Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9233 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni ta' Support Worker

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8615, 8427, 8144 u 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9250 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: ANTHONY ZAMMIT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar San Luqa — Anaesthetic machines - obsolete

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' anaesthetic machines li kienu jintużaw fl-Isptar San Luqa li ġew iddikjarati obsolete u min flokhom kellhom jinxtraw oħrajn ġodda għall-Isptar Mater Dei? Kemm minn dawn l-obsolete anaesthetic machines sarilhom overhaul u jistgħu jintużaw fil-contingency plan kontra s-swine fever fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9251 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: ANTHONY ZAMMIT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Contingency plan kontra l-Swine Fever

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġiet tiswielu l-contingency plan u tal-apparat li kellu jinxtara biex ikun għal-lest biex jitwettaq dan il-pjan kontra s-swine fever jekk ikun neċessarju fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9252 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: ANTHONY ZAMMIT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Manpower plan - call for applications

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm postijiet battala bħala konsulenti skont il-manpower plan tal-Isptar Mater Dei? F'liema dipartimenti huma dawn il-postijiet battala? Meta hu mistenni li tinħareġ il-call for application għal dawn il-postijiet wieħed b'wieħed?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8651, 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Salmetenol Inhaler

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8653, 8378, 8136 u 7886 u cioè: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock,jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is- supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċina Antiviral Tamiflu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8657 u 8183 u jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinsab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5741 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni diżabbli — kwalità fqira ta' disposable nappies

Question

Peress li qed ikomplu jasluli ilmenti mingħand ġenituri ta’ persuni diżabbli dwar il-kwalità fqira tad-disposable nappies li l-gvern qed jipprovdi lill-persuni b’diżabilità, jista’ l-Ministru jordna li jsir awditjar indipendenti tal-kwalità tagħhom biex il-kuntratturi jipprovdu kwalità sodisfaċenti ta’ disposable nappies?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' għamel testijiet fuq il-kwalita' tan-nappies li kienu qed jintużaw għal dan is-servizz u minħabba li dawn ma kienux ta' livell aċċettabli, ġie terminat.

Dipartiment ta' l-Emerġenza — Dewmien esaġerat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8252 u jgħid jekk huwiex konxju li meta persuna tidħol l-emerġenzja fl-Isptar Mater Dei qed iddum sigħat twal sakemm tinqeda? Hemm xi studju għaddej li jelenka x'jikkawża dan id-dewmien? X'sejjer jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa ħalli din l-istennija tonqos? Jista' dan it-tagħrif jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

persuna li trid tidħol f'residenza għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8437 u jgħid f'liema post ta' stennija waslet il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament u li tixtieq tidħol f'residenza għall-anzjani? Jista' t-tagħrif miġbur jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Residenza San Vinċenz De Paule — anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8340 u jgħid kemm hemm anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Fejn kien il-post tal-oriġini tagħhom lokal b'lokal? Jista' jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Residenza San Vinċenz de Paule — residenti aktar minn ħames snin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8341 u jgħid kemm hemm anzjani li ilhom jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule iktar minn ħames snin? Kemm għandhom żmien dawn l-anzjani u jekk humiex nisa jew irġiel? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8943 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — skemi għal-djar tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hux beħsiebha terġa' toħroġ skemi sabiex jinxtraw proprjetajiet tal-Gvern okkupati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-politika li ser tkun qed thaddan l-Awtorita' tad-Djar ghas-snin li gejjin hija li tibni stokk ta' appartamenti li jigu mikrija lil dawk l-individwi li verament ghandhom bzonn akkomodazzjoni socjali. F'dan il-kuntest, l-Awtorita' thoss li m'ghandux ikun hemm aktar bejgh ta' propjeta' lsill-inkwilini li jabitaw f'dawn il-postijiet.
Leg 11 PQ #8944 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Proprjetà mibnija fuq art possession and use

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress sabiex proprjetà mibnija fuq art possession and use tkun tista' tinxtara?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #8972 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

test tal-iSleep Apnea — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8439 u jgħid kemm hija l-waiting list fil-preżent għat-test tal-iSleep Apnea u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8974 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Inċentivi fiskali — nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 8603 u jgħid x'inċentivi fiskali ġew introdotti mill-Gvern fl-aħħar ħames snin għan-nisa biex jiġu nkoraġġuti jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jagħti d-detallji ta' kull skema separatament, jgħid meta kull inċentiv/skema ġiet imħabbra u meta kull waħda daħlet fis-seħħ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.