Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — ħaddiema reġistrati b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24614.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera u Pietà/Guardamangia — Skejjel primarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Belt Valletta, Furjana, Marsa, Ħamrun, Santa Venera u Pietà/Guardamangia? Jista’ jgħid ukoll kemm studenti huma barranin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel imsemmija hemm total ta’ 1,557 student u li minnhom 474 huma barranin.

Il-Ħamrun, il-Blata l-Bajda, u Santa Venera — Skejjel sekondarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji tal-Ħamrun, il-Blata l-Bajda, u Santa Venera? Jista’ jgħid ukoll kemm studenti huma barranin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemmx skola sekondarja f’Santa Venera. Intant ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel sekondarji tal-Ħamrun u l-Blata l-Bajda hemm total ta’ 685 student u li minnhom 160 huma barranin.

Raħal Ġdid — Ġnien il-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24901 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24676, jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru minn April tal-2024 sal-lum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għaddejin id-diskussjonijiet mal-istakeholders konċernati.

Studenti Maltin — Studju barra minn Malta - Skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dettall mil-liema skemi jistgħu jibbenefikaw studenti Maltin li qegħdin jagħmlu l-istudji tagħhom barra minn Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiġu offruti diversi boroż ta’ Studju fl-Arti (Malta Arts Scholarship Scheme), fl-isport (Malta Sports Scholarship Scheme, Endeavour II (ESF +) u Tertiary Education Scholarship Scheme(TESS )għall- edukazzjoni terzjarja fl-Livell 7 u fl-Livell 8, Reach High II (ESF+) għall-studju fl-Livel post dottorat, Live the Language għall-studju fil-lingwi u Veterinary Studies Scholarship Scheme għall-istudenti li qed isegwu kors fl-Istudji Veterinarji li jwassal għal-Livell 7.

Skejjel sekondarji tal-Istat — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema tal-Physics nieqsa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, u jelenka f'liema skejjel hemm anqas għalliema minn kemm hemm bżonn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ċentru tal-Università — Xewkija – xogħlijiet fuq l-estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija Għawdex sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex intefqu? Jista’ jgħid ukoll x'hemm ippjanat li jsir fuq din l-estensjoni matul din is-sena u kemm hu l-baġit allokat għal din l-estensjoni għal-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20402.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema seconded

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni li talbu li jiġu seconded? Jista’ għal kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema jgħid kemm ilhom seconded, xi grad huma, u kemm minnhom huma Għawdxin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 7 impjegati, 1 minnhom hu Għawdxi, li ġew seconded skont it-tabella t’hawn taħt; Grad Data ta’ sekondar Clerical Assistant April 2019 Clerical Assistant Ottubru 2019 Manager I Ottubru 2023 Administrator Awwissu 2020 Receptionist / Messenger Mejju 2017 Secretary Mejju 2016 Coordinator Settembru 2016

L-Università ta’ Malta – Librerija – kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Università ta’ Malta tul is-sena 2024 u kemm kienet l-ispiża relattiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-Università xtrat 1,641 ktieb ġdid, bi spiża totali €123,940.31.

In-Naxxar — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18655, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett tal-Iskola Primarja tan-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll jekk s’issa sarx xi xogħol? Jekk iva, liema xogħol sar? Jekk le, meta se jibda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sigurta u l-privatezza ta’ l-iskola nnifisha, tali pjanti mhux ser jiġu ppublikati.

Raħal Ġdid — Ġnien il-Mediterran

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24676, jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru minn April tal-2024 sal-lum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji mal-istakeholders konċernati.

Tender għat-Trasport għan-Non State School

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender tat-trasport għan-Non State Schools li se jagħlaq f'Marzu tal-2025? Jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni u jinforma lill-Kamra meta se jkun qiegħed jinħareġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li għaddej ix-xogħol neċessarju sabiex joħroġ it-tender il-ġdid.

Higher Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk il-persuni li huma impjegati bħala Higher Technician fi scale 10 qegħdin jissejħu permezz ta' email biex jagħmlu 'colloquium' biex ikunu mogħtija l-grad ta' Principal scale 9 minflok ma nħarġet call for application? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Higher Technician fi scale 10 issejħu għal dan il-'colloquium' u min ser ikun qiegħed jintervista lill-Higher Technicians? Jista’ jgħid għaliex mhux ser isir practical qabel il-'colloqium'? Jista’ jgħid ukoll kemm-il Higher Technician irid jintgħażel biex isir Principal scale 9 u x'inhuma l-kriterji tal-assessjar li fuqhom se jkunu assessjati l-kandidati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ftehim Settorjali tal-Klassijiet Trade u Technical li l-ewwel set ta ħaddiema lill-Higher Technicians fi skala 12 jew 10 ser jiġu mistiedna għal dan il-‘colloquium’. Din hija rotta differenti sabiex wieħed jilħaq Prinical Technician mingħar il-bżonn ta’ ‘call for application’ kif stipulat fil-ftehim Settorjali.

Skejjel Primarji tal-Istat – Studenti – teaching practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student/a ser ikunu qed jagħmlu t-teaching practice fl-iskejjel Primarja tal-Istat fil-ġimgħat li ġejjin? Jista' jgħid f'liema skejjel ser ikunu posted u minn meta sa meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm ħames mija u tlieta u tletin (533) student li se jkunu qegħdin jagħmlu t-teaching practice fil-klassijiet tal-Kinder, skejjel Primarji, Medji u Sekondarji tal-Istat.

Skejjel Medji tal-Istat – Studenti – teaching practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student/a ser ikunu qed jagħmlu t-teaching practice fl-iskejjel Medja tal-Istat fil-ġimgħat li ġejjin? Jista' jgħid f'liema skejjel ser ikunu posted, liema suġġett ser ikunu qed jgħallmu u minn meta sa meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24927.

Skejjel Sekondarji tal-Istat – Studenti – teaching practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student/a ser ikunu qed jagħmlu t-teaching practice fl-iskejjel Sekondarja tal-Istat fil-ġimgħat li ġejjin? Jista' jgħid f'liema skejjel ser ikunu posted, liema suġġett ser ikunu qed jgħallmu u minn meta sa meta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24927.

Statementing Board – Applikazzjonijiet ta’ tfal – Lista ta’ stennija

Question

Fid-dawl li l-proċess tal-assessment tal-Istatementing Board huwa wieħed kontinwu u rigoruż, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew biex isirilhom dan l-assessment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi d-data tal-iktar referral antika bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22400.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma’ karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.