Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta

Question

Fid-dawl tad-dokument “Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta” (SWD(2020) 387 final), liema dokument ipoġġi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-Politika Agrikola Komuni u partikolarment għall-Artikolu 1.5 - Rakkomandazzjonijiet, jista' l-Ministru jelenka kif il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu qed jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni (inkluż dati ta’ meta bdew jiġu implimentati) fir-rigward ta’ żieda fl-impjiegi u ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja fiż-żoni rurali permezz ta’ investimenti f’attivitajiet ekonomiċi diversi u fl-iżvilupp ta’ servizzi bażiċi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet imsemmija ġew indirizzati fl-abbozz tal-Pjan Strateġiku għall-PAK għal Malta li ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2021. L-għan li jiżdiedu u jinħolqu l-impjiegi hu maħsub specifikament taħt l-Objettiv Speċifiku 8: “Promote employment, growth, gender equality, social inclusion and local development in rural areas, including bio-economy and sustainable forestry”.

Animal Welfare – qtates fostered

Question

Peress li bħalissa jidher li hemm madwar 200 qattus għand il-“foster care” tal-Animal Welfare, jista’ l-Ministru jgħid, fuq tul ta' żmien, x'jiġri minn dawn il-qtates li ma jiġux addottati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern investa f’cattery ta’ 900 metru kwadru biex ikun jista’ jieħu aktar qtates stray. Dawk il-qtates li ma jiġux adottati permezz ta' fosterers se jittieħdu lura. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali qed jaħdem biex jiżdied in-numru ta' adozzjonijiet.

Animal Welfare Department – ambulanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul dawn l-aħħar sitt xhur intalab is-servizz tal-ambulanza tal-Animal Welfare? L-ambulanza dejjem ikollha fiha persuni kompetenti li jagħtu s-servizz immedjat mediku tagħhom fuq il-post, f'każ ta' bżonn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul dawn l-aħħar sitt xhur saru 2,285-il talba għas-servizz tal-ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali. Fl-ambulanza dejjem ikun hemm Animal Welfare Officer ta’ esperjenza.

Welfare Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jagħmlu xogħol ta' Welfare Officers li huma jew mislufin minn dipartiment/dipartimenti oħra u/jew ma daħlux jaħdmu direttament bħala AW Officers?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Bdiewa reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bdiewa reġistrati, kemm full time kif ukoll part time, separatament għal kull wieħed minn dawn l-age groups: a) taħt l-20 sena, b) bejn il-21 u t-30 sena, c) bejn il-31 u l-40 sena, d) bejn il-41 u l-50 sena, e) bejn il-51 u s-60 sena, u f) ‘l fuq minn 60 sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentaru Nru 142.

Ta’ Qali: Pitkalija – xogħol ta’ tibdil strutturali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta mistenni jsir xogħol ta' tibdil strutturali fil-Pitkalija f'Ta’ Qali? Meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol? Fiex jikkonsisti x-xogħol li għandu jsir?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Post fejn jiġi pproċessat il-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jinbidel il-post li fih jiġi pproċessat il-ħalib qabel jitwassal għand il-konsumatur, kemm bħala ħalib frisk kif ukoll bħala prodotti oħra li jsiru mill-istess ħalib? Jekk fil-fatt hemm il-pjan li din il-bidla sseħħ, jista' jagħti tagħrif dwar meta mistenni li din il-bidla sseħħ u fejn hu mistenni li tiġi rilokata?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet dwar is-suġġett.

Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway

Question

Jista’ l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jaraw li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl, jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom? Kemm-il rapport irċevew matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Servizz 1717

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-1717 bediex jitħaddem f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni qed jaħdmu f'dan is-servizz kemm dan ilu jopera? Il-persuni li ntgħażlu, fuq liema kriterji ġew ingaġġati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – annimali miġbura

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jindika kemm-il annimal ġie miġbur mill-ħaddiema tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew imraqqda/maqtula?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – annimali miġbura

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jindika kemm-il annimal ġie miġbur mill-ħaddiema tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali f'dawn l-aħħar sentejn? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew imraqqda/maqtula?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Irziezet tal-mogħoż u nagħaġ liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet liċenzjati tal-mogħoż u nagħaġ f'Malta kif ukoll f’Għawdex? F’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet? Kemm-il mogħża / nagħġa hemm f’kull razzett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-Tlieta 14 ta' Ġunju 2022, f’Malta u f’Għawdex hawn 1708 razzett reġistrat mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja biex iżomm in-nagħaġ u l-mogħoż li minnhom 1212 jinsabu f’Malta u 496 jinsabu f’Għawdex. It-tabelli segwenti turi f’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet u l-ammont ta’ nagħaġ u mogħoż li hemm f’kull razzett. LOKALITÀ Numru ta' rziezet Total Mogħoż Total Nagħaġ MALTA BIRŻEBBUĠIA 58 186 359 COSPICUA 1 2 1 FGURA 8 12 30 GĦAXAQ 46 128 390 GUDJA 20 36 126 KALKARA 3 50 3 LUQA 26 243 218 MARSASCALA 25 190 270 MARSAXLOKK 19 89 117 PAOLA 6 21 8 TARXIEN 7 21 21 XAGĦJRA 3 3 3 ŻABBAR 35 159 253 ŻEJTUN 88 324 762 BIDNIJA 6 26 141 BURMARRAD 15 7 66 ĦAL FAR 3 2 15 ĦAMRUN 4 4 131 KIRKOP 14 51 131 MOSTA 23 82 106 MQABBA 28 43 126 QORMI 66 291 322 QRENDI 21 31 62 SAFI 19 37 195 TA' QALI 2 7 3 VALLETTA 1 1 0 ŻURRIEQ 80 282 777 BAĦRIJA 13 12 37 DINGLI 25 71 226 MANIKATA 3 7 9 MARFA 1 3 0 MELLIEĦA 45 87 228 MĠARR 38 74 333 MTAĦLEB 5 7 35 MTARFA 6 138 157 QAWRA 1 0 4 RABAT 92 163 855 SAN PAWL IL-BAĦAR 9 11 135 WARDIJA 8 0 20 ŻEBBIEGĦ 3 30 72 ATTARD 9 46 9 BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ 3 23 1 BIRKIRKARA 9 22 23 GĦALLIES 2 14 42 GĦARGĦUR 25 52 105 IKLIN 4 41 26 LIJA 7 4 16 MADLIENA 1 1 0 MAGĦTAB 28 41 343 MARSA 11 197 79 MSIDA 13 142 191 NAXXAR 16 17 66 PIETA 1 0 1 SALINA 3 2 17 SAN ĠILJAN 4 3 32 SAN ĠWANN 12 11 27 SIĠĠIEWI 100 467 1225 SLIEMA 1 1 0 ST. ANDREWS 1 2 0 ST. VENERA 1 3 0 SWIEQI 2 3 2 ŻEBBUĠ 83 144 451 1212 4167 9403 GĦAWDEX FONTANA 12 37 119 GĦAJNSIELEM 30 125 451 GĦARB 29 21 338 GĦASRI 11 12 48 KERĊEM 34 100 387 MARSALFORN 2 6 1 MUNXAR 15 27 168 NADUR 81 103 656 QALA 28 105 217 SAN LAWRENZ 9 32 58 SANNAT 40 113 312 VICTORIA 45 160 515 XAGĦRA 62 181 467 XEWKIJA 81 428 446 ŻEBBUĠ 17 26 179 496 1476 4362 TOTAL MALTA 1212 4167 9403 GĦAWDEX 496 1476 4362 1708 5643 13765

Irziezet tal-għoġġiela liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet liċenzjati tal-għoġġiela f'Malta kif ukoll f’Għawdex? F’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet? Kemm-il għoġol hemm f’kull razzett? Kemm jipprovdu laħam fix-xahar għas-suq lokali, razzett b’razzett, mill-2019 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-Tlieta 14 ta' Ġunju 2022, f’Malta u f’Għawdex hawn 165 razzett reġistrat mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja biex iżomm għoġġiela f’Malta u Għawdex li minnhom 147 jinsabu f’Malta u 18 jinsabu f’Għawdex. It-tabella segwenti turi f’liema lokalità jinsabu dawn l-irziezet u l-ammont ta’ għoġġiela li hemm f’kull razzett. Dan id-Direttorat ma jkollux disponibbli l-istatistika tal-kwantità tal-laħam mibjugħ lokalment kull xahar. Lokalita' Numru ta' Rziezet Għoġġiela Rġiel TOTAL 0-6 m 6 m-1 y 1 y - 2 y 2+ Għoġġiela Rġiel MALTA BIRŻEBBUĠIA 4 5 5 11 0 21 FGURA 1 0 1 0 0 1 GĦAXAQ 12 7 22 15 0 44 GUDJA 2 1 0 0 0 1 KALKARA 1 0 0 1 0 1 LUQA 2 11 11 6 6 34 MARSASCALA 7 9 19 29 3 60 MARSAXLOKK 5 16 22 12 0 50 TARXIEN 2 5 0 0 0 5 ŻABBAR 5 5 2 8 1 16 ŻEJTUN 26 71 117 68 8 264 BURMARRAD 1 0 0 2 0 2 MOSTA 1 0 0 2 0 2 MQABBA 5 3 4 11 0 18 QORMI 11 29 29 15 0 73 SAFI 2 4 0 7 0 11 ŻURRIEQ 14 14 20 14 3 51 BAĦRIJA 1 0 0 1 0 1 DINGLI 1 0 2 0 0 2 MĠARR 3 2 19 2 0 23 MTARFA 1 0 0 1 0 1 RABAT 1 4 46 55 0 105 ATTARD 1 0 2 0 0 2 BIRKIRKARA 1 2 2 3 0 7 GĦALLIES 1 0 0 2 0 2 GĦARGĦUR 1 1 4 0 0 5 LIJA 2 1 2 1 0 4 MAGĦTAB 3 3 2 14 0 19 MARSA 2 2 3 6 11 22 MSIDA 5 6 5 16 2 29 PIETA' 1 2 0 0 0 2 SALINA 3 2 2 1 0 5 SAN ĠILJAN 1 2 0 0 0 2 SIĠĠIEWI 13 9 7 9 2 27 ŻEBBUĠ 5 2 12 2 0 16 147 218 360 314 15 928 Lokalita' Numru ta' Rziezet Għoġġiela Rġiel TOTAL 0-6 m 6 m-1 y 1 y - 2 y 2+ Għoġġiela Rġiel GĦAWDEX GĦARB 1 0 2 0 1 3 KERĊEM 3 6 19 20 0 45 NADUR 2 0 0 1 0 1 SANNAT 6 11 21 18 0 50 VICTORIA 4 1 6 3 2 12 XEWKIJA 2 0 0 1 0 1 18 18 48 43 3 112 TOTAL MALTA 147 218 360 314 15 928 GĦAWDEX 18 18 48 43 3 112 165 236 408 357 18 1040