Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Persuni l-ħabs għaliex ma ħallsux il-manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin minħabba li ma ħallsux il-manteniment mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa, kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Nisa Maltin Nisa Barranin Irġiel Maltin Irġiel Barranin TOTAL 2020 0 0 6 2 8 2021 2 0 7 1 10 2022 0 0 17 1 18 2023 0 0 9 1 10 2024 2 0 10 2 14

Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza bir-reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza bir-reġistrazzjoni (citizenship by registration)? X’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni li ilha pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-ewwel (1) ta’ Jannar 2024 sa l-ewwel (1) ta’ Novembru 2024, l-Aġenzija Komunità Malta rċeviet 2,598 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza bir-reġistrazzjoni.

Applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza naturalizzata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza naturalizzata (citizenship by naturalisation)? X’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni li ilha pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-ewwel (1) ta’ Jannar 2024 sa l-ewwel (1) ta’ Novembru 2024, l-Aġenzija Komunità Malta rċeviet 421 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza naturalizzata.

Ċittadinanza bir-reġistrazzjoni u ċittadinanza naturalizzata — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien medju li tieħu applikazzjoni biex tiġi pproċessata applikazzjoni ta' ċittadinanza bir-reġistrazzjoni u applikazzjoni ta' ċittadinanza naturalizzata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li dan jiddependi minn diversi fatturi, fosthom stakeholders oħra u l-każ innifsu.

Third Country Nationals li ngħataw il-permess biex jaħdmu f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22433 u jgħid kemm kien in-numru ta' Third Country Nationals (TCNs) li ngħataw il-permess biex jiġu jaħdmu hawn Malta matul is-sena 2023, u matul is-sena 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn il-persuni għadhom hawn Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar sabiex l-informazzjoni tas-sena 2024 tkun korretta.

Ċentri ta' korrezzjoni — persuni li qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' persuni li attwalment qed jiskontaw sentenza fiċ-ċentri ta' korrezzjoni bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x'ġeneru għandhom u kemm minnhom huma taħt l-età ta' 35 sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni fiċ-ċentri ta’ korrezzjoni jinbidel kuljum. Sal-1 ta’ Novembru, fiċ-ċentri ta’ korrezzjoni kien hemm total ta’ 428 persuna li qed jiskontaw sentenza. Minn dawn 394 huma rġiel u 34 huma nisa. Minn dawn, il-persuni ta’ taħt-il 35 sena jammontaw għal total ta’ 163.

Malta u Għawdex — talbiet għall-intervent tal-Pulizija għas-sena 2024

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fejn il-Pulizija ntalbet tintervjeni matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024, maqsuma lokalità lokalità f'Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu relatati għal każijiet fuq il-baħar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024, il-Pulizija ntalbu jintervjenu fuq il-baħar 28 darba. Apparti hekk, f’każijiet fuq il-baħar, il-Protezzjoni Ċivili ntervjenew 40 darba u l-Forzi Armati ta’ Malta 86 darba.

Deportazzjoni ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024? Jista’ jipprovdi n-nazzjonalità u r-raġuni għad-deportazzjoni ta’ kull persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2024, 1,103 -il persuna tneħħew mill-pajjiż. Ir-raġunijiet ta’ tneħħija jvarjaw minn persuni li ma kkwalifikawx għall-ażil, persuni li nstabu jgħixu f’Malta b’mod irregolari u oħrajn li ġew ritornati b’mod volontarju. Infurmat li n-nazzjonalitajiet kienu varji, fosthom; Bangladesh, India, Pakistan, Colombia, Albania, Serbia, Mali, Gambia, Nigeria, Chad, u Senegal. Ninsab ukoll infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru persuni li waslu b'mod irregolari kienu jammontaw għal 155 persuna filwaqt li fl-istess perjodu ġew ritornati 125 persuna lejn il-pajjiż tal-oriġinu filwaqt li 60 persuna oħra ġew rilokati. Dan ifisser li fl-istess perjodu pajjiżna esperjenza aktar persuni li waslu b'mod irregolari li ħallew il-pajjiż milli waslu. ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 4797 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 298 nhar it-Tlieta, 14 ta' Jannar 2025)

Vjolenza domestika — Ksur ta’ protection order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tiskatta meta persuna tikser protection order li tkun ħarġet f'ċirkostanza ta' vjolenza domestika? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx Standard Operation Procedure għal ksur ta' protection order? Jekk iva, tista’ titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li meta mill-investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li persuna tkun kisret ordni ta’ protezzjoni, tali persuna titressaq il-Qorti b’arrest. Nikkonferma li hemm Standard Operation Procedures li jkopru tali proċedura. Ġejt infurmat li ma jinħassx li jkun prudenti li tkun ippubblikata minħabba informazzjoni dwar l-operat tal-Pulizija fil-ħidma tagħha kontra dan ir-reat.

Vjolenza domestika — Ksur ta’ protection order - Arrest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu imminenti arrest f'każ ta' ksur ta' protection order f'ċirkostanza ta' vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li f'każ ta' allegat ksur ta' protection order f'ċirkostanza ta' vjolenza domestika, kull ksur ta’ tali ordni jiġi nvestigat mill-Pulizija, u wara li jsiru l-investigazzjonijiet relatati mill-aktar fis possibbli, il-persuni responsabbli jitressqu l-Qorti taħt arrest.

Pulizija – Apparat biex jitkejjel l-istorbju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat qed jintuża mill-pulizija biex jitkejjel l-istorbju, bħal pereżempju decibel meters? F'liema għases jinsab dan l-apparat għad-dispożizzjoni tal-pulizija? Jekk m’hemmx tali apparat, hemm pjan biex il-Korp tal-Pulizija jkollu dan l-apparat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 10115.

Rapporti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ storbju eċċessiv bejn Jannar 2022 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? F’liema lokalità ġie rrapportat kull wieħed minn dawn il-każijiet u għal liema tip ta’ storbju kien qed jirreferi r-rapport? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw ħsejjes wara l-11.00 p.m. u wara s-1.00 a.m. separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Road Blocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il road block sar f'din l-aħħar sena, f'liema lokalitajiet saru, kemm-il vettura twaqqfet għal xi illegalità, u x'instab f'tali road blocks?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 2023 u Awwissu 2024, il-Pulizija għamlet elf, tmien mija u tlieta u erbgħin (1843) ‘road check’. Dawk ir-road checks ikopru prattikament kull lokalità ta’ Malta u Għawdex u jsiru mill-Pulizja ta’ kull distrett, tal-komunità, kif ukoll minn taqsimiet oħra tal-korp. Ikun hemm drabi wkoll fejn dan ix-xogħol isir b’kollaborazzjoni ma’ aġenziji oħra li għandhom irwol fl-infurzar,. Waqt dawn ir-road checks, ġew imwaqqfa eluf ta’ vetturi bir-riżultat li nħarġu diversi taħrikiet dwar kontravenzjonijiet meta dawn ġew identifikati, kif ukoll taħrikiet oħra dwar reati li ltaqgħu magħhom l-uffiċjali tal-korp waqt dan ix-xogħol. Kemm it-taħrikiet kif ukoll ċitazzjonijiet ta’ kontravenzjonijiet prinċipalment kienu relatati ma’ ksur dwar regolamenti ta’ vetturi bil-mutur u xi ksur ta’ liġijiet oħra.

Rapporti lill-Pulizija fuq storbju eċċessivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport mal-Pulizija sar, b'informazzjoni mogħtija għal-lokalitajiet b'mod separat, f'din l-aħħar sena, fir-rigward ta' rapport eċċessivi ta' storbju u jgħid kemm minnhom irriżultaw fi prosekuzzjoni u x’kien l-eżitu tas-sentenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tnax-il xahar, bejn Settembru 2023 u l-31 ta’Awwissu 2024, kien hemm erba’ mija u tlieta u tletin (433) rapport mal-Pulizija rigward storbju eċċessiv. Ir-rapporti saru fil-lokalitajiet indikati fit-tabella hawn taħt liema tabella tinkludi wkoll dettalji dwar proċeduri li ttieħdu f’xi każijiet minnhom. Rapporti lill-Pulizija fuq storbju eċċessivi Settembru 2023 sa Awwissu 2024 Ammont ta’ Rapporti ta’ storbju eċċessiv lokalita, lokalitaKemm minhhom wasslu għal persuni mressqa l-qorti u kemm persuni tressqu f’kull każ f’kull lokalita L-ezitu tal-każi ghal kull lokalita Distrett LokalitaAmmont Dist 1 Valletta Floriana Pieta207 1 284Kollha sub judice Dist 2 Hamrun Marsa Pieta Sta Venera.20 8 9 3106 subjudice 1 PE 3 tickets Dist 3 Paola Luqa2 12 -1 liberat - 1 sub judice Dist 4 Bormla (każin)22 każi li jinvolvu tlett persuniSub judice Dist 5Żejtun Safi B’Bugia2 2 2- - 1 każ (5 persuni mressqa)- - Sub judice Dist 6 Qormi Żebbug6 94 21 liberat – 3 Sub judice 1 PE – 1 liberat Dist 7 Sliema Gzira Msida 16 2 3 1 - -Liberat - - Dist 8 St. Julians San Gwann13 2 13 21 multa – 3 liberati – 2 taht garanzija – 7 sub judice 1 sub judice – 1 liberat Dist 9 B’Kara Attard12 55 42 PE u 3 Sub judice 4 Sub judice - Naxxar, Għargħur, Iklin4 1 1 1 - 1 Sub judice - Sub judice Dist 10 Mosta Mġarr3 4- 2- Sub judice Mdina Rabat1 4 - 4 - 3 subjudice 1 taħrika ser tinhareġ Dist 11 Mellieħa SPB6 20 5 każi (5 persuni mressqa) 15 każi (17 persuni mressqa) 4 sub judice u 1 Ticket 3 tickets - 1 każ imressaq irtirat u 1 każ fejn weħel €1000 multa u xahar ħabs sospiż għal sena 10 każi sub judice Dist 12 Victoria Xewkija Marsalforn Xlendi Għajnsielem Sannat Munxar Xagħra Xewkija Qala Żebbuġ Nadur Għarb Kerċem Għasri San Lawrenz 8 1 9 3 7 1 7 9 1 2 3 3 3 1 1 1 2 każi (2 persuni mressqa) 1 liberat u 1 PE Total 433 160

Third Country National – single permit – aċċess għas-servizz tal-kura tas-saħħa f’każ ta’ tqala

Question

F'każ ta’ persuna Third Country National li tidħol Malta permezz ta' Single Permit u titlef xogħolha waqt li tkun tqila, jista' l-Ministru jgħid jekk din titlifx id-dritt tagħha għall-aċċess b'xejn għas-servizz tal-kura tas-saħħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kull persuna li tkun tilfet xogħolha għandha l-opportunità ssib xogħol ieħor skont il-liġi applikabli.

Korp tal-Pulizija – persuni li temmew il-kors ta’ Spettur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna temmet b'suċċess il-kors ta' Spettur fi ħdan il-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar għaxar snin, bl-informazzjoni maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija li temmew b'suċċess il-kors ta' Spettur fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat ukoll illi fl-aħħar snin, filwaqt li ssaħħaħ ir-reklutaġġ qed titmexxa wkoll prassi ta' reklutaġġ kontinwu ta' spetturi ġodda fil-Korp tal-Pulizija, kif tindika b’mod ċar it-tabella. L-istess kif qed isir fil-bqija tar-ranks l-oħra. SenaNumru ta’ uffiċjali li temmew il-kors ta’ Spettur 2008- 2009- 2010- 201118 2012- 2013- 2014- 201520 2016- 201735 2018- 2019- 202030 202128 202217 202318 20246

Korp tal-Pulizija – persuni li rreżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna fil-Korp tal-Pulizija tat ir-riżenja tagħha f'dawn l-aħħar għaxar snin, bl-informazzjoni maqsuma sena b'sena, u tiġi indikata s-sezzjoni li fiha din il-persuna kienet tagħti s-servizz tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

LESA — flus miġbura minn Kunsilli Lokali u Reġjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-LESA, kemm ġabret fi flus mingħand il-Kunsilli Lokali u Reġjonali, u jaqsam l-ammonti rispettivi, f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi s-sistema taħdem proprju bil-kontra ta’ dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant. Hi proprju l-LESA li minn żmien għal żmien toħroġ skemi ta’ finanzjament għar-Reġjuni u l-Kunsilli Lokali għall-proġetti fil-komunitajiet.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Istanbul Convention 2012

Question

B’referenza għall-Istanbul Convention ta’ 2012 li kien ratifikat fl-2014 u fejn Malta hija firmatarja tiegħu, fejn hemm imniżżel li f’każ ta’ vjolenza domestika huwa l-ġeneru maskili li għandu jinħareġ mid-dar tal-koppja u diversi drabi dan mhuwiex il-każ, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan ma jseħħx?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.