Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4948 tal-istess Seduta.

Għawdex — Ħondoq ir-Rummien – reverse osmosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex isir impjant ta' reverse osmosis fil-bajja ta' Ħondoq ir-Rummien? Jista' jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni u x’inhi l-pożizzjoni tal-case officer fuq l-istess applikazzjoni? Intalab li jsir EIA fuq din l-applikazzjoni?

Response (BORG, IAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar waslet quddiemha applikazzjoni għall-screening datata 23/03/2017 bin-numbru PA 00937/17 li tipproponi “Reactivation of use of building for desalination purposes. Restoration of the building envelope and changing cladding of the roofing system and main doors. Internal alterations within the building to include for a sea water reservoir, potable water reservoir and rainwater cistern, and workshop space and stores for equipment related to the plant. Use of existing office space as a training and experimental area and for exhibitions on related subjects. The reactivation for an existing pipeline to serve as a sea water overflow from wells and sea water reservoir. The boring of rock below the seabed for the laying of a pipeline below seabed for brine reject.” L-Awtorità ħarget ‘screening letter’ datata 17/04/2017 li talbet lill-applikant jipprovdi fost informazzjoni oħra, l-istudji rikjesti mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Risorsi (ERA). Skont l-ERA, il-proġett ma jikkwalifikax għall-EIA (Environmental Impact Assessment). Però minħabba li s-sit huwa maġenb “Marine Protected Area”, intalab Appropriate Assessment skont artiklu 19 ta’ S.L.549.44. Bħalissa, l-Awtorità tal-Ippjanar qegħdha fl-istadju li tistenna lill-applikant jipprovdi l-informazzjoni mitluba fl-i’screening letter’, sabiex tkun tista’ tivvalida u tibda tipproċessa l-applikazzjoni.

Mosta – Triq il-Kbira

Question

Fi Triq il-Kbira, fil-Mosta, fid-direzzjoni lejn l-Imġarr, qed issir kostruzzjoni u l-kuntrattur mhux talli żgombra l-bankina, imma wkoll ħa biċċa mit-triq. Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur għandux permess jagħmel dan? Ta' min jinnota li biex persuna tgħaddi mit-triq bil-mixi, trid toħroġ fit-triq, liema triq jgħaddi minnha ħafna traffiku, u tissogra tintlaqat minn xi vettura.

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir kordinament bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini sabiex l-iżviluppatur ikun jista’ joħloq bankina li ma tostakolax li jgħaddu vetturi kbar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fit-tabella hawn taħt. Dipartiment / Entità / Agenzija: Marzu 2013 - Diċembru 2013 € Jannar - Diċembru 2014 € Jannar - Diċembru 2015 € Jannar - Diċembru 2016 € Jannar - Diċembru 2017 € Jannar - Marzu 2018 € Transport Malta €149,516.00 €55,938.00 €13,064.30 Planning Authority €31,487.44 €170,274.00 €170,274.00 €57,206.90 €99,525.86 €26,438.40 Lands Authority NIL €36,040.00 NIL NIL €1,500.00 NIL Land Registry Joint Office BICC - - - €13,216.00 - - BRO Property Malta MTIP €45.50 €0.00 €0.00 €0.00 €999.98 €0.00

Postijiet ta’ żbark ta’ merkanzija u portijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kontrolli qed isiru f'postijiet ta' żbark ta' merkanzija u l-portijiet biex jiġi assigurat level playing field u kompetizzjoni ġusta partikolarment f'dak li qiegħed jiġi impurtat bil-baħar f'pajjiżna?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi.

Planning Authority – teħid ta’ parti tal-by-pass tal-Mellieħa

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5177 u għan-numru tal-permess PC46/13 li ngħata mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex l-iżviluppatur jieħu parti mill-by-pass tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid: a) peress li l-permess joħroġ subject to third party rights , jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-gvern ma oġġezzjonax? b) Taħt liema ftehim u b’liema mod din is- service road spiċċat tinbena mill-privat? Jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5153 fis-Seduta 103.

Il-Fgura – Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3250, jista’ l-Ministru jara li r-residenti ta' Triq l-Għarnuq fil-Fgura jingħataw il-livelli ta' kif ser tkun mibnija t-triq jew gwidati kif jakkwistaw dawn il-livelli, sabiex ikunu f'pożizzjoni li jinstallaw il-biben tad-djar u l-garaxxijiet tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk l-imsemmija triq tkun għadha qatt ma ġiet asfaltata tista’ ssir talba mill-Kunsill Lokali lill- Land Survey Unit ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar biex isiru l-livelli mill-ġdid.

Forti Campbell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-Forti Campbell? Jista’ jgħid jekk qattx sar xi tip ta’ assessjar, u jekk qatt ma sar, allura jista’ jikkunsidra li jsir, mill-awtoritajiet konċernati sabiex jaraw liema strutturi m’għadx għandhom valur storiku jew arkitettoniku minħabba l-kundizzjoni strutturali li jinsabu fiha? Jekk hemm strutturi li jirriżulta li huma perikolużi, jista’ jara li jitneħħew minħabba l-periklu għal dawk li jżuru dan il-post u biex iż-żona tiġi rriġenerata? Jekk hemm xi rapporti f’dan ir-rigward, nitlob lill-Ministru sabiex ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet flimkien mal-Gvern hija konxja b’siti bħal dak imsemmi fil-mistoqsija parlamentari, li għandhom mhux biss valur storiku iżda potenzjal ekonomiku importanti u għaldaqstant minn żmien għal ieħor jittieħdu dawk id-deċizjonijiet meħtiega sabiex niżguraw li l-assi tal-poplu jingħataw l-attenzjoni meħtiega u l-użu ideali.

Trasport Pubbliku – titjib fis-servizz tar-Rotta 82

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux se jkunu qed jittieħdu passi biex is-servizz tat-trasport pubbliku tar-rotta 82 jitjieb?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tanalizza d-domanda fuq ir-rotot tas-servizz tat-trasport pubbliku f’Birzebbuġia u dan sabiex tara x’inhuma il-ħtiġijiet ta’ din il-lokalità. Tajjeb wieħed jinnota li aktar u aktar persuni qegħdin jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku fejn is-sena ‘l oħra ġie rreġistrat li kien hemm 48 miljun passiġġier li għamel użu minn dan is-servizz, żieda ta’ ftit iżjed minn 11% fuq is-sena preċedenti. Din ix-xejra ta’ żieda fil-passiġġiera tidher li qiegħda tkompli din is-sena ukoll fejn fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena in-numru ta’ passiġġiera żdiedu b’għaxra fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li ħa jkun hemm titjib fuq ir-rotta prinċipali bejn Birzebbuġia u l-Belt Valletta fil-futur qarib.

Awtorità tal-Artijiet – ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5088 kif ġiet mistoqsija, u minflok ma jagħti kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-Awtorità tal-Artijiet, jgħid kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda mal-Awtorità tal-Artijiet minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jgħid għal kull wieħed f’liema lokalità hu residenti?

Response (BORG, IAN)

Minn Ġunju 2017, daħlu 132 ħaddiema ġodda fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet (8 minn dawn ġew detailed minn dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern). L-Awtorità tal-Artijiet ġiet stabbilita bil-għan li tiżgura l-aħjar użu tal-art kollha tal-Gvern, filwaqt li ssaħħaħ it-trasparenza u r-responsabilitajiet biex ittejjeb ir-riżorsi kollha tal-art u tal-proprjetà għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna. Dan permezz ta' użu komprensiv u sostenibbli tal-art u tal-proprjetà. L-Awtorità hi fid-dmir li tipprovdi sistema ta' ġestjoni tal-art effettiva u affidabbli, inkluż il-ħruġ ta' titli tal-art u demarkazzjoni ġeo-spazjali tal-art. It-tranżizzjoni minn dipartiment tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern (GPD), għal entità indipendenti ġdida kienet waħda ta’ sfida. L-ewwel sfida għall-management il-ġdid kien li jerġa' jikseb il-fiduċja u s-sens ta' orgolju fil-ħaddiema li kienu jagħmlu parti mill-GPD. In-nuqqas ta' riżorsi, umani u oħrajn, kien evidenti u jinħass minn kulħadd. Saret reviżjoni u analiżi tal-istruttura tal-organizazzjoni u ġiet stabbilita struttura ġdida biex tiġi implimentata. Riżultat ta’ dan, ġew imwaqqfa erba’ direttorati ġodda flimkien ma’ Direttorat għall-Verifika Interna u Investigazzjonijiet, li huwa stabbilit mill-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet, u l-Uffiċċju Konġunt. Fl-2017, l-Awtorità nediet sistema ġdida ta' applikazzjoni onlajn biex tipproċessa applikazzjonijiet ġodda filwaqt li fl-istess ħin numru ta’ uffiċjali ġew skjerati biex jindirizzaw ix-xogħol pendenti akkumulat fuq għadd ta' snin. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, ġew proċessati madwar 2,000 applikazzjoni li l-maġġoranza tagħhom għaddew għall-iskrutinju tal-Bord tal-Awtorità. Fl-2017, l-Awtorità rċeviet aktar minn 400 applikazzjoni onlajn. Sabiex timmaniġġa dawn l-applikazzjonijiet ġew maħtura case officers bl-intenzjoni li dawn jiżdiedu fin-numru sabiex ilaħħqu aktar mad-domanda li dejjem tiżdied. Dan peress li issa huwa iktar faċli li wieħed jikkomunika mal-Awtorità u li l-applikazzjonijiet qed jiġu mmaniġġati b'mod aktar effiċjenti. Il-maniġment ħa nota wkoll tan-numru ta' lmenti li jirċievi u għal dan il-għan żied in-numru ta' uffiċjali ta’ infurzar fi ħdan it-tim. Għalkemm ħafna mill-uffiċjali ngħaqqdu fl-aħħar parti tas-sena, dan fisser li n-numru ta' azzjonijiet meħuda żdied sostanzjalment u qed ikomplu jiżdiedu. L-Awtorità qed tikkollabora wkoll ma' entitajiet oħra biex twettaq l-operazzjonijiet tagħha biex tiżgura li ż-żjarat fis-siti jkopru l-aspetti kollha tal-proċeduri ta' infurzar. L-Awtorità ħadet ħsieb ukoll li ssaħħaħ id-dipartiment tal-Customer Care billi żieded uffiċjali oħra biex jindirizzaw in-numru ta’ nies li jżuru dawn l-uffiċini kif ukoll dawk li jikkomunikaw permezz tat-telefon, l-email u fuq il-web u l-midja soċjali. Ta’ min isemmi li dan in-numru qiegħed dejjem jikber u matul is-sena li għaddiet ġew indirizzati aktar minn 16,800 każ individwali. F’konformità mal-miżuri tal-Gvern biex issir simplifikażżjoni tal-proċessi fi ħdan l-istrutturi u titnaqqas il-burokrazija, l-Awrotità tal-Artijiet bdiet proġett ġdid ta’ scanning ta’ dokumenti sabiex dawn jiġu diġitalizzati. Hemm aktar minn 250,000 file li jammontaw għal aktar minn 25 miljun document li diġà bdew jiġu analizzati u proċessati flimkien ma’ files u dokumenti ġodda li qed jiġu ġġenerati. L-Awtorità daħlet fi ftehim ma' MaltaPost biex twettaq parti minn dan il-proċess u l-bqija se jsir internament bl-użu tal-persunal tal-Awtorità.

Il-Mosta – Triq il-Qares — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmak Triq il-Qares fil-Mosta peress li din it-triq qatt ma sarilha wiċċ bit-tarmak?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħlijiet se jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Mosta – Triq ta’ Vnezja — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmak Triq Ta’ Vnezja fil-Mosta peress li din it-triq qatt ma sarilha wiċċ bit-tarmak?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħlijiet se jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Mosta – Triq in-Naġġar — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmak Triq in-Naġġar fil-Mosta peress li din it-triq qatt ma sarilha wiċċ bit-tarmak?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħlijiet se jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Mosta – Triq il-Bennej — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmak Triq il-Bennej fil-Mosta peress li din it-triq qatt ma sarilha wiċċ bit-tarmak?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħlijiet se jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Għawdex – barrieri tal-qawwi bil-permessi meħtieġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm barrieri tal-qawwi bil-permessi kollha meħtieġa, ġewwa Għawdex u jindika wkoll il-post u l-indirizz ta’ fejn dawn jinsabu? Jista' jgħid kemm minn dawn fil-preżent għandhom il-liċenzja biex jużaw il-ġelatina biex ikissru l-blat?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5239, L-Awtorità tal-Ippjanar approvat ħamsa u għoxrin applikazzjoni relatati ma’ barrieri fil-gżira ta’ Għawdex. Lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, tinsab hawn taħt. L-Awtorità tal-Ippjanar m’għandiex informazzjoni relatata ma’ liċenzji ta’ barrieri jew tal-użu ta’ ġelatina fl-istess barrieri. PA No. Proposal L.C. Location PA/03309/93 To sanction extension of hardstone quarry and to use the disused quarry as an inert landfill site. Nadur Site in, Triq Il-Qortin, Nadur PA/00208/94 To sanction the extension in area and depth of existing quarry and rehabilitate same for agricultural use. San Lawrenz Site at Ta' Xrajjah, San Lawrenz Gozo PA/02221/95 Extension of soft stone quarry San Lawrenz Site At Tal-Ponta, Tal-Ponta, San Lawrenz, Gozo PA/08435/94 To operate a soft stone quarry Gharb site at Ix-Xghira, Gharb Gozo, PA/02134/95 To shift agregate crushing plant from Triq il-Qortin, to hardstonequarry at Il-Qortin Isopo Nadur. Nadur Site at Triq il-Qortin Isopo, Nadur Gozo, PA/00602/96 Extension of disused soft-stone quarry. San Lawrenz Site at Ta' Slima, L/O San Lawrenz, Gozo PA/02502/96 To rehabilitate existing quarry. Gharb Site at Tal-Ksajjem, l/o Gharb, Gozo PA/07412/97 Hard stone quarry. Qala Site at Ta' Klement, Qala, Gozo PA/02567/98 To sanction extension of soft-stone quarry no. 6 and proposed extension. San Lawrenz Site at Ta' Wied Merell, San Lawrenz, Gozo. PA/05618/98 To operate soft stone quarry Gharb Site at Ix-Xghira, Gharb, Gozo PA/06894/98 To extend hard stone quarry. Qala Site at, Ta' Klement, Qala' PA/02009/99 To erect an extension of soft stone quarry. San Lawrenz Site at, Tal-Ponta, San Lawrenz PA/04727/99 To sanction quarrying outside the permitted boundaries, to extend the permitted quarry boundary, to sanction over-excavated depths, to extend the existing quarry depth and to sanction and improve existing structures and facilities. Qala Hardstone Quarry No 10, Ghar id-Dar L/O, Qala PA/05329/99 Renewal - Hard Stone Quarry - To extract and crush corolline rock. Qala Site at, Ta' Klement, Qala' PA/02258/00 Renewal - Extension of disused soft-stone quarry. San Lawrenz Site at, Ta' Slima, San Lawrenz PA/00564/01 To extend existing soft stone quarry. San Lawrenz Site at, Ta' Slima, San Lawrenz PA/01177/02 Renewal of existing soft-stone quarry. San Lawrenz Site at, Tal-Ponta, San Lawrenz PA/01517/02 To sanction extension to existing quarry SG2 Tal-Ponta San Lawrenz Site at, Tal-Ponta, San Lawrenz PA/01265/03 Renewal - Hard Stone Quarry - HG12 -To extract and crush caroline rock. Qala Site at, Ta' Klement, Qala' PA/03009/03 To re-instate disused quarry, relocate existing rural room and to construct a reservoir. Kercem Site at, Triq Ghar Ilma, Kercem, Gozo PA/03105/05 Renewal - Hard Stone Quarry - To extract and crush coralline rock. Qala Site at, Ta' Klement, Qala' PA/04302/08 Renewal of permission PA5618/98 - To operate soft stone quarry. Gharb Site at, Ix-Xghira,, Gharb PA/04811/10 Renewal of permission PA3105/05: Hard stone quarry - To extract and crush coralline rock. Qala Hard Stone Quarry HG 12, Ta' Klement, Qala, Gozo PA/03534/13 Renewal of permission PA 6894/98 -to extend hard stone quarry Qala Hard Stone Quarry HG 12, Ta' Klement, Qala, Gozo PA/02589/17 Construction of meter room for electricity supply to soft stone quarry approved in PA 5618/98; drilling of duct using horizontal directional drilling for electricity supply to meter room from existing Enemalta substation. Gharb Site at, Ix-Xghira, Triq Ta' Wied Il-Mielah, Gharb, Gozo

Għawdex – proġetti ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex u f’liema sena mill-fond ta' Operational Programme I European Structures and Investments Funds 2014-2020?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru responsabbli mill-Fondi imsemmija. Madankollu, filwaqt li l-Ministeru ta’ Għawdex għadu kif ħabbar diversi proġetti ta’ toroq f’Għawdex minn fondi ohra, meta titwaqqaf l-aġenzija Infrastructure Malta fil-ġimghat li ġejjin, din ukoll ser talloka fondi għal xogħol ta’titjib f’diversi toroq f’Għawdex, bħala parti mill-impenn tal-Gvern li jinvesti mas €700 miljun għal qabza l‘fuq fil-kwalita’ tal-infrastuttura tat-toroq f’pajjiżna. Aktar dettalji dwar il-ħidma ta’ Infrastructure Malta jingħataw dalwaqt.

Bypass tal-Imrieħel – lifts fil-pedestrian footbridge

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-data definittiva meta ser jiġu nstallati u jibdew jitħaddmu l-lifts li suppost diġà jinsabu nstallati fil-pedestrian footbridge li tinsab fil-bypass tal-Imrieħel ġaladarba jirriżulta li dawn l-istess lifts ma ġewx installati sal-aħħar ta' Frar 2018 kif kien stqarr il-Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 2966 ta' nhar il-31 ta' Jannar 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-apparat imsemmi, ġie manifatturat barra l-pajjiż u nġieb Malta diġa. Ninsab infurmat li l-kuntrattur responsabbli minn dan il-proġett għandu jinstalla l-apparat sabiex dawn il-lifts jibdew joperaw mill-aktar fis. Nirrimarka wkoll li Transport Malta ilha tinsisti ma’ l-kuntrattur biex dan ix-xogħol jitwettaq fil-ħin, tant li l-Awtorita’ ħadet ukoll il-passi kollha legali biex tobbliga lill-kuntrattur jaqdi l-obbligi tiegħu skont dak stipulat fil-kuntratt. Transport Malta tinsab diżappuntata f’isem in-nies kollha tal-mod kif il-kuntrattur ma qediex dmiru fiż-żmien stipulat.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fit-tabella t'hawn taħt. Dipartiment / Entità / Aġenzija Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq billboard advertising - Total € Marzu 2013 - Diċembru 2013 Jannar - Diċembru 2014 Jannar - Diċembru 2015 Jannar -Diċembru 2016 Jannar - Diċembru 2017 Jannar - Marzu 2018 Transport Malta NIL Planning Authority 20414 2006 11564 3304 3540 Lands Authority NIL Land Registry NIL Joint Office NIL BICC NIL BRO NIL Property Malta NIL MTIP 507.4 295 212.4 24/04/2018

Ta’ Xbiex – walter culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru water culverts matul il-bankina tal-ġnien, in-naħa ta’ Ta’ Xbiex, peress li meta tagħmel ħafna xita qed ikun hemm il-flooding?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta identifikat soluzzjonijiet sabiex jittaffew id-diffikultajiet imsemmija. Ix-xogħol infrastrutturali sabiex dawn is-soluzzjonijiet jitwettqu ser jibdew mill-aktar fis.

Transport Malta – periti impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm periti impjegati ma' Transport Malta, sena b'sena u dipartiment/entità b'dipartiment/entità, mil-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif indikata fit-tabella sussegwenti:- SENA NUMRU TA' PERITI LI KIENU IMPJEGATI TA’ TRANSPORT MALTA DIRETTORAT 2012 31 29 Roads and Infrastructure / 2 Traffic Management & Road Safety 2013 31 29 Roads and Infrastructure / 2 Traffic Management & Road Safety 2014 29 27 Roads and Infrastructure / 2 Traffic Management & Road Safety 2015 29 27 Roads and Infrastructure / 2 Traffic Management & Road Safety 2016 32 30 Roads and Infrastructure / 2 Traffic Management & Road Safety 2017 32 30 Roads and Infrastructure / 2 Traffic Management & Road Safety 2018 27 20 Roads and Infrastructure / 2 Traffic Management & Road Safety / 4 Senior Operating Officer Office / 1 Enforcement