Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żejtun – żieda ta’ reċipjenti tar-riċiklaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm iktar reċipjenti tar-riċiklaġġ ġewwa diversi partijiet fiż-Żejtun, billi hemm nuqqas evidenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li l-istess Kunsill qiegħed jevalwa l-possibilità ta’ iktar reċipjenti tar-riċiklaġġ ġewwa diversi partijiet fiż-Żejtun.

Il-Mosta — tħawwil tas-siġar taż-żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew is-siġar kollha taż-żebbuġ li tħawlu f’din l-aħħar sena fil-lokalità tal-Mosta? Jista’ l-Ministru jqiegħed kopja tal-invoices fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li l-informazzjoni mitluba tinsab fil-fatturi li qegħdin jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema ta’ Finanzjament Artistiku għall-għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali — Għaqdiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra liema huma dawk l-għaqdiet li bbenefikaw mill-Iskema ta’ Finanzjament Artistiku għall-għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser jiġu ffinanzjati permezz ta’ din l-iskema u meta huma ppjanati li jsiru, kemm kienet l-istima għal kull proġett u kemm minn din l-istima ser tiġi ffinanzjata minn din l-istess skema?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Intant infurmat li l-progetti relattivi huma ppjanati li jsiru f'sena mill-iffirmar tal-kuntratt. Benefiċċjaru Proġett Stima Finazjament mill-Iskema Għaqda Mużikali Sant' Andrija - Luqa Arti tterraq €8,671.00 €5,203.00 Peace Band Club Set Bandalori Ġodda Fit-Triq Prinċipali Tan- Naxxar €9,960.00 €5,976.00 Soċjetà Mużikali Santa Marija Qrendi Planċier artistiku ġdid €10,000.00 €7,000.00 St. Joseph Band Club Kirkop Inkomplu Insebbħu it-Triqat Koppin fil-Festa ta' San Ġużepp €3,790.00 €2,274.00 Għaqda Mużikali Santa Marija, Ħal Għaxaq Krejazzjoni ta’ sett ta' tlett pilandri tad-dawl kumplimentari għall-kolonni magħrufa bħala l- vażetti ta’ stil neo-gotiku fuq disinn ta’ Giuseppe Decelis €8,470.00 €6,082.00 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq Statwi Ġodda għall-Festa tal-Madonna tal- Karmnu Żurrieq €8,085.00 €4,851.00 Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju Is-Sostenibilità fl-Armar tal-Festi Maltin €10,000.00 €6,000.00 Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura Restawr tal-Anġlu €5,434.00 €3,260.00 L-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina Ngħaddu l-festa lill-ġenerazzjoni li jmiss €4,373.00 €2,624.00 Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi Tkomplija tar-rinnovar fuq il-planċier artistiku €10,000.00 €6,000.00 Għaqda Mużikali San Guzepp Ħal Għaxaq Bandalori ġodda €10,000.00 €6,000.00 Għaqda Armar Xewkija Inkomplu Insebbħu l-Festa Ta' Raħalna €9,660.00 €5,796.00 Għaqda Armar Għajnsielem LED Lighting Pavilions - Għajnsielem €9,382.00 €5,629.00 Banda San Gorg Bormla Armar għal-Festa tal-Immakkulata Kunċizzjoni €10,000.00 €6,000.00 Għaqda ta' L-Armar Festa Stella Maris Pavaljuni bil-Pittura €10,000.00 €6,000.00 Għaqda Banda Żejtun Upgrade the Band Stand €4,000.00 €2,400.00 Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 Restawr u konservazzjoni - Kolonna antika ta' Malta Rebbieħa €10,000.00 €6,000.00 Kummissjoni Festa Burmarrad Finanzjament Artistiku - Festa Burmarrad 2024 €10,000.00 €6,000.00 Kummissjoni Festi Parrocca Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema Sett Pavaljuni Artistiċi €10,000.00 €6,000.00 Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba Nkomplu nsebbħu fil-ġranet tal-festa €7,961.00 €4,777.00 Kumitat Festi San Duminku,Il-Birgu Sett ta' tmien pavaljuni tad-drapp. €5,140.00 €3,084.00 Grupp Armar Festa Sant' Anna Design and manufacture of decorative statues for the parvis. €9,900.00 €6,574.00 Għaqda Każin Banda San Filep AD1851 Bandiera bil-Pittura li tagħti ġieħ lil San Filep u lil Ħaż-Żebbuġ €9,973.00 €5,984.00 Għaqda Mużikali San Ġuzepp AD 1987 Sett Bandalori tal-Granmastri fi Triq Malta Rebbieha, il-Kalkara €10,000.00 €6,000.00 Għaqda tal-Armar Madonna tas-Sokkors Ta’ Kerċem, Għawdex Proġett Sett Pavaljuni tad-Drapp - Inlibbsu r- Raħal b'Arti rikka tradizzjonali tal-Festa €10,000.00 €6,000.00 Soċjetà Mużikali Beland AD. 1861 Sett Bandalori għall-festa tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu fiż-Żejtun €5,346.00 €3,208.00 Kumitat Festa Esterna San Gużepp Msida Bandalori għall-Pjazza tal-Bandli €8,796.00 €5,278.00

Marsalforn, Triq Kaptan Frank Debono – Servizz free-to-air

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6992 u għat-tweġiba għaliha fejn il-Ministru kien wieġeb "nerġa’ ntenni u nikkonferma li s-servizz free-to-air ser jibqa’ garantit lill-familji Maltin u Għawdxin li jużaw l-aerial u dan propju għaliex dan il-Gvern iħoss il-polz taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin”, u peress li hemm rapporti minn diversi partijiet ta’ Malta u Għawdex li hemm min mhux qed jirnexxielu jaqbad l-istazzjonijiet tat-TV lokali bl-antenna tat-TV u fejn m'hemmx sinjal tat-TV, fost l-oħrajn fi Triq Kaptan Frank Debono, Marsalforn, Għawdex (qed jintbagħat ritratt separatament ta’ apparat li juri li m’hemmx sinjal tat-TV). għaldaqstant, jista’ l-Ministru jispjega s-sitwazzjoni fuq is-servizz free-to-air u jispjega għaliex ħafna nies madwar Malta u Għawdex qed ikollhom problemi biex jaqbdu l-istazzjonijiet tat-TV lokali bl-aerial tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Diġà kelli opportunità nispjega pubblikament kif il-Gvern ra li s-servizz free-to-air li hemm referenza ghalih fid-domanda parlamentari ikkwotata fl-interpellanza jissokta f’pajjiżna. Meta jkun hemm xi każijiet singoli ta’ persuni li jirrapportaw lilna li jkollhom diffikultà biex jaqbdu t-trasmissjoni għal raġunijiet li jistgħu jkunu differenti, aħna nirreferu lill-operatur tas-servizz (Go plc) li dejjem tat il-koperazzjoni u assistenza sħiħa tagħha. Intant se nkun qed nirreferi lill-operatur tas-servizz il-każ marbut mat-Triq imsemmija f’Marsalforn.

Arts Council Malta — Membri

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10743, dwar il-membri tal-Arts Council, fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom fid-diversi bordijiet u kumitati u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4898.

Cultural Heritage Advisory Committee — Membri

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10744, dwar il-membri tal-Cultural Heritage Advisory Committee, fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom fid-diversi bordijiet u kumitati u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4898.

Sovritendent tal-Patrimonju Kulturali — Remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9508 u 10103 u 10813 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393, datata 20 ta’ Ġunju 2022, dwar ir-remunerazzjoni mogħtija lis-CEOs fis-settur kulturali, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“Planning Authority benefits” li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament waqt li qed jokkupa l-kariga ta’ Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu? Jista’ jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kemm jammontaw dawn il-benefiċċji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li t-twegiba ser tinghata f’seduta oħra.

Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali — Debituri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9506 u 10102 u 10812 u jgħid min huma d-debituri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jekk il-“miżati ta’ eżami u amministrattivi” huma fuq bażi ta’ flus kontanti, (irreferi għal paġna 9 tal-istqarrijiet finanzjarji awditjati tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2022) allura min irid jagħti l-flus lis-Sovrintendenza? Jista’ jagħti lista komprensiva tad-debituri u l-ammonti rispettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li d-debituri tal-istess Sovrintendenza huma s-segwenti: Operating DebtorsTotal Emmanuel Azzopardi 170.22 Dylan Bugeja 300.00 Infrastructure Malta 701.50 MFF Ltd. 3,000.00 Planning Authority 15,611.18

Iż-Żejtun — Triq Nicola Attard - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 2920 u 5069, jista’ l-Ministru jara li x-xogħlijiet fi Triq Nicola Attard, fiż-Żejtun, isiru billi hemm ħafna persuni li qegħdin ibatu minħabba dan in-nuqqas?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li preżentement l-istess Kunsill mhuwiex infurmat bl-ebda xogħlijiet fit-triq imsemmija.

Iż-Żejtun — Ġnien il-Kmandant

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-istat ta’ Ġnien il-Kmandant, fiż-Żejtun, u jgħid jekk huwiex qed jiġi miżmum tajjeb u jekk huwiex jinfetaħ regolarment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li Ġnien il-Kmandant jinsab f’kundizzjoni eċċellenti fejn hu miżmum minn ġardinara ingaġġati direttament mal-Kunsill.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 ’l hawn, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Fondazzjoni Kreattività Irwol Kuntratt definit / indefinit Senior Manager - Operations Definit Senior Manager - Programmes Definit Executive - Pogrammes Indefinit Guest Relations Officer Indefinit ACM Irwol Kuntratt definit / indefinit Executive (Education & Development) Indefinit (Manager (Admnistration) Indefinit Messenger / Driver Indefinit Senior Manager (Communications) Indefinit Outreach & Education Coordinator Definit Board Secretary (BCAMU) Definit Executive (Creative Broker) Indefinit Heritage Malta Irwol Kuntratt definit / indefinit Clerk x 1 Indefinit Coordinator x 3 Indefinit Coordinator x 1 Definit Conservator x 6 Definit Conservator x 1 Indefinit Curator x 1 Indefinit Junior Technician x 1 Indefinit Operative II x 2 Indefinit Principal Officer x 1 Indefinit Senior Clerk x 2 Indefinit Technician x 2 Indefinit Technician x 1 Definit VCA Irwol Kuntratt definit / indefinit Executive ( Programming and Production) Indefinit Executive (Communities and Projects) Indefinit PBS Irwol Kuntratt definit / indefinit Senior Clerk - Sales Admin Indefinit Broadcast Officer TV Indefinit Senior Studio Operator x3 Indefinit Studio Operator x3 Indefinit Manager I Indefinit Video Journalist x3 Indefinit Arkivji Nazzjonali Irwol Kuntratt definit / indefinit Archivist (1) Indefinit Junior Conservator (1) Indefinit Archivist (1) Indefinit Archives Assistant (3) Indefinit Teatru Manoel Irwol Kuntratt definit / indefinit Senior Executive (Finance) Indefinit Senior Manager - Operations Definit Artistic Director Definit Con Cathedral Irwol Kuntratt definit / indefinit General Hands Assistant x 1 Definit CEO x 1 Indefinit Custodians x 8 Definit Malta Philharmonic Orchestra Irwol Kuntratt definit / indefinit Senior Officer- Marketing & Events Indefinit R&F Musician Indefinit MICAS Irwol Kuntratt definit / indefinit Driver/Messenger Indefinit Manager (Communications and Marketing) Indefinit Senior Officer (Finance) Indefinit

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10718 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Entità/Board Konsulenti Legali Kemm ilhom Remunerazzjoni MICAS Dr Jeanine Rizzo 1 t’April 2021 Monthly retainer ta’ €400 (excl VAT) VCA Dr. Matthew Paris 3 ta’ Jannar 2020 Il-hlas huwa ta’ €14.42 (excl. vat) kull siegħa Heritage Malta Dr Dustin Camilleri 25 ta’ Lulju 2018 €60 fis-siegha Lia & Aquilina Advocates 29 t’Awwissu 2018 Is-servizz mgħoti jithallas b’rata li tvarja skond i r-responsabiltà relatata mal-kawża inkwistjoni. Fit-28 ta’ Settembru 2022 ġie iffirmat kuntratt bejn Heritage Malta u Lia & Aquilina Advocates li fih jindika r-retainer fee ta’ €8,900 għas-servizz mogħti minn Lia & Aquilina Advocates f’sena. Festivals Malta Dr. Ryan Christopher Pace 01 ta’ Lulju 2023 €16,800 fis-sena DCS 360 Legal 30.02.2020 sa 29.08.2021 45 fis-siegħa (il-ħlas ma jaqbiżx is-somma ta' €10,000) 360 Legal 30.08.2021 sa 29.08.2022 45 fis-siegħa (il-ħlas ma jaqbiżx is-somma ta' €10,000) 360 Legal 30.08.2022 sa 29.08.2023 45 fis-siegħa (il-ħlas ma jaqbiżx is-somma ta' €10,000) Dr Antoine Vassallo 15.12.2022 sa 14.12.2023 19 fis-siegħa (il-ħlas ma jaqbiżx is-somma ta' €9,880) Teatru Manoel Dr Andrew Grima 14 ta’ Novembru 2022 €833.33 fix-xahar Malta Philharmonic Orchestra Borg and Associates Jannar tas-sena 2017 L-ammonti mhallsa ghal dawn is-servizzi mis-sena 2017 jammontaw ghal €4,178.20 Kunsill tal-Ilsien Malti Dr Claire Bonello Awwissu 2023 Dan qed jingħata bla ħlas. PBS Il-Public Broadcasting Services Ltd. taghmel użu ad hoc minn ditti ta' servizzi legali skont il-każ NIL NIL Fondazzjoni Centru Kreattivita Lex Group Ltd - Legal Entity 1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 €800.00 fix-xahar SCH Dott. Jeanine Rizzo Kuntratt ta’ tlett snin validu minn 2023 sa 2025 €35 fis-siegħa (excl VAT) sa massimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2420 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 161 nhar it-Tnejn, 30 ta Ottubru 2023)

Foundation for Maltese National Festivities — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 10398, fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

San Pawl il-Baħar — kunsill lokali - applikazzjonijiet tal-PA li saru oġġezzjoni għalihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) saret oġġezzjoni għaliha mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba kif mibgħuta mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar — kunsill lokali - applikazzjonijiet tal-PA li saru oġġezzjoni għalihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) saret oġġezzjoni għaliha mill-Kunsill Lokali Naxxar, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hekk kif mibgħuta mill-Kunsill Lokali Naxxar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa — kunsill lokali - applikazzjonijiet tal-PA li saru oġġezzjoni għalihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) saret oġġezzjoni għaliha mill-Kunsill Lokali Mellieħa mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hekk kif mibghuta mill-Kunsill Lokali Mellieha tinsab hawn taht: Data tal-OġġezzjoniDeskrizzjoni tal-proġett oggezzjonatPA No 03/01/2022- Uzu ta' art fi Triq il-Marfa bhala parkegg matul ix-xhur tas-sajfPA 8247/20 23/04/2022- Tibdil fl-uzu tal-binja "Dom's" f'Misrah il-Parrocca k/m Triq il-Madonna tal-GharPA 2269/22 02/06/2022- Zvilupp b'rabta mal-ibburdjar fil-Bajja tal-MistraPA 3129/22 20/07/2022- Twaqqiegh tar-Ramla Bay Hotel PA 2943/19 20/07/2022- Bini ta' supermarket, kafetterija u appartamenti fi Triq il-Kbira/Triq tas-SalibPA 4813/21 26/07/2022- Twaqqiegh tar-Ramla Bay Hotel PA 2943/19 06/11/2022- Twaqqiegh tal-Mellieha Bay HotelPA 9876/19 06/11/2022- Zvilupp mill-gdid tal-Mellieha Bay HotelPA 1948/20 23/11/2022- Estensjoni tal-Pergola Club HotelPA 6754/22 27/01/2023- Installazzjoni ta' latrina prefabbrikata fil-parti centrali tal-promenade tal-GhadiraPA 7886/22 14/06/2023- Zvilupp ta' sit Nru, 184, Ix-Xatt ta' Santa MarijaPA 3136/23 03/03/2023- Tqeghid ta' pjattaforma ghall-imwejjed u siggijiet - Gems - Triq Gorg Borg OlivierPA 0203/23 05/07/2023- Tqeghid ta' imwejjed, siggijiet u umbrellel quddiem 130, 131, Triq Gorg Borg OlivierPA 3457/23 20/06/2023- Zvilupp ta' sit konfinanti minn Triq Halq ic-Cawl, Triq l-Izbark tal-Francizi u Triq in-NasesPA 5909/17 24/06/2023- Tibdil fil-linja tal-bankina fi Triq Dun Mose' Debono k/m Triq Dun Frangisk SciberrasPA 8952/18 02/07/2023- Zvilupp mill-gdid tal-Mellieha Bay HotelPA 1948/20 05/07/2023- Tqegħid ta' imwejjed, siġġijiet u umbrellel quddiem 130, 131, Triq Ġorġ Borg OlivierPA 3457/23

L-Imġarr — kunsill lokali - applikazzjonijiet tal-PA li saru oġġezzjoni għalihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) saret oġġezzjoni għaliha mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġbda din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hekk kif mibghuta mill-Kunsill Lokali Imġarr tinsab hawn taht: PA No Deskrizzjoni tal-proġett oggezzjonat Data tal-Oġġezzjoni 05313/20 Oġġezzjoni ghall-iżvillupp ta’ Solar Farm fiż-żona tar-Ragħad Marzu 2021 02973/23 Oġġezzjoni għat-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet taħt il-bankina Gunju 2023 05308/23 Oġġezzjoni għal żvillupp f’ tal-Armaġġ, l-Imġarr Settembru 2023

Bordijiet u kumitati — persuni

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4898, 10446, 10447, 10448, 10449, 10450, 10451, 10564, 10565, 10566, 10567, 10568 u 10569, fejn il-Ministru wieġeb li l-bordijiet u l-kumitati huma komposti minn individwi b'esperjenza u kompetenza sabiex jintlaħqu t-tragwardi u aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, u ġaladarba l-Ministru ħatar it-tali individwi f’inkarigu pubbliku u mħallsa minn fondi pubbliċi sabiex jintlaħqu t-tragwardi u l-aspettattivi mixtieqa mill-irwol tagħhom, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni oġġettiva bbażata fuq l-esperjenza u l-kompetenza li wasslet għall-għażla ta’ dawn l-individwi u għall-ħatra tagħhom fid-diversi bordijiet u kumitati u xi tragwardi u aspettattivi huma mistennija minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Programmi fuq TVM u TVM News — produtturi ta' programmi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3008 u 10907 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' produtturi indipendenti li pproduċew programmi fuq TVM u TVM News għall-iskedi Ottubru 2020-Settembru 2021 u Ottubru 2021-Settembru 2022?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.