Tista' l-Ministru tgħid kemm librara hemm fl-iskejjel tal-Istat li għandhom diploma jew degree relatati mal-libreriji? F'liema skejjel qegħdin dawn il-librara? Kemm minnhom huma kwalifiki miksuba mill-Università ta' Malta u kemm minnhom inkisbu minn universitajiet barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Direttorati tal-Edukazzjoni — xufiera u mezzi tat-trasport
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm xufiera hemm fil-pool tad-Direttorati tal-Edukazzjoni? Kemm għandhom karozzi għad-dispożizzjoni tagħhom u x'tip huma? X'ammont ta' servizz taw lill-uffiċjali li m'għandhomx mezzi ta' trasport? Kemm-il vjaġġ għamlu minn Jannar s'issa u lejn liema destinazzjonijiet? X'ammont ta' persuni ġarrew? X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol ta' dawn ix-xufiera? Min huwa inkarigat minnhom? X'ammont ta' flus intnefqu fuq dan is-servizz inkwantu ta' petrol u diesel, kif ukoll il-manutenzjonji ta' dawn il-karozzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pool ta’ 16-il impjegat li jagħmlu xogħol ta’ xufiera sabiex jaqdu l-ħtiġijiet taż-żewġ Direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħthom, kif ukoll il-ħtigijiet ta’ numru ta’ dipartimenti oħra li jiffurmaw parti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Il-vetturi użati huma:
· 4 Chevrolet Kalos
· 1 Toyota Liteace
· 1 Toyota Hiace
· 1 Ligier Nova
· 2 Peugeot 405
· 1 Renault 19
· 1 Kia Asia Combi
· 1VW Combi
· 3 AEC Swift (
Coaches)
· 1 Ford Plaxton (
Coach)
Minn Jannar s’issa saru aktar minn 5,000 vjaġġ lejn destinazzjonijiet diversi skond l-esigenzi tas-servizz u nġarru aktar minn 70,000 passiġġier, inkluż l-istudenti li jitwasslu l-iskola lura d-dar bil-coaches li hemm f’dan il-pool.
Il-maġġoranza tax-xufiera li jiffurmaw parti minn dan il-
pool
jaħdmu mis-7:45am sal-5:15pm fix-xitwa u mis-7:30am sas-1:30pm fis-sajf. Dawk ix-xufiera li jieħdu ħsieb it-trasport tal-istudenti minn u lejn l-iskejjel jaħdmu mis-7:00am sal-4:00pm fix-xitwa u mis-7:00am sas-1:30pm fis-sajf.
L-uffiċjal inkarigat mix-xufiera ta’ dan il-
pool
huwa Prinċipal.
Minn Jannar sa’ llum intefqet is-somma ta’ €19,572.99 fi
fuel
u €2,600.85 f’
parts
u affarijiet relatati mas-
servicing
fuq dawn il-vetturi.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Refurbishment
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-valur tax-xogħolijiet ta’ refurbishment li sar minn April 2008 sal-lum fil-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari f’ Casa Leoni, Sta. Venera huwa:-
Ministeru €6,724.94
Segretarjat Parlamentari €2,600.85
Tista' l-Minsitru tagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li fuqhom qed isir xogħol bħalissa b'kordinazzjoni ma' Heritage Malta? F'liema lokalità jinsabu dawn is-siti storiċi? Meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol li bħalissa qed in hand f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-uniku xogħol b’kordinazzjoni ma’ Heritage Malta hu dak li bħalissa qed isr mas-sezzjoni ta’ Konservazzjoni fl-Arkitettura,fl-Oratorju taż-Żejtun, wara li fl-aħħar tal-2006 rebħet tender sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Huwa maħsub li x-xogħol ser jitlesta aktar tard is-sena d-dieħla.
Kuntratti mad-Divizjoni tal-Edukazzjoni — Nies irtirati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni ta’ età li rtitraw mis-servizz pubbliku iżda li għad għandhom kuntratt mad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni jew mal-Ministeru tal-Edukazzjoni? Tista’ tagħti lista’ ta’ dawn il-persuni u fiex jikkonsisti x-xogħol ta’ kull persuna u l-ħlasijiet li tirċievi u x’inhu l-bżonn tagħhom fid-dawl li issa hemm xi 30 uffiċjal edukattiv ġdid jaħdem mad-direttorati tad-divizjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm eks uffiċjali tal-gvern illum pensjonanti jaħdmu fil-kulleġġi fuq bażi part time? Għandhom xi kuntratt? X'isir meta dan jagħlaq? Kif qed jitħallsu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li m’hemm l-ebda eks-uffiċċjal tal-gvern li llum hu pensjonant u jaħdem fuq bażi part-time fil-Kulleġġi. Madankollu hemm 13-il uffiċċjal li jinkludu għalliema rtirati li jaħdmu fuq Contract of Service għal perjodu definit.
Għadu kmieni biex wieħed jgħid x’jigri meta jagħlaq il-kuntratt
Dawn l-eks uffiċċjali qed jitħallsu b’rata fissa fis-siegħa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il school audit sar fil-perijodu Jannar – Lulju 2008? F’liema skejjel? Kemm tħallsu salarji ta’ uffiċjali u impjegati fid-Dipartiment responsabbli mill-Kwalità f’dan il-perijodu? Id-Direttur responsabbli minn school audits qed jokkupa xi pożizzjoni oħra full-time bi ħlas flimkien mal-pożizzjoni fis-Servizz Ċivili fi grad 4 ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bejn il-perjodu msemmi ma sarux audits esterni. Iżda minn meta laħaq id-Direttur inkarigat mill-Quality Assurance fi Frar 2008 saret evalwazzjoni kwalitattiva fejn intuzat mixed methodology biex id-Direttur seta’ jippreżenta lid-Diretturi Ġenerali u lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport proposti li waqt li japprezzaw dak li sar f’dawn l-aħħar sentejn, jibnu fuq il-parametri u l-liġi l-ġdida tal-edukazzjoni tal-2006. L-Assistenti Diretturi li sejrin jaħdmu fi ħdan dan id-dipartiment ġew ingaġġati fil-31 ta’ Ottubru 2008.
Il-mandat ta’ dan id-dipartiment ġdid huwa mibni fuq il-liġi tal-2006.
Id-Direttur ma jokkupax pożizzjoni oħra full-time.
Tista’ l-Ministru tpoġġi d-dettalji kollha dwar il-persuni li ġew impjegati bħala LSAs fis-seba' xhur ta' qabel l-elezzjoni (minn Settembru 2007)? Tista' tgħid jekk hux kollha kienu eliġibbli b'żewġ suġġetti f'livell avvanzat? X'kienu s-suġġetti f'livell avvanzat u jekk fosthom kienx hemm Advanced ECDL? L-ECDL suppost li ġie aċċettat bħal suġġett f'livell avvanzat meta huwa meqjus bħala skill, jieħu ħafna inqas ħin ta' studju u ma jikkomparax ma' suġġett akkademiku jew tekniku f'livell avvanzat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ dawk li ngħataw borża ta’ studju fl-iskema tal-gvern għal dawk li qed jagħmlu dottorat barra minn Malta? Kienu eliġibbli għal dawn il-boroz ta’ studji persuni Maltin li qed jgħixu barra minn Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-persuni eliġibbli għal dawn il-Boroz ta’ Studju irid ikollhom jew ċittadinanza Maltija, jew il-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu f’Malta.
Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri maħtura minnu fuq it-tliet diviżjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki, meta nħatru u jekk għandhomx remunerazzjoni? Tista’ tikkonferma jekk humiex iffurmati kif tistipula l-liġi?
Kemm-il darba ltaqgħu dawn id-Diviżjonijiet mit-twaqqif tagħhom u kemm-il deċiżijoni dwar appelli ttieħdet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki ma jispeċifikax kemm u liema għandhom ikunu d-diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. Bħalissa qed issir rivalwazzjoni sabiex jiġi stabbilit kemm għandu jkun hemm diviżjonijiet u liema setturi għandhom ikopru.
Minkejja dan, il-Bord tal-Appelli dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki li taħtu jaqgħu dawn id-diviżjonijiet huwa xorta waħda kostitwit peress li l-membri kienu verbalment infurmati li għandhom ikomplu fil-kariga tagħhom, għalkemm qatt ma kien hemm il-ħtieġa li dan il-Bord jerġa’ jiltaqa’.
Kif tintemm ir-rivalwazzjoni tintbagħat ittra uffiċjali ta’ reappointment lit-tlett persuni msemmija.
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema suġġetti hemm nuqqas ta’ għalliema fl-istituti kollha tal-MCAST? X’qed isir biex jinstabu għalliema f’dawn is-suġġetti biex l-istudenti ma jitilfux il-lezzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s-suġġetti li hemm nuqqas ta’ għalliema fihom huma: Personal Development, Teknoloġija ta’ l-Informatika u Matematika.
Fil-każ ta’ l-għalliema tal-Personal Development saru l-intervisti u se jissejħu l-kandidati li għaddew. L-intervisti għall-ghalliema fit-Teknoloġija ta’ l-Informatika se jsiru fil-jiem li gejjin, filwaqt li fil-każ ta’ l-għalliema tal-Matematika ġie ippubblikat l-avviż u l-applikazzjonijiet jagħlqu fl-ewwel ta’ Diċembru, 2008.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema part-time fl-istituti kollha tal-MCAST u liema suġġetti jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta’ għalliema part-time fl-isitiuti kollha tal-MCAST jammonta għal 136.
Lista tas-suġġetti li jiġu mgħallma ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm matul din is-sena kien hemm 1) skrivani 2)eks-uffiċjali 3) eks-kapijiet ta’ skejjel li kellhom xi kuntratt mad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni u issa ntemm? X’kienu r-ragunijiet għat-tmiem ta’ dawn il-kuntratti? Fl-istess żmien kemm ingħataw kuntratti ġodda fl-istess oqsma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul din is-sena kien hemm erba’ kuntratti li ntemmu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Grad
Numru
Skrivani
0
Eks-uffiċjali
3
Eks-Kap ta’ Skola
1
TOTAL
4
Dawn il-kuntratti ma ġewx imġedda jew għax il-persuna nvoluta kienet qed tagħmel xogħol speċifiku li issa ntemm, jew għax ix-xogħol li kienu qed jagħmlu qed isir minn uffiċjali permanenti.
Matul din is-sena ma ngħatawx kuntratti ġodda fl-istess oqsma.
Issa li l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ilu mwaqqaf aktar minn tliet snin,tista' l-Ministru tgħid kemm-il Livell Nazzjonali għal Settur ta’ Żvilupp fil-qasam tax-xogħol ġew approvati u ppubblikati minn dan il-kunsill? Kemm kienet s’issa l-ispiża globali minn sena għal sena ta’ dan il-Kunsill u kemm kienet l-ispiża fuq safar? Minn kif qed jagħmel il-ħidma tiegħu dan il-kunsill, x’inhuma l-possibilitajiet li l-miri tan-National Reform Plan sejrin ikunu milħuqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki ingħata €422,516.7 mill-Fond Soċjali Ewropew biex f’Jannar 2009 jibda proġett li se jwassal biex Malta jkollha Livell Nazzjonali għal disa’ setturi ta’ żvilupp fil-qasam tax-xogħol.
L-ispiża globali għas-snin 2005-2007 kienet kif ġej:
2005 € 7,295.6
2006 € 75,658
2007 €164,354
L-ispiża fuq safar ta’ uffiċċjali tal-MQC hi kif jidher hawn taħt:
2005 xejn
2006 €1,829.45
2007 €5,132.19
2008 €6,310
Parti sostanzjali minn din l-ispiża hi koperta mill-Unjoni Ewropea.
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki diġa’ qed jilħaq il-miri tan-National Reform Plan billi:
ħoloq il-Qafas Malti għall-Kwalifiki sostnut bil-pubblikazzjoni ta’ erbgħa volumi (
Valuing All Learning Vol I, II, III
) ta’ riċerka u informazzjoni kif ukoll publikazzjoni dwar il-Ħiliet Basiċi li jikkumplimentaw il-Qafas Malti tal-Kwalifiki;
nieda abbozz ta’ politika għall-valutazzjoni ta’ edukazzjoni informali u mhux formali
nieda
Passaporti
għall-edukazzjoni vokazzjonali
għin biex jinħoloq
School Leaving Certificate
ġdid li jikkorrispondi għad-deskrittur ta’ l-ewwel Livell tal-Qafas Malti għall-Kwalifiki
qed jirristruttura l-qasaf legali u amministrattiv tar-rikkonoxximent tal-Kwalifiki biex dan jikkorrispondi aktar għal-miri ta’ Lisbona.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-course tal-ICT fit-tieni sena għadhom qed jistennew sabiex jibagħtu għall-istudenti u jkomplu l-kors, liema kors kien qiegħed isir minn kumpannija privata fil-Mosta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dewmien biex l-istudenti jissejħu biex jibdew l-istudji tagħhom ma kienx jiddependi mill-MCAST iżda minn:
(a) proċeduri marbuta ma’ appell li sar minn kuntrattur wieħed dwar l-għoti ta’
tender
lill
-private
training providers
għall-korsijiet tal-ICT
;
(b) minn investigazzjoni tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li saru dwar dawn it-
tenders għall-courses tal-ICT .
Għaldaqstant il-proċess kollu kellu jieqaf sakemm dawn ikunu deċiżi. Issa li l-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha, il-Bord tal-Appell mistenni jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fil-ġranet li ġejjin. Appena l-proċeduri legali jkunu eżawriti, l-istudenti jistgħu jibdew il-korsijiet rispettivi tagħhom u jingħataw l-istess sigħat ta’ tagħlim bħal studenti li diġa bdew il-kors u bl-istess livell ta’ tagħlim.
Minister għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistix limitu ta' piż li l-istudenti jistgħu jġorru fil-basktijiet tal-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, tista' tagħti lista tal-piż massimu li l-istudenti jistgħu jġorru fil-basket tal-iskola tagħhom skond l-età?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li jeżistu limiti kif rakkomandat minn esperti fil-kamp, senjatament Pediatric Orthopedic Society of America, li jirrakkomandaw li l-piż m’għandux jaqbeż persentaġġ ta’ 20% tal-BMI (Body Mass Index) li jiġi kkalkolat billi tiddividi l-piż f’kilogrammi mit-tul f’metri multiplikat bl-istess.
Din ir-rakkomandazzjoni hija inkluża fil-policy tad-Dipartiment u tinħadem fuq il-piż u t-tul tal-istudent individwali u mhux l-eta’.
St. Venera — skola San Frangisk t'Assisi, - general hand
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fl-area 1 u 2 tal-istudenti fl-iskola San Frangisk t'Assisi, St. Venera hemm general hand wieħed jieħu ħsieb li jrid ilaħħaq waħdu fix-xogħol tiegħu ma' 32 klassi, ground, playground, staff room, uffiċini eċċ.?
Tikkonsidra l-Minstru li jiġu provduti general hands oħra u dan sabiex ilaħħqu ma' dan il-volum ta' xogħol kollu u eventwalment jassiguraw li tinżamm l-indafa li suppost għandha tinżamm f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iSkola Sekondarja tas-Subien San Franġisk t’Assisi , Sta. Venera, hemm erba’ General Hands u part-time Cleaner biex jieħdu ħsieb it-tindif fl-iskola.
Tista' l-Ministru tiddikjara jekk hemmx obbligu naxxenti mir-regoli komunitarji tramite r-regolamenti u direttivi fl-Unjoni Ewropea biex ikun hemm infermiera fi skejjel kbar bħall-Junior College? Hemm ħsieb li tintbagħat infermiera l-Junior College?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li m’hemmx obbligu li jkun hemm infermiera fi skejjel kbar bħall- Junior College li skont ir-regoli Komunitarji jew Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Universita’ ta’ Malta qegħda fil-proċess li tassenja rappreżentanti tas-Saħħa u s-Sigurta’ fl-oqsma kollha taħt ir-responsabbilta’ tagħha inkluż il-Junior College.