Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet — membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet hux kostitwit a tenur tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81? Jekk hu, min huma l-membri tiegħu u jekk dawn jirċevux xi forma ta’ ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet huwa kostitwit a tenur tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81.
Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid il-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet hux kostitwit skont l-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81? Jekk hu, jista’ jgħid min huma l-membri tiegħu, kemm-il każ kien hemm quddiem dan il-Bord, u jekk il-membri qed jirċevux xi ħlas għal ħidma tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-membri attwali tal-Bord offrew ir-ri¿enja tagħhom u ninsabu fil-proċess li jinħatar Bord ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex issir mill-ġdid Triq il-Kbira f'Birkirkara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiz. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, izda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjizna.
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess ¿mien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjizna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħazin, u t-triq indikata hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifrux fuq seba’ snin. Fl-istess waqt il-Kunsill Lokali għandhom ir-rizoris meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tisiwijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn zmien għal zmien.
Birkirkara, Ħal Lija, Ħal Balzan u l-Iklin — xogħlijiet - skeda
Question
Jista’ l-Ministru jagħti skeda ta’ xogħlijiet ta’ titjib u asfaltar fit-toroq ta’ Birkirkara, Ħal Lija, Ħal Balzan u l-Iklin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-lokalità ta’ Birkirkara diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Santwarju, Triq Mike Pulis, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq Tumas Fenech, Triq il-Ħerba, Triq l-Isqof Labini, Triq Anġlu Mallia, Triq Ċensu Costa, Triq Kan. Karmenu Pirotta, Triq Robert Farrugia Randon, Triq Ġorġ Borġ u Triq Sisla, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq in-Naxxar, Triq Papa Urbanus VIII u Triq Mons Alfred Mifsud.
Fil-lokalità ta’ Ħal Lija diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Ferdinand Grech, Triq Carlo Darmanin, Triq Ugo Mifsud, Triq Annibale Preca u fi triq ġdida fi Triq il-Mosta, bħalissa qegħdin isiru Triq R Barbaro, Triq Ħal Bordi, Triq Cottoner, Triq tal-Mirakli, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq is-Salvatur u Triq il-Kbira.
Fil-lokalità ta’ Ħal Balzan diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq it-Tabib J Zammit, Triq Sir Antonio Micallef, Triq il-Qarċilla, Triq l-Għerusija u Triq il-Wied, waqt li diġà hemm ippjanati biex fi¿-¿mien li ġej jibda x-xogħol fi Triq Balaguer u Triq Sigismondo Dimech.
Fil-lokalità tal-Iklin diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Prinjol, Triq il-Bruka, Triq Ħwawar u triq bla isem ħdejha, triq oħra bla isem ħdejn Triq Erin Seracino Inglott u Triq il-Wied, waqt li diġà hemm ippjanat biex jibda x-xogħol fi Triq Geromino Abos.
Tas-Sliema — bdil ta' railings mal-promenade bejn Fond Għadir u l-Waterpolo pitch
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu sostitwiti r-railings tal-promenade f’Tas-Sliema, bejn Fond Għadir u l-Waterpolo Pitch ta’ Tas-Sliema, li huma kollha sadid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
Billi tneħħa Bus Shelter li kien iffrekwentat minn għadd ta' residenti fi Triq Ineż Soler, Santa Luċija, jista' l-Ministru jagħti rendikont lil din il-Kamra bir-raġuni l-għala ttieħdet tali deċiżjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li nqalbet is-sistema tat-traffiku ġewwa Triq Inez Soler, Santa Luċija, il-bus stop “Tursin” ġie mwaħħal fuq in-naħa opposta tat-triq.
Il-bus shelter li oriġinarjament kien installat fuq dan il-bus stop se jkun qiegħed jiġi installat fil-pożizzjoni l-ġdida aktar 'il quddiem.
Billi nbidlu ċerti rotot ta' toroq f'Santa Luċija, jista' l-Ministru jagħti rendikont tat-tibdil illi sar u x'kienet ir-raġuni l-għala dan it-tibdil kien meħtieġ? Jista' jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti qabel ittieħdu dawn id-deċiżjonijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tibdil propost minn Infrastructure Malta u li kien jifforma parti mix-xogħlijiet li saru fl-underpass ta’ Santa Luċija kienu diskussi u approvati mit-Traffic Management Committee fi ħdan l-Awtorità.
Għal din il-laqgħa kienu preżenti uffiċjali minn Infrastructure Malta u l-Kunsill Lokali. Il-proċess ta’ konsultazzjoni mar-residenti jsir mill-Kunsill Lokali u mhux mill-Awtorità.
Ħal Balzan — Triq il-Kannizzata u Triq il-Kbira - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-natura tax-xogħlijiet li saru fi Triq il-Kannizzata u Triq il-Kbira Ħal Balzan u r-raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet baqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu? Jista' jgħid jekk il-Kunsill ta’ Ħal Balzan u r-residenti ta’ dawn it-toroq kinux infurmati b’dawn ix-xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorr. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.
Żurrieq – Triq San Mikiel, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kbira, Triq Pietru Pawl Saydon u Triq Santa Katerina – water catchment u management
Question
Jista' l-Ministru jinforma hemmx ħsieb ta' proġett ta' water catchment u management fiż-żoni ta' Triq San Mikiel, Misraħ ir-Repubblika, Triq il-Kbira, Triq Pietru Pawl Saydon u Triq Santa Katerina fiż-Żurrieq? F'każ li iva, jista' jagħti indikazzjoni ta' meta ser jibda dan il-proġett, id-deskrizzjoni tax-xogħlijiet u d-durazzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titkompla l-parti ta’ fuq ta’ Triq Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk li tiġi quddiem it-Tempju ta’ Ġuno, minħabba li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 536. Ix-xogħlijiet fit-triq indikata se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qegħdin jiġu nfurzati l-micromobility regulations fil-każijiet ta’ e-scooters li jkunu pparkjati kontra l-liġi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huma l-Pulizija u l-uffiċjali tal-LESA li għandhom il-poteri biex jinfurzaw ir-regolamenti msemmija. L-uffiċjali tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta, għalkemm ma għandhomx it-tali poteri, jimmoniteraw u jwissu fuq kull irregolarita’ ta’ traffiku inkluz fuq parkeġġ illegali tal- E-scooters
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi (ta’ kull kategorija) reġistrati hawn Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil-Onor Interpellant li l-ammont ta’ vetturi liċenzjati sal-aħħar ta’ Marzu 2022 huwa ta 414,669 kif spegat hawn taħt:
Agrikoli
Coaches u buses privati
Minibuses
Route Buses
Muturi
E-Kick Scooters
Quad Bikes
Karozzi tal-passiġġieri
Kummerċjali
Total
2,443
342
1,554
450
36,996
851
1,310
313,690
57,033
414,669
Peress li hawn ħafna traffic lights, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux kull traffic light għandha camera fuqha? Jekk iva, kemm hawn madwar Malta u kemm Għawdex? Jekk mhux kullimkien, fejn huma dawn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mhux kull traffic light għandha camera fuqha. Però f’ċertu postijiet hemm cameras viċin ta’ traffic lights għal raġunijiet ta’ traffic management
Billi kien hemm il-pjan illi terġa’ toħroġ tender għal car park fl-inħawi ta’ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, u billi wara diversi snin din it-tender għadha ma ħarġitx, jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta hemm il-ħsieb li toħroġ din it-tender? Fl-eventwalità li kien hemm ripensament u dan il-proġett ġie skartat, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jaħseb li x-xogħol tal-mini ta’ Għajn Dwieli se jitlesta? Jista’ jgħid jekk ix-xelters (daħliet) li hemm f’din iż-żona, li fil-passat servew bħala latrini pubbliċi, hux se jintużaw għal xi ħaġa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Infrastructure Malta qed tinvesti €2.2 miljun biex tirrestawra l-Mina ta’ Għajn Dwieli li nbniet 120 sena ilu, waħda mid-daħliet ewlenin għall-ibliet ta’ Bormla, l-Isla u l-Birgu. Din il-mina testendi 110 metri taħt il-Bastjun ta’ San Pawl, biex tgħaqqad Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid ma’ Triq it-Tlett Ibliet, f’Bormla. Ir-Royal Navy bniet il-mina u t-toroq li jwasslu għaliha fl-1900 meta mmodifikaw is-swar tal-Cottonera Lines f’din iz-zona biex jakkomodaw zewġ baċiri ġodda (Baċir Numru 4 u Baċir Numru 5) għat-tarzna navali fil-viċin.
L-aġenzija qed tirrestawra l-istruttura tal-Mina ta’ Għajn Dwieli, iz-zewġ daħliet tagħha, kif ukoll ix-xaft ta’ ventilazzjoni kbir li hemm f’nofsha. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu t-tindif tal-ħitan u s-saqaf tal-mina min-nugrufun li kien ilu jinġemgħa għexieren ta’ snin u t-tikħil tal-ġebel tal-franka b’materjali li jippermettu lill-ġebla tieħu n-nifs filwaqt li jnaqqsu l-influss tal-ilma li jnixxi b’mod naturali minn ġol-blat li hemm fuq l-istess mina. Qed tiġi mtejba anke s-sistema tal-ispralli u katusi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita.
Ix-xogħlijiet jinkludu ukoll l-installazzjoni ta’ sistema adekwata ta’ dwal bħal dawk li Infrastructure Malta għamlet fl-erba’ strutturi tal-mini prinċipali li għandna fis-sistema tat-toroq arterjali f’pajjizna, f’Ta’ Giorni, Tal-Qroqq, Santa Venera u Ħal Kirkop. Fil-Mina ta’ Għajn Dwieli se tintroduċi ukoll sistemi ta’ sigurezza u għal kontra n-nirien, bħalma huma fire hydrants, dawl li jimmarka d-direzzjoni tal-ħruġ waqt evakwazzjon kif ukoll tagħmir minn fejn iċċempel għall-għajnuna f’ka¿ t’emerġenza. Il-mina se jkollha wkoll cameras ta’ sorveljanza ġodda għall-immaniġġjar tat-traffiku u tabelli tat-traffiku elettroniċi.
Infrastructure Malta kkonsultat lis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, biex tizgura li l-karatteristiċi storiċi tal-mina u l-istrutturi tas-swar madwarha jiġu mħarsa kif jixraq. Filwaqt li b’konsultazzjoni mal-istess Sovrintendenza uħud mid-daħliet ma ġewx inkluzi f’dan il-proġett, in-niċċa fil-blat li hemm ġewwa l-mina u li r-residenti ta’ Bormla kienu juzawha għall-quddies matul it-Tieni Gwerra Dinjija ser titnaddaf u tiġi priservata. Fil-ġimgħat li ġejjin għandhom jitlestew ix-xogħlijiet taħt l-art u l-bankini fil-mina u fit-toroq li jagħtu għaliha sabiex il-kisi bl-asfalt ikun lest sal-aħħar ta’ Lulju, biex imbagħad jibdew ix-xogħlijiet finali fosthom id-dwal u installazzjoni ta’ sistemi oħrajn. Il-proġett huwa ppjanat li jitlesta sal-aħħar t’Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx programmat li Triq Wiġi Rosato f’Bormla tinqala' u ssir mill-ġdid b’wiċċ ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Bormla, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Alessandra, Triq San Ġorġ, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq l-Iljun, Triq l-Oratorju, Triq il-Polverista, Triq Santa Margerita, Triq il-Gendus u Triq ir-Regatta.
Bħalissa qed issir Triq Santa Margerita u diġà hemm ippjanat biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq San Franġisk u Triq Wiġi Rosato.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 14-il ħaddiem bħala position of trust u 5 bħala persons of trust.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.