Inċentivi lill-employers privati — ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,271 –il applikazzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Akkomodazzjoni Soċjali – applikazzjonijiet għal bdil ta’ postijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għal bdil ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 522 –il applikazzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ilhom pendenti kif ġej:
a. Aktar minn ħames snin;
b. Bejn erba’ u ħames snin;
c. Bejn tlieta u erba’ snin;
d. Bejn sentejn u tliet snin;
e. Bejn sena u sentejn; u
f. Inqas minn sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,271 –il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti, hekk kif ġej:
Numru ta’ Snin li ilhom Pendenti l-Applikazzjonijiet
Total
Aktar minn ħames snin
1161
Bejn erba’ u ħames snin
419
Bejn tlieta u erba’ snin
320
Bejn sentejn u tliet snin
342
Bejn sena u sentejn
473
Inqas minn sena
556
3271
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1761 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox ġew ippreżentati disa’ talbiet, waħda fl-2013, tnejn fl-2015, erba’ fl-2016 u tnejn fl-2017.
It-talbiet saru minn;
It-Torċa
–
reformatting
ta’ kompjuters.
Kumpanija Privata
– proprjeta` fil-Belt Valletta.
Malta Independent
–
positions of trust
(2) u t-tieni karozza fis-Segretarjat Parlamentari u l-Ministeru.
Times Of Malta
–
care orders
,
foster care
, pensjoni ta’ membri parlamentari.
Ċittadin Privat
– dħul f’dar tal-anzjani.
Minn dawn id-disa’ talbiet kien hemm sitta li ġew milqugħa, waħda ġiet milqugħa parti minnha, oħra li ġiet trasferita minn Ministeru ieħor u talba oħra li bħalissa għadha qed tiġi pproċessata. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda talba li ġiet rifjutatha.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta’ benefiċjarji li huma mill-faxxa tal-faqar u l-esklużjoni soċjali f’kull Ċentru ta’ Riżorsi tal-Familja? X’tip ta’ għajnuna regolari qed tingħata lil dawn il-benefiċjarji minn dawn iċ-Ċentri u kemm hija l-ispiża kull sena biex jitmexxa l-Programm LEAP?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ċentru LEAP – għajnuna lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31246, jista’ l-Ministru jgħid issa minn liema lokalitajiet ġejjin il-186 persuna li għandhom problemi ta’ saħħa mentali? X’qiegħed isir biex jiġu megħjuna dawn l-individwi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skema ta' għotja lill-persuni li daħlu fis-servizz pubbliku f'Jannar 1979
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2514 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-iskema ta' għotja ta' darba għal dawk li daħlu fis-servizz pubbliku f'Jannar 1979 u għamlu żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979, u ġew rrifjutati din l-għotja, u ġaladarba hemm nies li qed jidhru li kienu mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili kif muri fid-dettalji li qed jingħataw separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn baqgħu b'xejn? (Dan il-każ imsemmi lanqas qed jieħu pensjoni tat-teżor)
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma tissodisfax il-kriterji stipulati fl-iskema msemmija sabiex tibbenefika mill-għotja, għaliex ma’ jirriżultax illi kienet f’xi wieħed mill-korpi jew kienet qed tagħti servizz f’xi dipartiment tal-gvern qabel il-15 ta’ Jannar 1979. Is-Sinjur ħa l-ewwel ħatra uffiċjali fis-servizz pubbliku fl-1 ta’ April 1979.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali kif ukoll l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekesteri msemmija, ma taw l-ebda xogħol lil individwu jew il-kumpaniija imsemmija, fil-perijodu indikat.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba parlamentari numru 317.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Gvern ilu jsegwi l-linja gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilita fit-Teknologija tal-Informatika (FITA) minn mindu din twaqqfet fis-sena 2000.
Applikazzjoni għal dħul f’dar tal-anzjani – qtugħ ta’ pensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pensjoni tibdiex tinqata' minn meta ssir l-applikazzjoni għad-dħul fid-Dar tal-Anzjani jew minn meta l-persuna tkun effettivament annessa fid-dar? Jista’ jgħid ukoll jekk f'każ ta' koppja fejn parti waħda biss tapplika għal dħul f’Dar tal-Anzjani, hux parti mill-pensjoni tat-tnejn jew minn waħda biss titnaqqas mal-applikazzjoni jew mad-dħul?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-tnaqqis mill-pensjoni ta’ persuna li tidħol f’Dar tal-Anzjani tal-Gvern, isir mid-data li fiha effettivament il-persuna tibda tirresjedi fir-Residenza.
Fil-każ ta’ koppja fejn parti waħda biss tibda tirresjedi f’Dar tal-Anzjani tal-Gvern, it-tnaqqis isir biss mill-pensjoni tal-konjugi li jkun/tkun residenti f’dar tal-anzjani.
Dan japplika ukoll għal dawk l-anzjani li jidħlu f’Dar tal-Anzjani li l-Gvern għandu ftehim taħt public private partnership magħhom.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 103 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi, ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie mibdul minn wieħed definit għal ieħor indefinit. L-istess, ma kienx hemm individwi li minn part-timers saru full-timers, fl-imsemmi perjodu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9243 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika issa jekk l-Awtorità tad-Djar hux se tibni appartamenti bħala sheltered housing għall-anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paule – każijiet ta’ abbużi fuq anzjani
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12001 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule? X’azzjoni ttieħdet fuq dawk li kkommettew dan l-abbuż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, b’referenza għat-tweġiba parlamentari numru 12001 , in-numru ta’ każijiet ikkwotati, iġifieri dak ta’ 47 każ, kien jinkludi il-każijiet kollha ta’ dixxiplina li kienet ttieħdet azzjoni dwarhom u mhux biss dawk ta’ kazijiet ta’ abbuż fuq anzjani. In-numru ta’ każijiet irrapurtati fejn instab li kien hemm abbuż fuq anzjani gewwa ir-Residenza San Vincenz De Paule, jammonta għal 3. Ittieħdet azzjoni fuq l-impjegati ikkonċernati skont il-każ. L-azzjonijiet varjaw min proċeduri bil-qorti, sospensjoni mix-xogħol u sospensjoni ta’ paga, u twissija bil-miktub
Jista’ l-Ministru jgħid x’attivitajiet ġew organizzati mill-Aġenzija Sapport f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum matul is-sena l-oħra (2016)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ta’ kull sena ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, tal-Aġenzija Sapport jorganizzaw ħafna attivitajiet li jservu ta’ benefiċċju għall-persuni b’diżabilita` intellettwali. L-attivitajiet huma maqsuma bejn dawk li jiġu organizzati għaċ-ċentri kollha u dawk li huma organizzati miċ-ċentri individwali. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa sabiex jesponu lill-klijenti għal esperjenzi fil-komunità.
L-attivitajiet organizzati mis-sezzjoni responsabbli mis-Servizzi ta’ Matul il-Jum, jiffurmaw parti minn kalendarju ta’ attivitajiet taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Hemm 5 attivitajiet prinċipali li jiġu organizzati ta’ kull sena; liema attivitajiet huma immirati għal klijenti kollha tal-Aġenzija kif ukoll għall-istaff. Dawn jinkludu:
· Attività tal-Karnival
· Fiera tar-Rebbiegħa
· BBQ f’Settembru
· Fun Day- organizzata mill-Methodian f’Ottubru
· Festin tal-Milied
Kull Ċentru jorganizza wkoll diversi attivitajiet għal gruppi żgħar, bil-għan li l-klijenti jibbenefikaw minn esperjenzi vasti. Dawn l-attivitajiet jiġu organizzati fil-ħinijiet matul il-ġurnata jew filgħaxija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-attivitajiet kollha organizzati għall-klijenti tal-Aġenzija Sapport.
Residenzi ta’ San Vinċenz u Sptar Monte Carmeli — Huntington’s Chorea
Question
Peress li l-marda Huntington’s chorea hi ereditarja u li twassal għal konsegwenzi fejn is-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem tant tmur għall-agħar li l-ħajja soċjali tgħib u l-konsegwenzi huma kbar u ta’ piż fuq il-familja, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu b’Huntington’s Chorea li huma residenti ta’ San Vincent De Paule? Jista’ jgħid kemm huma dawk li huma kkurati fiċ-ċentru tad-Dementia? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm pazjenti li jbatu b’Huntington’s Chorea li huma residenti fis-swali li jaqgħu taħt il-kura tal-anzjani fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, ġewwa r-Residenza San Vincenz de Paul hemm 14-il pazjent li jbagħti bil-Huntington’s Chorea. L-ebda pazjent ġewwa ċ-Ċentru tad-Dementia tar-Residenza ma jbagħti mill-kundizzjoni li qed issir referenza għaliha. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru ma għandux taħt ir-responsabbilta’ tiegħu swali għal kura tal-anzjani fl-Isptart Monte Carmeli.