Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq ir-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija? Jista’ jgħid minn din in-nefqa kemm minnhom kienu minn fondi Ewropej? Jista’ jgħid x’inhuma l-ġranet u ħinijiet tal-ftuħ ta’ din il-Mitħna għall-pubbliku? Jisa’ jgħid f’idejn min ġie fdat l-amministrazzjoni ta’ dan is-sit? Jista’ jgħid jekk id-dħul fil-Mitħna hux b’xejn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali fuq ir-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija kien ta’ €454,463.82, li minnhom €267,502.66 kienu minn fondi Ewropej. Id-dħul fil-Mitħna se jkun b’xejn.
Jista' l-Ministru jara li l-ħitan imġarrfa kemm tas-sejjiegħ kif ukoll tal-kantun li hemm f'Wied l-Infern jerġgħu jinbnew mill-ġdid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-ħitan li qegħdin iżommu l-ħamrija u li huma fi stat ħażin, se jkunu qegħdin jinbnew mill-ġdid meta jitnaddaf l-istess wied.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16894 jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema ġodda maċ-Ċivil fil-grad ta’ Labourers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2021? Jista’ jgħid dawn il-ħaddiema humiex ħa jiddaħħlu wara sejħa pubblika li tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru jingaġġa ħaddiema fil-grad ta’ Labourer skont ir-regoli taċ-Ċivil. Il-Ministeru jimpjega ħaddiema skont l-esiġenzi tad-Direttorati rispettivi tiegħu.
B'referenza għat-tender bin-numru CT2263/2018 'Paving and embellishment works at St Francis Square, Victoria, Gozo' li ġiet awarded għall-prezz ta' €2,184,823.34, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm varjazzjonijiet fuq din l-imsemmija tender u jekk iva jgħid kemm huma bħala somma ta' flus dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol kollu relatat ma’ din it-tender tlestiex kollu u jekk le x'fadal isir? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol kollu rikjest minn din it-tender ġiex iċċertifikat u jekk iva jpoġġi ċ-ċertifikazzjonijiet kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ varjazzjonijiet marbuta ma’ dan il-proġett u li huma approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti jlaħħqu l-ammont ta’ €604,880.67c.
B'referenza għat-tender CT3068/2019 Tender for the Reconstruction and Upgrade of Link between Rabat and Marsalforn, Gozo, including the Construction of Rubble Walls, jista’ ġentilment il-Ministru jgħid x'hemm speċifikament indikat fil-Bill of Quantities tal-imsemmija tender li għandu jsir bħala xogħol fuq id-diversi pontijiet li jinsabu taħt din l-imsemmija triq mil-kuntrattur li rebaħ it-tender u li ħa jagħmel ix-xogħol infrastrutturali fuqha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji kollha mitluba tal-imsemmija Bill of Quantities, jistgħu jiġu aċċessati pubblikament.
Jista’ l-Ministru jgħid x'sar mill-equipment kollu li kien hemm fl-area tal-Gym li kien hemm ġewwa l-Gozo Sports Complex qabel dan twaqqa? Jista’ jgħid fejn jinsab dan l-equipment li kien hemm ġewwa l-imsemmi Gym, x'użu qed issir minnu u min qed jagħmel użu minnu? Jista’ jgħid jekk dan l-apparat għadux disponibbli għall-isportivi li jixtiequ jużawh?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-PQ 18330.
Proġett tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex – Aċċess għall-Persuni b’Diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18576 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-proġett tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex hux jew hux se jkun aċċessibbli għall-Persuni b’Diżabilità u għall-anzjani? Jista’ jpoġġi l-pjanti u d-dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-pjanti tal-kumpless sportiv il-ġdid jistgħu jiġu aċċessati mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, l-istess Kumpless se jkun aċċessibli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istruttura preżenti li tirregola u topera l-isport f’Għawdex lil hinn mill-entitajiet nazzjonali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li d-Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex li taħtu jaqa’ l-isports jaħdem id f’id ma’ Sport Malta, filwaqt li organizazzjonijiet sportivi huma affiljati mal-Assoċazzjonijiet Nazzjonali Maltin.
Bordijiet, Kumitati u konsulenti sportivi għal Għawdex maħtura mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’bordijiet, kumitati u konsulenti sportivi għal Għawdex ħatar il-Gvern mill-2013 'l hawn? Jista' jgħid min huma l-persuni maħtura u x-inhu l-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2013 l’hawn, il-Ministeru għal Għawdex ħatar l-iSports Bord. Il-Persuni maħtura huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Nixtieq nirrimarka li l-membri maħtura tal-Gozo Sports Board huma bla remunerazzjoni.
Attachments:PQ18966 Bordijiet, Kumitati u konsulenti sportivi għal Għawdex maħtura mill-Gvern.pdf
Artijiet li ser jiġu esproprjati fuq talba tal-Ministeru għal Għawdex
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18109, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Site Plan immarkata għal kull biċċa art u post fejn il-Ministeru għal Għawdex talab lill-Awtorità tal-Artijiet biex jiġu esproprjati u ċjoè dawk indikati minnu fir-risposta u li huma biċċa art fix-Xagħra, biċċa art f’Kerċem, dar ir-Rabat u biċċiet ta’ art fit-Triq ta’ Marsalforn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Xogħlijiet fuq ħitan tas-sejjiegħ fit-triq li twassal minn Kerċem għal Għadira ta’ San Raflu
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta tlesta x-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjiegħ li jagħtu għal parti mit-triq li twassal minn Kerċem għal Għadira ta' San Raflu, tħallew ħafna ħsarat u ġebel fl-għelieqi privati, tant li parti mill-għelieqi ma jistgħux jinħadmu u hemm għelieqi oħra li diffiċli li wieħed jidħol għalihom? Jista' jara li dawn jitnaddfu u jiġu rranġati kif kienu qabel sar ix-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjiegħ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sakemm qiegħda titwieġeb din il-mistoqsija, dawn l-għelieqi qegħdin jiġu ikklerjati mill-ġebel u jsiru aċċessibbli. Dan qiegħed isir skont il-pjan tax-xogħol.
Xogħol infrastrutturali u ta’ restawr tal-Akwedott tar-Rabat Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17811, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji ġeoloġiċi li saru fuq l-Akwedott tar-Rabat Għawdex? Jista' jgħid min għamel dawn l-istudji u meta bdew u spiċċaw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji bdew fit-22 t’Ottubru 2020 u spiċċaw fit-18 ta’ Novembru 2020. Dawn l-istudji saru mit-Terracore wara sejħa pubblika.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Promenade ta’ Marsalforn — Riġinerazzjoni tal-Menqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar Variations u Direct Orders fuq dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex – tender għal bini ta’ appartamenti u open spaces ikkanċellata
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16588 li ngħatat iktar min tliet xhur ilu jiġifieri fejn fiha ngħad li t-tender li ġiet ikkanċellata fil-15 ta Mejju 2020: Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, 'kienet se terġa’ toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin, jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-tender ħarġitx u jekk le x'inhuma r-raġunijiet għaliex għadha ma ħarġitx?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument tat-tender tlesta u qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-vetting, biex eventwalment issir il-publikazzjoni tas-sejħa.
Ministeru għal Għawdex – Intervention Unit — promotions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2020 xahar b'xahar?, Jista’ jgħid xi gradi huma dawn il-ħaddiema? Kemm minn dawn il-ħaddiema ħadu promozzjoni matul is-sena 2020 u fiex kienet tikkonsisti din il-promozzjoni li ħadu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li sa Marzu 2020 kien hemm tnax il-ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-Intervention Team fi ħdan il-Ministeru. Dawn żdiedu għal 14 sal-aħħar ta’ Lulju u telgħu għal 16 sal-aħħar ta’ Diċembru 2020. Il-gradi tal-ħaddiema jvarjaw minn Chief Scientific Officer sa Labourers. Matul is-sena 2020, 4 minnhom ħadu promozzjoni; waħda minnhom kienet dik ta’ Chief Scientific Officer u t-tlieta l-oħra kienu dawk ta’ Tradesman.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-vakanzi kollha li hemm pendenti bħalissa fil-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jagħqu taħtu? Minn meta ilhom vakanti dawn il-postijiet? Meta ħarġu s-sejħiet biex jimtlew dawn il-vakanzi? Sa meta hu ppjanat li jimtlew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Capacity Building tal-Ministeru għal Għawdex jinbidel minn żmien għall-żmien, skont l-esiġenzi tas-servizz. Kull meta jkun hemm vakanzi speċifiċi, il-persuni biex jimlewhom jintagħżlu wara sejħiet pubbliċi mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Sannat u Riġenerazzjoni ta’ parti mill-Pjazza tal-Munxar – proġetti proposti
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fil-Baġit 2018 u 2019 rispettivament rigward xogħlijiet ippjanati għar-riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Sannat, u għar-riġenerazzjoni ta’ parti mill-Pjazza tal-Munxar? Jista’ jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dawn l-imsemmija proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-proġetti huma immexxija mill-Kunsilli Lokali rispettivi bl-għajnuna finanzjarja tal-Ministeru għal Għawdex. L-ispejjes relatati ma’ dawn iż-żewġ proġetti se jittieħdu mill-vot ta’ EkoGħawdex u huma imqassmin fuq perjodu ta’ aktar minn sentejn.