data of source data'? X'inhi r-raġuni għal din l-unavailability?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward tal-hekk imsejħa rifużjoni tat-taxxa li saret riċentament, kemm-il ittra ntbagħtet u lil kemm-il persuna? Jista’ jiġi indikat l-ammont preċiż u komplessiv li ġie mħallas kif ukoll kemm ġew jiswew l-imsemmija ittri għad-dipartiment? Jista’ jindika ukoll jekk sarx ħlas bi ħlas bankarju dirett u f’liema każ kemm kien l-ammont preċiż hekk trasferit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjoni tat-taxxa kienet tlaħħaq l-ammont sħiħ ta’ €11,403,066 (ħdax-il miljun, erba’ mija u tlett elef, u sitta u sittin ewro) li tqassmet fost kull individwu li jaħdem. B’kollox inħarġu total ta’ 204,512-il ittra bi spiza ta’ inqas minn 50 ċenteżmu 'l waħda. Ngħarraf lill-Interpellant ukoll li l-ebda pagament ma sar permezz ta’ ħlas bankarju dirett.
Peress li l-Pink Tax hija fiha nnifisha diskriminatorja mas-sess femminili u peress li f’bosta pajjiżi qed tqajjem diskussjoni, inkluż f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u diġà tneħħiet f’bosta pajjiżi u stati Amerikani, jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea tistax tneħħi din it-taxxa minn fuq prodotti li huma bżonn naturali u ta’ kuljum tan-nisa u li skont ma turi r-riċerka (li qed tingħata separatament), jinbiegħu għal prezz li xi drabi jlaħħaq 35 fil-mija aktar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru mhuwiex qed jikkonsidra din il-proposta.
Ministeru għal Għawdex — Vot Kapitali – kopja tar-returns
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra permezz tar-Rapport Finanzjarju Annwali.