Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-ibħra fix-Xlendi u fix-Xgħajra mhux klassifikati bħala eċċellenti u huma inqas fil-kwalità mill-ibħra l-oħra tal-gżejjer Maltin? X'inhi l-kawża biex dawn l-ibħra msemmija huma inferjuri u ma ġewx klassifikati bħala good?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont ir-rapport maħruġ fid-29 ta’ Awwissu 2011 għal-15 il-ġimgħa minn mindu beda l-istaġun uffiċjali għal-għawm, iż-żewġ siti monitorati fix-Xgħajra ġew klassifikati bħala kwalita tajba ‘good quality’ u erba siti monitorati fix-Xlendi, tnejn ġew klassifikiati bħala kwalita eċċelent ‘excellent quality’ u t-tnejn l’oħra bħala kwalita tajba ‘good quality’. Għalhekk it-87 sit immonitorati f’Malta, Għawdex u Kemmuna kollha qed jiklassifikaw ta’ kwalita eċċellenti jew tajba.
San Vincenz de Paule u djar tal-anzjani — Zieda fis-sodod
Question
Waqt li fl-aħħar ħames snin ġie rapportat li s-sodod fid-djar tal-anzjani u f'San Vincenz de Paule żdiedu b'243, skont studji kummissjonati, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet meħtiega żieda fl-istess sodod minħabba xejriet demografiċi magħrufa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn analiżi li saret mid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità ġie identifikat li hemm bżonn żieda ta’ madwar 170 sodda (long term care) għall-anzjani kull sena.
Jista' l-Ministru jelenka kemm kienu approvati nfermiera min-Nursing Council fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena?
Jista' jelenka kemm kienu approvati nfermiera xahar b'xahar minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, il-kunsill tal-infermiera u l-qwiebel irreġistra 102 infermiera. Sebgħa u tmenin fl-ewwel parti tar-reġistru tal-infermiera u 15 fir-reġistru temporanju fl-ewwel parti tar-registru ta’ l-infermiera.
Minn Jannar sa Awwissu, xhar b’xhar, in-numru irreġistrati kien hekk:
Marzu
2 fl-ewwel parti tar-reġistru ta’ l-infermiera
15 fir-registru temporanju fl-ewwel parti tar-registru ta’ l-infermiera
Lulju
77 fl-ewwel parti tar-reġistru ta’ l-infermiera
Awwissu
8 fl-ewwel parti tar-reġistru ta’ l-infermiera
F’Jannar, Frar, April, Mejju u Ġunju ħadd ma ġie rreġistrat.
Dipartiment tas-Saħħa — kuntratti għal servizzi ta' care workers
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt jew kuntratti li ngħataw matul dawn l-aħħar ħames snin mid-Dipartiment tas-Saħħa għal servizzi ta' care workers?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġi determinat jekk il-confidentiality clauses u informazzjoni relatata ma data protection jipprojbixxi li dawn il-kuntratti isiru pubbliċi.
Għalhekk dawn il-kuntratti ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra llum.
Billi l-iscreening għall-kanċer tas-sider qed ikun suċċess, u huma bosta dawk li qed jattendu għall-iscreening wara li jkunu mitluba jagħmlu hekk, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-pjan tal-gvern biex ikun jista' jitkompla dan il-programm? Billi minbarra din il-forma ta' kanċer jista' jkun hemm diversi forom oħra ta' l-istess marda, x'se jkun qed jagħmel il-gvern biex jiġi assigurat li forom oħra tal-istess marda jkunu ukoll ikkontrollati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Programm Nazzjonali għall-breast screening bħalissa hu offrut lin-nisa mwielda bejn l-1950 u l-1959 fuq bażi ta’ stedina kull tlett snin. Dan iċ-ċiklu jintemm fl-aħħar tas-sena 2012. Wara li ssir evalwazzjoni jiġi deċiz jekk u kif il programm għandux jitwessa’.
Hu ppjanat ukoll li l-istess metodi li qed jintużaw b’mod tant effettiv fil-Programm Nazzjonali għall-breast screening jiġu applikati biex jitwaqqfu programmi oħra ta’ screening, fosthom għall-kanċer tal-musrana l-kbira (colorectal cancer) kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Dan tal-aħħar hu antiċipat li jibda lejn l-aħħar tas-sena 2012.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm iddaħħlu persuni kawża ta' inċidenti tat-traffiku fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — persuni b'inċidenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm iddaħħlu persuni kawża ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in-numru ta' każijiet ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol irreġistrati li ddaħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2011.
Wieħed għandu jkun imgħarraf li fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-post tax-xogħol.
Sptar Mater Dei — persuni b'inċidenti fuq il-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm iddaħħlu persuni kawża ta' inċidenti fuq il-baħar fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma tistax tingħata informazzjoni dwar in-numru ta' każijiet ta' inċidenti fuq il-baħar li ddaħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2011.
Wieħed għandu jkun imgħarraf li fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati biħ b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-baħar.
Strateġija tal-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24618, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istrateġija tal-politika nazzjonali dwar is-saħħa sesswali ġietx imfassla? Jekk iva, fiex tikkonsisti din l-istrateġija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tfassil ta' strateġija msejjsa fuq il-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali għall-Gżejjer Maltin li kien varata fl-2010 qegħda fi stat avvanzat u huwa ppjanat li se tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-pazjent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux qed jingħata mill-isptar il-mediċina Omeprazola 20mg, li ġiet preskritta lilu mill-professur tiegħu meta din il-mediċina hi inkluża fl-iskeda V?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dokument ta’ Skeda V tal-pazjent li d-dettalji dwaru jntbagħtu separatament skada fl-14 ta’ Mejju 2011. F’dan il-każ il-pazjent irid jagħmel appuntament mal-konsulent biex iġedded id-dokument ta’ Skeda V.
Can the Minister say in the year 2010, how many persons aged 60 plus were admitted to Karen Grech Hospital? Can the government provide a breakdown of the Karen Grech figures by age, gender, and reasons for admission?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Can the Minister say in the year 2010, how many older persons were recipients of the following services: day centres, handyman service, telecare, incontinence service, home-help service, night shelters, meals on wheels, kartAnzjan, telephone rebate, social work unit, domiciliary nursing services by the Malta Memorial District Nursing Association? Can the government give a break down of these recipients by gender?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Can the Minister say how many persons reside in state community homes during the last 6 months of this year? Can the government give a breakdown of residents for each community home by age and gender?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
persons residing at Saint Vincent de Paule Residence
Question
Can the Minister say how many persons reside at Saint Vincent de Paule Residence during the last 6 months of this year? Can the government breakdown the numbers by age and gender?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
ċentru ġdid tal-onkoloġija — kwestjoni dwar numru ta' sodod
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex waslu għall-konklużjoni li ċ-ċentru ġdid tal-onkoloġija għandu jkollu 94 sodda u mhux numru ieħor ta' sodod? Wara li s'issa għandna 27 sodda għal dan t-tip ta' trattament, jista' jgħid jekk dawn is-sodod il-ġodda humiex sejrin jipprovdu trattament in patient li issa qed jingħata bħala out patient jew inkella għaliex il-kanċer u t-trattament tiegħu qed jiżdied?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kif kelli l-okkażjoni li ngħid drabi oħra, iċ-Ċentru tal-Onkoloġija tal-Isptar Mater Dei ġie mfassal wara li sar dak li jissejjaħ Medical Brief & Schedule of Accommodation. Dan huwa dokument li jispjega fid-dettal is-servizzi li se jingħataw minn dan iċ-ċentru; kif dan iċ-ċentru se jkun mgħammar; l-apparat mediku li se jkollu fiħ; u kif ser jitħaddem. Il-proċess ta’ Medical Brief & Schedule of Accommodation jinkludi wkoll dak li jissejjaħ Bed Modeling Exercise. Minn dan tal-aħħar joħroġ in-numru ta’ sodod, kemm inpatient u outpatient, li jkun hemm bżonn ibbażat fuq l-inċidenza tal-marda tal-kanċer maħduma fuq mhedda ta’ żmien - f’dan il kaz sas-sena 2025.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li s-servizzi li ser joffri ċ-ċentru ta’ l-Onkoloġija tal-Isptar Mater Dei jinkludu servizzi ta’ (i) radiotherapy (ii) chemotherapy (iii) haematology (iv) paediatric oncology u (v) palliative care. Ħafna minn dawn is-servizzi jingħataw fuq bażi ta’ in-patient kif wkoll ta’ out-patient.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata tappiera, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fi Vjal it-Torri, Gudja peress li saru rapporti imma ma kien hemm l-ebda żvilupp u minnha ħerġin numru ta' ġrieden?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li uffiċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kemm reġjonali kif ukoll mill-Pest Control Unit ma rċevewx ilmenti dwar it-triq indikata.
Saret spezzjoni fil-21 ta’ Lulju 2011 fit-triq indikata u speċifikament quddiem id-dar bl-indirizz numru 148, Vjal it-Torri, Gudja li għaliha tappartjeni din it-tappiera (kaxxa tal-ispezzjoni) fejn instab li għandha l-għatu difettuż u li minnha jistgħu joħorġu l-ġrieden mid-drenaġġ.
Din id-dar hija abbandunata, ġie kkonfermat minn xi ġirien, liema ġirien ma kinux jafu jgħidulna min hu s-sid u fejn nistgħu nikkuntattjawh b’indirizz jew numru tat-telefon biex nobbligawh jirranġa l-għatu tat-tappiera skont il-liġi.. Perss li s-sid għadu mhux magħruf ma jistgħux jittieħdu l-passi meħtieġa dwar l-għatu tal-kaxxa konċernata. Ser jibqgħu jsiru sforzi minn naħa ta' dan id-Direttorat sabiex jinstab is-sid.
Sa dan it-tant ħaddiema fi ħdan il-
Pest Control Unit
ta’ dan id-Direttorat għamlu trattament kontra l-ġrieden fid-drenaġġ pubbliku fil-qrib biex kemm jista jkun tittaffa l-allegata problema tal-ġrieden.
Saret ukoll korrespondenza mal-Kummissarju tal-Pulizjia dwar tali lment biex jekk jinħass li hemm periklu lill-persuni mixjin fuq il-bankina, minħabba d-difett fl-għatu ta’ din il-kaxxa tad-dreneġġ, jittieħdu il-miżuri neċessarji kif titlob il-Liġi.