Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol fuq it-tfassil ta' sillabi ġodda għall-iskejjel sekondarji fis-suggetti tal-Malti, Ingliz u Matematika? Kemm sillabi differenti se jitfasslu għas-settijiet differenti ta' studenti li se jkun hemm fl-ewwel sena fis-sekondarja fis-sena 2011-2012? X'xogħol qed isir fuq it-tfassil ta' sillabi ġodda għas-suġġetti l-oħra? X'se jsir biex studenti b'abiltajiet differenti jagħmlu l-istess sillabi fis-suġġetti tax-xjenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol fuq it-tliet suġġetti tal-Malti, Ingliż u l-Matematika qiegħed fi stadju avvanzat.
Minkejja l-fatt li hemm is-setting f’dawn is-suġġetti, is-sillabu huwa wieħed u ser ikun differenzjat biex jilħaq il-livelli differenti tal-istudenti.
Ix-xogħol għaddej fuq is-sillabi tas-suġġetti l-oħra b’ritmu sodisfaċenti.
Dwar ix-xjenza fil-Form 1 wieħed irid ifakkar li l-istudenti se jkunu fi gruppi żgħar u b’hekk ser jkollhom aktar attenzjoni mill-għalliema. Barra minn hekk is-sillabi kollha huma mfassla b’mod biex jilħqu lill-istudenti kollha.
Tista' l-Ministru tara li jkun hemm rikonsiderazzjoni tad-deċiżjoni li ttieħdet li tiġi rtirata l-assistenza lil tfal b'diżabilita' u b'diffikulta' li jitgħallmu fl-eżami tal-benchmarking li se jsir fl-aħħar ta' din is-sena skolastika fl-aħħar sena tal-primarja għax persuni li jaħdmu fl-oqsma tad-diżabilita' u anki esperti f'dan il-qasam tkellmu miegħi dwar kemm huma nkwetati li t-tfal se jispiccaw umiljati u ssirilhom il-ħsara meta jitpoġġew f'kundizzjoni fejn se tispikka d-diżabilita' jew diffikulta' li għandhom? Kif jista' jsir l-argument li qed jiġi mogħti 'level playing field' għal kulħadd meta mhux kulħadd jista' jgawdi minn dan il-level playing field minħabba l-kundizzjoni li għandu/għandha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tfal li għandhom nuqqas ta’ smiegħ jew nuqqas ta’ vista u diffikultà fit-tagħlim u li ġew assessjati mill-Specific Learning Difficulty Unit (SpLD) jew School Psychological Services (SPS) jew xi entità professjonali oħra u għandhom rapport li juri diffikultatjiet fit–tagħlim tista ssirilhom talba għal “Communicators” għat-tfal li għandhom nuqqas ta’ smiegħ, “Enlarged Print” għat-tfal li għandhom nuqqas ta’ vista u “Mutiplication Tables” u /jew “Reader in Mathematics” f’każ ta’ tfal li ġew assessjati u li instabu li għandhom livell ta’ qari anqas minn 8 snin. Tfal b’diżabilità li għandhom programm differenti u li huma taħt livell bażiku ta’ Year 3 jistgħu jiġu eżentati mill-eżami tal-benchmarking.
Tul dawn is-snin sar ħafna ħsieb fuq l-użu u l-benefiċċju tal-assistenza matul l-eżamijiet. Id-Direttorat hu konxju ħafna tal-bżonnijiet ta’ tfal bid-diffikulta biex jitgħallmu u b’hekk matul is-snin tal-primarja jingħataw LSAs u għajnuniet oħra fil-klassi waqt il-proċess tat-tagħlim. L-għan tal-
benchmark
hu li naraw mill-qrib fejn waslu dawn it-tfal permezz ta’ dan is-sapport kollu li jkunu ngħataw, x’jistgħu jagħmlu waħedhom u x’livell se jilħqu waħedhom u b’hekk ikollna dokumentazzjoni ċara tal-kisbiet tal-ħiliet individwali tat-tfal.
Id-deċiżjoni li t-tfal jagħmlu l-eżamijiet waħedhom hi ukoll bbażata fuq il-fatt li l-qari u l-kitba huma il-ħiliet li ser jiġu assessjati u għaldaqstant fil-lingwi ma jkunx qed iħalli
benchmark
validu jekk tingħata għajnuna fil-qari u l-kitba. Barra minnhekk hu mportanti ngħidu li fejn jidħol l-eżami tal-Matematika, li mhux eżami tal-qari, hemm il-possibilita’ li jingħata Reader biex b’hekk l-istudent ma jkollux diffikulta għall-aċċess tal-karta. Hekk ukoll isir fi studji internazzjonali bħal
PIRLS.
Kummissjoni Ewropea — Programmi edukattivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'nuqqasijiet amministrattivi ġew identifikati mill-Kummissjoni Ewropea fit-tmexxija tal-UEPA li la darba jissolvew, titneħħa għal kollox is-sospensjoni tal-fondi għall-programm edukattivi tal-Unjoni Ewropea lil pajjizna? Xi pjanijiet hemm biex dawn in-nuqqasijiet jiġu eliminati u meta hemm il-ħsieb li jiġu eliminati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’rapport li wasal il-ġimgħa l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea tat l-informazzjoni lill-Awtorità Nazzjonali u l-Aġenzija Nazzjonali dwar l-osservazzjonijiet tagħha dwar x’inhu meħtieġ biex jitkompla il-proċess li jwassal għat-tneħħija totali tas-sospensjoni tal-fondi għall-programmi edukattivi. Il-Kummissjoni Ewropea nnotat il-progress f’ħafna mill-osservazzjonijiet tant li fadal osservazzjoni waħda li hija deskritta bħala kritika. Huwa meħtieġ li l-proġetti bejn is-sena 2004 u 2006, li jkopru il-perjodu ta’ fondi preċedenti, jiġu mdaħħla fil-
management system.
L-Awtorita Nazzjonali u l-Aġenzija Nazzjonali se jkomplu fil-proċess sabiex jindirizzaw l-osservazzjonijiet kollha skont kif mitlub mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni qed tistenna wkoll li d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni għas-sena 2010 tintbagħat sal-aħħar t’April.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy fl-iskejjel tal-istat dwar studenti li ma jilħqux il-livelli mixtieqa fl-aħħar tas-sena? Ikollhom jirrepetu? Jitħallew jirrepetu jew hemm policy li kemm jista' jkun ħadd ma jirrepeti imma jibqa' għaddej anke jekk imbagħad itemm l-edukazzjoni obbligatorja mingħajr il-ħiliet meħtiega? Matul is-sena 2009-2010 kemm kien hemm tfal f'Malta u f'Għawdex li rrepetew xi klassi fil-livell primarju u fil-livell sekondarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-
policy
tal-iskejjel tal-Istat dwar jekk it-tfal għandhomx jitħallew jirrepetu jew le tittieħed fuq livell ta’ skola fuq l-opinjonijiet professjonali tal-edukaturi.
Matul is-sena 2009-2010 mill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex, Primarji u Sekondarji kien hemm 83 student li rrepetew xi klassi.
Tista' l-Ministru tgħid kif se jsir it-tqassim tal-34 appartament li se jingħataw għall-kiri fil-Furjana? Tista' tgħid jekk il-familja fil-Furjana li għandhom l-ogħla punti humiex se jingħataw preċedenza fit-tqassim ta' dawn l-appartamenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar se tqassam dawn l-appartamenti fuq bażi ta’ bżonn tal-applikanti u mhux fuq bażi ta’ fejn joqgħodu.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li se jkunu fuq il-panel tal-allokazzjoni għall-appartamenti li se jitqassmu fil-Furjana?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha Bord ta’ l-Allokazzjonijiet. Il-membri preżenti huma :- Dott. Albert Buttigieg, Ms Lorna Pavia, Ms Audrey Cull u Ms .Michelle Mallia.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy ta' prijorità fit-tqassim ta' appartamenti tal-kiri u kif din titħaddem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjonjiet ta’ postijiet bil-kera issiru skont il-mertu u skont l-esiġenza tal-każ però tingħata prijorità lill-applikanti fosthom li jinsabu
homeless
u f’istituzjonijiet, applikanti disabbli, applikanti li tilfu d-dar tagħhom minħabba diversi raġunijiet fosthom finanzjarji u applikanti li jinsabu jgħixu f’
overcrowding enviornment
ma’ ħaddieħor.
Tista' l-Ministru tippreżenta lista ta' referenza tal-ewwel 100 applikant li għandhom l-ogħla punti fil-waiting list ġenerali tal-akkomodazzjoni alternattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Furjana — waiting list għall-akkomodazzjoni alternattiva
Question
Tista' l-Ministru tippreżenta lista tan-numru ta' referenza tal-ewwel 100 appliant mill-waiting list ġenerali tal-akkomodazzjoni alternattiva li tefgħu rikjesta għal-lokalità tal-Furjana?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm żgħażagħ ma baqgħux jattendu għall-kors li daħlu għalih fl-Università ta' Malta f'Ottubru li għadda u issa li l-ewwel term spiċċa, dawn ma baqgħux jattendu dan il-kors? F'liema fakultà kienu bdew jattendu u liema kors kienu qed jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jerġgħu joħorġu l-korsijiet li jwasslu għal state registered nurse? Hemm il-ħsieb li jerġa' jibda jingħata l-kors li jwassal għal ċertifikat fin-nursing u li dawn kienu jiġu riferuti bħala enrolled nurse jew EN?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-korsijiet li jwasslu għal reġistrazzjoni bħala infermiera (
state registered nurse
) jiftħu kull Ottubru; il-korsijiet li jmiss jiftħu f'Ottubru tal-2011. L-applikazjonijiet huma miftuħin
online
s-sena kollha.
Ma hemm l-ebda ħsieb li jerġa' jingħata l-kors għaċ-ċertifikat fin-
nursing
li kien iwassal għal kwalifika ta'
enrolled nurse
.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — impjegati ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tagħha matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-grad tat-52 ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Università ta’ Malta f'Malta u l-ħamsa li jaħdmu mal-Università ta’ Malta f'Għawdex? Kemm minnhon huma lecturers? Kemm minn dawn huma full-time u kemm part-time? Liema korsijiet u liema suġġetti jkopri kull wieħed/waħda minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — full complement tal-istaff
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bżonn teachers u staff ieħor fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex ikun hemm il-full complement fl-istaff kollu? Tista' tghid f'liema kategoriji hemm in-nuqqas u meta se jkun hemm call for application ħalli dawn il-postijiet jiġu mimlija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — overtime
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallas f'overtime matul is-sena 2010, xahar b'xahar fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22674, tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex għas-sena 2010 għar-rigward ta’ benefiċċji kontributorji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali tal-1987 għal a) Pensjonijiet tal-invalidità; b) Pensjonijiet tal-irtirar; ċ) Bonus; d) Pensjonijiet tar-romol; u e) Pensjonijiet għal żmien qasir (short-term)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
PBS — Chairman u Bord tad-Diretturi - remunerazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar il-pakkett finanzjarju li għandhom iċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services Ltd? X'inhi r-remunerazzjoni li tingħata lill-membri tal-Bord Editorjali individwalment? Kemm għandha konsulenti l-Public Broadcasting Services? Min huma? X'tip ta' konsulenza jagħtu? Kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.