Legislature:
Category:
Reset
Active:

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema bordijiet qed jirreferi għax mhux ċar mill-mistqosija tiegħu.

Ċimiterji tal-Addolorata, Ta’ Braxia u tat-Torok – oqbra vojta

Question

Jista' id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm oqbra vojta fiċ-Ċimiterji tal-Addolorata, Ta' Braxia u tat-Torok?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiċ-ċimiterju Santa Marija Addolorata bħalissa hemm 98 qabar vojt tal-komun u 649 fl-estenzjoni l-ġdida. Fiċ-ċimiterju ta’ Ta’ Braxia, m’hemmx oqbra vojta pero f’eventwalita’ li ssir talba għal difna fil-komun f’dan iċ-ċimiterju titħaffer ħofra f’dan il-plot u ssir id-difna bit-tebut f’dan il-plot u tiġi numerata. Filwaqt li ċ-Ċimiterju tat-Torok mhux ċimiterju amministrat mill-Gvern u għaldaqstant ma tistax tingħata din l-informazzjoni

Ċimiterju tal-Addolorata – Dfin ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministsru għas-Saħħa jgħid kemm hemm barranin midfunin fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta ssir talba għal-dfin, ma ssir l-ebda distinzjoni jekk min ser jindifen hux barrani jew le u għaldaqstant ma tin¿ammx statistika f’dan ir-rigward.

Sptar Mater Dei – lista ta’ stennija għall-hip u knee replacement

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list għall-hip replacement u knee replacement?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninfoma lill-Onorevoli. Interpellant illi sal -25 ta’ Mejju pazjenti li qed jistennew għall-hip replacement iktar miz-zmien stipulat fil-Patient Charter huma 137, filwaqt li ghal knee replacement huma 744,. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.

CPCM – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti u li qed jistennew li jiġu pproċessati mill-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina (CPCM)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm madwar 226 applikazzjoni pendenti li qed jistennew li jiġu pproċessati mill-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Servizzi tal-MRI

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemmx is-servizz tal-MRI? Jekk le, jista' jgħid għaliex dan ma jingħatax fl-Isptar ta' Għawdex? Jista' jgħid min suppost jagħmel dan l-investiment hux il-Gvern jew il-kumpanija Steward? Jista' jgħid ukoll sa meta hu maħsub li jkun introdott l-MRI ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Ġenerali t’Ghawdex qatt ma kien hemm servizz ta’ MRI. L-intenzjoni tal-Gvern hi li fi¿-¿mien li ġej il-pazjenti Għawdxin ikunu moqdija b’MRI f’Għawdex stess.

Berġa ta' Ħad-Dingli — printers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fil-Berġa ta’ Ħad-Dingli lanqas hemm printer biex l-ispeech language pathologists ikunu jistgħu jipprintjaw rapporti relatati mal-pazjenti tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika diġitali tal-Gvern hi illi fejn jista’ jkun immorru fid-direzzjoni ta’ paperless.

Sptar Mater Dei — viżti lill-pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta ser jibda jkun possibbli li familjari (aktar minn persuna waħda) ikunu jistgħu jżuru persuna rikoverata fl-isptar flimkien, issa li d-Deputat Prim Ministru qed jgħid li l-pajjiż ġie lura għan-normal wara l-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-Tnejn 23 ta’ Mejju ta’ din is-sena, il-visiting hours tal-isptar Mater Dei reġgħu ġew lura għan-normal, mit-Tnejn sal-Ħadd mill-mill-11.30am sas-1.00pm u mit-3.00pm sat-8pm.

Kliniċi tal-Kura Primarja — pazjenti li waqgħu minn fuq couches

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat seħħewx xi inċidenti fi kliniċi ġodda ta’ fiżjoterapija fil-Kura Primarja fejn pazjenti waqgħu minn fuq couches ġodda? Saret inkjesta dwar x’wassal għal dan u jekk hux minnu li d-disinn tal-couches mixtrija kienx ta’ standard skont il-health and safety protocols?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-multidisciplinary couches inxtraw fuq l-ispecifications li kienu maħruġa mill-esperti tekniċi tat-Taqsima tal-Biomedical ta’ Mater Dei, u kollha huma iċċertifikati u commissioned qabel ma ġew imqassma.

IVF — ħlas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jeżistix ħlas għas-servizz tal-IVF?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi kollha li huma offruti mill-Art Clinic f’Mater Dei huma mingħajr ħlas.

Sptar Monte Karmeli — residenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti permanenti fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ pazjenti li ilhom fl-isptar Monte Karmeli aktar minn 6 xhur huwa 63.

Proċess ta’ ingaġġ ta’ Health Carers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-proċess ta' ingaġġ ta' Health Carers, li l-interviews tagħhom saru f'Jannar li għadda, ġiex konkluż? Jekk iva, jista' jgħid kemm intgħażlu u f'liema entità tas-saħħa qegħdin jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onerevoli Interpellant tispeċifika għall liema sejħa qed tirreferi, peres li l-Ministeru għas-Saħħa ma ħareġ l-ebda sejħa għall ingaġġ ta’ Health Carers riċenti.

Mediċini Ertresto u GLP-receptor analogues

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu fis-sistema tal-formolarju tal-mediċini b’xejn il-mediċina Entresto (għal dawk li jbatu minn kundizzjoni ta’ heart failure) kif ukoll il-mediċini GLP-receptor analogues (għall-persuni bil-kundizzjoni tad-Dijabete Type 1) peress li jekk persuna pensjonanta għandha ż-żewġ kundizzjonijiet u trid tixtri dawn il-mediċini kull xahar, in-nefqa għalihom tqarreb lejn l-€400?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern dejjem ifittex illi jespandi l-formolarju tiegħu biex jinkludi mediċini ġodda skond il-pariri ta’ kumitat tekniku.

Sptar Mount Carmel – MW2 – xogħol

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu ntefqu flus biex sar ix-xogħol fis-sala numru 2 tal-irġiel fl-Isptar Mount Carmel (MW2)? Huwa minnu li s-saqaf instab li kien ikkundannat wara li kien sar ix-xogħol u ntefqu l-flus?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej xogħol estensiv ta rinovar fl-isptar Monte Karmeli. Fil-fatt diġa gew renovati u infetħu numru ta swali. Ix-xogħol fuq is-sala MW2 għadu għaddej.

CPCM – ħatra ta’ Reġistratur

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta ser jinħatar Reġistratur fi ħdan il-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina (CPCM), post li ilu vakanti sa minn Settembru 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peres li l-kariga ta’ reġistratur ma kinitx imtliet permezz ta’ diversi sejħiet pubbliċi, gie maħtur aġent reġistratur għall-kunsill tal-professjonijiet kumplimentari għall-Mediċina fil-21 ta’ Diċembru 2021. Ninfuramħ ukoll illi ħarġet sejħa oħra fil-Gazzetta tal-Gvern fit-8 ta’ April ta’ din is-sena u li l-intervisti lill-applikanti eliġibbli se jsiru fit-2 ta' Ġunju 2022.

Sptar Mater Dei — Outpatients block

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 455, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jinfetaħ l-outpatients block ġdid f'Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol preparatorju fuq il-proġett massiv tal-outpatients block huwa avvanzat tant illi bħalissa qed jigi preparat it-tender document b’diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-kuntratti.

Trasferiment ta' infermiera minn Sptar Mater Dei għal Kura Primarja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 451, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li ma sarux trasferimenti oħrajn ta' infermiera mill-iSptar Mater Dei lejn il-Kura Primarja fis-snin 2021 u 2022 apparti x-xhur ta' Lulju, Settembru u Ottubru 2021 u Jannar 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 451.

Infermiera li rriżenjaw

Question

B'referenza gaħt-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 450, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irreżenjaw infermiera sena b'sena mill-2017 sal-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 450

San Ġwann – Berġa — ftuħ

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti indikazzjoni meta l-Berġa ta’ San Ġwann ser terġa’ tinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li beda program sħiħ ta’ rinovar u immodernizzar tal-bereġ sabiex is-servizz ta’ kura fil-livell primarju jkun jista’ jitressaq eqreb fil-kommunita’ kif ukoll jilħaq l-ogħla livelli u standards. Inbidel ukoll il-modus operandi ta’ kif jitħaddmu dawn il-kliniċi biex illum saru joffru servizzi multidixxiplinarji. Is-servizzi jinkludu s-servizzi tat-Tabib, il-Klinika mmexxija minn Nurse, il-Fi¿joterapija, il-Podjatrija, it-Teħid tad-demm u s-servizz tal-Patoloġija tal-Lingwa mitkelma. Bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta’ San Gwann sabiex jinstab post alternattiv biex dawn is-servizzi msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jgawdu minnhom ukoll ir-residenti ta’ San Gwann