Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jinżel ilma tax-xita fuq Malta u Għawdex f'sena? Kemm minn dan l-ilma jiġi milqugħ fir-riservi li għandna fil-pajjiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wieħed jista’ jasal għall-figura mitluba mid-data ppubblikata fis-sit tad-DOI (http://www.doi.gov.mt/en/islands/location.asp ).
Dwar it-tieni part ital-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari 23316.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tiegħu fil-manutenzjoni u żamma tar-riservi għall-ilma tax-xita matul is-snin 2005/2006/2007/2008/2009 u 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-nefqa kull sena kienet kif ġej:
2005 Lm 152,995 (€ 356,382)
2006 Lm 197,860 (€460,890)
2007 Lm 69,855 (€162,718)
2008 €145, 171
2009 €296,385
2010 €524,989
Jista' l-Ministru jgħid minn liema reġjun huma l-bdiedwa reġistrati full-time u part-time, jiġifieri jekk humiex min-north, south, east jew west tal-gżejjer Maltin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 23289.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi privati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għalhekk tweġiba tinghata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu c-chairmen tal-BICC sa minn meta twaqqaf, x’kien it-terminu taż-żmien ta’ kull wieħed/waħda minnhom u x’kien il-pakkett finanzjarju tagħhom ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għalhekk tweġiba tinghata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — flus għas-safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa għas-safar tal-Ministru w l-entitajiet għas-sena 2010 kienet kif ġej:
Ministeru u Dipartimenti: € 479,861.00
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi € 81,795.00
WasteServ Malta Ltd € 37,540.61
Ammont sostanzjali minn dan is-safar huwa marbut mal-ħidma fl-istrutturi tal-Unjoni Ewropea u għalhekk l-Unjoni Ewropea tirrifondi ammont sostanzjali minn din in-nefqa.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-Flood Relief Project, li għadu kemm ġie approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, se jgħin fit-tneħħija tal-problema akuta ta' flooding li sseħħ f'Wied il-Għajn wara kull ħalba xita qawwija? X'inhu prospettat li jsir f'Wied il-Għajn għal dan il-għan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess tal-MEPA li għadu kemm inħareġ għal proġett ta’ kontra l-għarar ma jinkludiex l-erja ta’ Wied il-Għajn iżda jikkoncerna biss il-“catchment ta’ B’Kara – Msida”.
Il-Ministeru preżentement għandu applikazzjoni oħra quddiem il-MEPA għal-permess li tikkoncerna progett ta’ mini taħt l-art biex jinġabar l-ilma tax-xita li jaqa fl’erja ta’ bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn u b'hekk għandha tittaffa l-problema eżistenti f'Wied il-Għajn.
B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23221, jista' l-Ministru jagħti iktar dettalji rigward l-għajnuna li ngħatat għar-ristrutturar tas-settur , kif ukoll x’kien jikkonsisti l-income support? Jista' ukoll jelabora aktar fuq il-miżuri tal-meeting standards speċjalment rigward id-direttiva tan-nitrati u kemm kienu l-applikazzjonijiet u minn dawn kemm ġew milqugħa? Rigward il-pjanijet li għandha l-Unjoni Ewropea li sas-sena 2015 tispiċċa s-sistema tal-kwota tal-ħalib, jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern u xi pjanijiet hemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-‘income support’ hija parti mill-iskema tal-Pagament Uniku li ġiet introdotta f’2007. Din l-iskema ħadet post l-iskemi ta’ sussidji marbutin mal-produzzjoni.
Taħt il-miżura tal-‘Meeting Standards’ ibbenefikaw 58 raħħal taħt l-ewwel sejħa b’ammont totali ta’ €1,186,836.93 u taħt it-tieni sejħa kien 103 benefiċjajri b’ammont totali ta’ €3,036,253.00. It-total globali ta’ benefiċjarji jammonta għal 161, bi ħlas nett ta’ €4,223,089.93.
Għar-rigward ta’ pjanijiet għal wara t-tmiem tas-sistema tal-kwota tal-ħalib fis-sena 2015, il-Gvern għaddej b’taħdidiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk investigax rapporti li persuni li qed ibiegħu fis-suq tal-bdiewa qegħdin jixtru prodotti mill-Pitkalija u li mbagħad jinbiegħu fl-istess suq bħala prodott ta' dawn il-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn kontrolli li sistematikament isiru, xi bdiewa li jieħdu sehem fis-Swieq tal-Bdiewa inqabdu jbiegħu prodotti agrikoli li ma kinux prodotti tagħhom iżda li kienu nxtraw mill-pitkalija. Ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu il-passi neċessarji mill-Amministrazzjoni tal-Pitkalija.
Jista' l-Ministru jara li ssir ħidma ta' tindif sabiex jitneħħa l-iskart, li r-ritratti tiegħu qed jingħataw separatament, li hemm ħdejn il-fortizza magħrufa bħala Biżbiżijja ħdejn l-eks farm tal-Prime Rose li tinsab fil-limiti tal-Mosta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li post magħruf bħala tal-Biżbiżijja jinsab fiż-żona taħt ir-responsabbiltà tal- Kunsill Lokali tal-Mosta. Għaldaqstant hija r-responsabbilta' tal- Kunsill li jara li jitneħħa dan l-iskart abbużżiv. F'każijiet simili il-prassi hija li d-Direttorat għat-Tindif jikteb formalment lill-Kunsill fejn jingħata numru ta' ġranet biex jagħmel ix-xogħol neċessarju u javżaħ li f'każ li dan ix-xogħol ma jsirx, dan it-tindif isir mid-Direttorat għas-spejjeż tal-istess Kunsill Lokali.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul 2010 mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru inkrew siġġijiet u imwejjed bi spiża totali ta' € 509.52
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'overtime matul is-sena 2010, xahar b'xahar fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'funzjoni u rwol għandu l-manager il-ġdid fil-Pitkalija? Xi kwalifiki għandu għal dan il-grad? X'inhuma s-salarju u l-benefiċċji tiegħu fil-preżent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nħasset il-ħtieġa li tinħoloq il-pożizzjoni ta' Manager tal-Pitkalija biex tingħata assistenza meħtieġa lid-Direttur tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd permezz ta' preżenza kostanti ta' uffiċjal għoli fil-pitkalija għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Pitkalija.
Huwa jassisti ukoll lid-Direttur fl-ispezzjonijiet meħtieġa biex jiġi assigurat li l-operaturi fil-Pitkalija ikunu konformi mar-regolamenti, jagħmel spezzjonijiet fuq prodotti impurtati kif ukoll permezz ta' spezzjonijiet oħra fl-egħlieqi biex ikun żgurat il-kwalita u provenjenza tal-prodotti mibjugħin fil-Pitkalija. Dan il-Manager jassisti lid-Direttur biex fl-organizzazzjoni tas-Swieq tal-Bdiewa u l-Fieri Agrikoli.
Fid-dawl ta' dan, din hi kariga ta' fiduċja u li għaliha, għaldaqstant, bl-approvazzjoni tal-Uffiċju tal-Prim Ministru, kien appuntat direttament mingħajr ħtieġa għal sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-persuna identifikata ingħatat kuntratt ta' sena b' salarju ta' €22,272 fis-sena barra l-ħlas dovut għas-siegħat żejda li jaħdem.
Jista' l-Ministru jindika f’liema qasam tal-enerġija nadifa kien il-proġett prospettiv li rrefera għalih il-Kummissarju Ewropew is-Sur J.Dalli riċentement fuq One TV meta qal li kien hemm consortium li kien lest li jinvesti madwar $1 biljun fil-produzzjoni tal-enerġija f’pajjiżna li jista' jwassal biex iraħħas il-piż tal-konsum tad-dawl fuq il-konsumaturi b’medja ta’ 30-40%? X’kienet ir-raguni li, dejjem skont l-istess Kummissarju Ewropew, il-proposta tidher li waqgħet fuq widnejn torox?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma llill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi tirċievi numru ta’ proposti minn investituri differenti. Il-gvern janalizza kull proposta li ssirlu għall-enerġija alternattiva jew għal sorsi oħra mnejn jiġġenera l-electriku u, darba jkollu d-dokumentazzjoni sodisfaċenti, jieħu l-passi li jkun hemm bżonn.