Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F'kull entità jsir l-almu kollu possibbli sabiex il-ħaddiema jirċievu tagħlim kontinwu relatat max-xogħol tagħhom li tagħmilha possibbli li l-ħaddiema kontinwament ikollom progressjoni fil-karriera tagħhom. L-irwoli li qed tirreferi għalihom huma okkupati minn persuni b’kuntratti definiti assenjati lilhom. Hi proċedura normali li, meta jkunu waslu biex jintemmu, isiru tħejjijiet minn qabel għat-tiġdid tagħhom mal-istess persuni jew oħrajn li jidħlu flokhom.

Festi tas-sajf 2022 – spejjeż relatati għas-servizzi tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali li l-għaqdiet non-governattivi nefqu għall-ispejjeż relatati mal-festi tas-sajf tas-sena 2022 għas-servizzi tal-Korp tal-Pulizija, b'ċifra globali għal kull lokalità rispettiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-pulizija fil-ġimgħa tal-festa kien bla ħlas, għadu bla ħlas u ser jibqa’ bla ħlas.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — rapporti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2006 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ storbju eċċessiv ġew irrapportati, xahar b’xahar, bejn Jannar 2021 u d-data ta’ meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema lokalità ġie rrapportat kull wieħed minn dawn il-każijiet u għal liema tip ta’ storbju kien qed jirreferi dan ir-rapport? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw ħsejjes wara l-11.00 p.m. u wara s-1.00 a.m. separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u s-26 ta’ Gunju 2022, saru rapporti mal-Pulizija fuq każi ta’ storbju eċċessiv f’diversi forom, kif indikat f’tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi wkoll ix-xahar meta saru r-rapporti u l-lokalitajiet fejn saru. Minn dawn ir-rapporti u kif jidher f’tabella ‘B’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra., kienu jikkonċernaw ħsejjes irrapurtati bejn il-11.00 ta’ filgħaxija u s-siegħa ta’ fil-għodu. Kien hemm ukoll każi li ġew irrapurtati bejn is-siegħa u s-sitta ta’filgħodu, kif jidher fit-tabella ‘C’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — każi ta’ vjolenza domestika – standard operating procedure

Question

Jista’ l-Ministru jispjega u jippubblika l-istandard operating procedure li l-pulizija jużaw meta jirċievu rapport ta’ każ ta’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija twaqqfet it-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, fejn rapporti relatati ma vjolenza domestika li qabel kienu jiġu nvestigati mill-Pulizija distrettwali, issa qed jiġu proċessati min din is-sezzjoni speċjaliżżata, li qed toffri approċċ ta’ one-stop-shop, immexxija min uffiċċjali mħarrġa apposta, u għaldaqstant il-proċeduri huma uniformi u ċentralizzati. F’każijiet fejn l-assistenza mitluba tkun ta’ urġenza, minħabba raġunijiet loġistiċi, kemm il-pulizija distrettwali kif ukoll uffiċċjali minn sezzjonijiet operazzjonali oħra u dawk tal-Kommunita, xorta baqgħu jagħtu l-assistenza tagħhom fl-interess lejn il-vittmi, u fl-istess waqt jkun hemm kuntatt ma uffiċċjali mit-taqsima speċjaliżżata. Sintendi dan ix-xogħol jitmexxa wkoll b’koordinament u bi sħubija ma aġenziji oħra, li jagħtu servizzi effettivi tagħhom, lill-vittmi u lill-familjari tagħhom. Għaldaqstant qed jiġi offrut servizz aħjar lil vittmi ta' vjolenza domestika. Ninsab infurmat illi proceduri ta’ vjolenza domestika hemm linji gwida (SOPs) li jinħargu lill-Pulizija, madankollu minħabba s-sensitvita ta’ dawn il-każi u fl-interess tal-vittmi, mhux opportun li dawn ikunu ippubblikati. Madankollu ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-Pulizija tħares lejn każi ta’ vjolenza domestika b’responsabilità kbira u kommessa li tnaqqas u tgħin dawn il-każi kontra kull persuna vulnerabbli. Għal din ir-raġuni l-uffiċċjali investigattivi mit-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika fil-Korp tal-Pulizija, jmexxu l-investigazzjonijiet tagħhom bir-reqqa, abbażi ta’ każ b’każ, u fejn ikun hemm provi ammissibbli biżejjed, jittieħdu proċeduri legali kontra l-awturi ta’ dawn ir-reati. Dan barra xogħol ieħor ta’ sostenn pro-attiv lejn il-vittmi, permezz ta’ miżuri biex jipprevjenu vjolenza kontra tagħhom.

Inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-aħħar ta’ Awwissu 2022? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2534.

Ħruġ ta’ Schengen C Visas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Schengen C Visas kull xahar matul is-sena 2020 u matul is-sena 2021? Minn liema pajjiżi kienu l-applikanti? Kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew rifjutati? Kemm kien in-numru ta' persuni li waslu f’Malta mingħajr visa u ma tħallewx jidħlu Malta u ntbagħtu lura mill-port u mill-ajruport?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed jiskontaw piena ta’ ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija qed jiskontaw piena ta’ ħabs ġewwa l-Facilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jagħti lista tan-nazzjonalitajiet ta’ dawk il-barranin li qed jiskontaw piena ta’ ħabs?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ persuni li qed jiskontaw sentenza ġewwa l-Faċilità Korrettiva huwa ta’ 339 li minnhom, 219 huma Maltin filwaqt li 120 l-oħra huma ta’ nazzjonalità barranija. Din hija l-lista tan-nazzjonalitajiet li qed jiskontaw piena ta’ ħabs: Malta, Bangladesh, Belġju, Brażil, Burkina Faso, Chad, Eġittu, Eritrea, Etiopja, Gambja, Georgia, Ghana, Guinea, Olanda, Ungerija, Irlanda, Iran, Italja, Libja, Latvja, Mali, Marokk, Niger, Niġerja, Pakistan, Palestina, Panama, Perù, Polonja, Rumanija, Somalja, Spanja, Serbja, Sudan ta’ isfel, Sirja, Togo, Tuneżija, Renju Unit, Stati Uniti, Veneżwela u Zimbabwe.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qegħdin fuq arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija qegħdin fuq arrest preventiv fi ħdan il-Facilità Korretiva ta’ Kordin? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jagħti lista tan-nazzjonalitajiet ta’ dawk il-barranin li qegħdin fuq arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ persuni li qegħdin fuq arrest preventiv huwa ta’ 221 persuna, 79 ta’ nazzjonalità Maltija u 142 ta’ nazzjonalità barranija. In-nazzjonalitajiet ta’ dawk barranin li qegħdin fuq arrest preventiv huwa: Malta, Afganistan, Albanija, Arġentina, Ażerbajġan, Bangladesh, Brażil, Bulgarija, Chad, Kolumbja, Kroazja, Repubblika Ċeka, Danimarka, Eġittu, Eritrea, Etjopja, Franza, Gorġja, Ghana, Greċja, Olanda, Ungerija, Indja, Italja, Kosta tal-Ivorju, Libja, Litwanja, Mali, Maċedonja, Moldova, Montenegro, Niger, Niġerja, Pakistan, Palestina, Filippini, Polonja, Repubblika Domenikana, Rumanija, Senegal, Somalja, Spanja, Serbja, Sri Lanka, Sudan, Suriname, Seychelles, Sirja, Ukrajna, Venezeula u Vietnam.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, inkluż nies pajżana, u jagħti dettalji dwar il-varji karigi ta’ dawn il-persuni li jaħdmu fi ħdan il-Faċilità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ nies jaħdmu mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jlaħħaq l-457 persuna li jinkludu 13-il impjegat tal-FSWS assenjati mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Il-kariga huma maqsuma hekk: Amministrativi, Finanzjarji, Project Management, Edukazzjoni u reintegrazzjoni, qasam mediku (li jinkludi psikjatrija u psikoloġija), social workers, uffiċjali korrettivi, ħaddiema legali, ħaddiema fil-qasam tal-parole, komunikazzjoni u HR.

Inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 fejn f’dawn l-inċidenti tat-traffiku kien hemm min sofra xi ġrieħi? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irreġistrati mal-Pulizija, li kienu jinvolvu ġrieħi jew kienu fatali fis-snin 2020 u 2021, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Tip ta' Inċident 2020 2021 Fatali 12 9 Bil-feruti 232 314 Grand Total 244 323

Inċidenti tat-traffiku fl-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-aħħar ta’ Awwissu 2022 fejn f’dawn l-inċidenti tat-traffiku kien hemm min sofra xi ġrieħi? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irreġistrati mal-Pulizija, li kienu jinvolvu ġrieħi jew kienu fatali, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-aħħar ta’ Awwissu 2022, kif jidher fit-tabella hawn taħt. F’żewġ każijiet, mill-inkjesta għad irid ikun determinat jekk il-kawża tal-mewt kinitx riżultat tal-inċident. Tip ta' Inċident 2022 sa’ Awwissu Fatali 16 Bil-ġrieħi 235 Inkjesta pendenti biex jiġi determinat il- kawża tal-mewt wara l-inċident. 2 Grand Total 253

Inċidenti fuq postijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol fis-snin 2020 u 2021 fejn kien hemm persuni li weġġgħu u sofrew xi ġrieħi? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dettalji fuq din il-materja jkun aħjar li jintalbu u jinġabru mill-Ministeru kkonċernat mill-Awtorità responsabbli biex jinvestiga inċidenti li jsiru fuq postijiet tax-xogħol (OHSA), f’każijiet fejn persuni jweġġgħu u jsofru ġrieħi ta’ kull tip, inkluż dawk fatali.

Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Korp tal-Puliżija: Financial Crimes Investigations Department — Supretendent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Supretendent fi ħdan il-Financial Crimes Investigations Department (FCID) tal-Korp tal-Pulizija, li ismu u kunjomu qegħdin jingħataw separatament, tax avviż lill-Kummissarju tal-Pulizija li qed/se jirtira/jirriżenja mill-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-uffiċjal tal-Pulizija, li ismu u kunjomu ngħataw separatament, ma rtirax u lanqas irreżenja mill-Korp tal-Pulizija, però għamel talba ta’ perjodu ta’ leave speċjali.

Entità għal servizzi lil priġunieri nisa

Question

Fid-dawl tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1461, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx konklużi d-diskussjonijiet mal-Fondazzjoni RISe u meta ser tiġi introdotta faċilità simili għall-priġunieri nisa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-proġetti mal-Fondazzjoni RISe saru minn dan il-Gvern li nvesta ħafna aktar fir-riabilitazzjoni tal-priġunieri. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet mar-RISe jsiru b’mod kontinwu tul is-sena u mhux b’inqas fuq dan il-proġett. Irid jintqal li fuq il-proġett diġà saru l-pjanti li ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-koordinament dwar il-proġett tad-dar il-ġdida jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Familja.

Rapporti ta' serq li ġew solvuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 547 u jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq, xahar b’xahar, fis-sena 2021 u kemm minn dawn ġew solvuti? Tista' tingħata lista tal-lokalitajiet fejn saru dawn ir-rapporti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2021 in-numru ta’ każijiet ta’ serq li ġew irrapurtati fis-sistema elettronika tal-Pulizija, fil-lokalitajiet diversi f’dawn il-gżejjer, huwa kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Minn dawn il-każijiet, 813 minnhom ġew solvuti filwaqt investigazzjonijiet fuq l-oħrajn għadhom għaddejjin. Id-dettalji dwar ir-reati solvuti matul dik is-sena ġew aġġornati manwalment sal-20 ta’ Ġunju, 2022 peress li dawn ivarjaw regolarment, u dan involva dedikazzjoni ta’ ħafna ħin u riżorsi. Wara arranġamenti li ġew introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrapurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp, ikunu miżjuda wkoll fl-istess sistema. Lokalita Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Total ATTARD 3 5 7 4 3 2 4 4 3 8 8 3 54 BALZAN 3 0 2 2 3 1 1 3 1 2 1 1 20 BIRGU 1 2 2 1 3 1 2 5 0 1 3 2 23 BIRKIRKARA 9 10 19 10 11 14 15 13 16 14 16 18 165 BIRŻEBBUĠA 9 10 7 7 19 7 13 20 10 8 5 4 119 BORMLA 12 5 4 1 3 6 2 4 8 16 18 5 84 DINGLI 4 0 1 0 0 2 0 2 3 1 1 1 15 FGURA 7 6 6 5 6 4 3 5 3 5 9 1 60 FLORIANA 2 7 5 10 11 3 8 5 5 4 3 5 68 FONTANA - GĦAWDEX 0 0 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 1 GĦAJNSIELEM - GĦAWDEX 2 4 1 2 0 5 4 5 6 0 1 1 31 GĦARB - GĦAWDEX 0 0 1 1 0 1 1 1 0 1 0 0 6 GĦARGĦUR 1 1 0 0 1 1 1 2 0 2 1 1 11 GĦASRI - GĦAWDEX 0 0 2 0 1 0 0 1 0 1 0 0 5 GĦAXAQ 0 6 5 9 3 1 1 1 1 5 5 1 38 GUDJA 5 4 0 2 3 4 6 2 6 5 4 0 41 GŻIRA 9 15 5 12 12 16 11 9 15 11 8 12 135 ĦAMRUN 12 17 15 15 20 16 12 13 13 12 24 20 189 IKLIN 2 2 0 1 1 0 1 2 1 1 0 1 12 ISLA 1 1 1 2 1 2 4 5 0 2 1 2 22 KALKARA 1 1 5 0 1 3 1 7 3 2 1 1 26 KERĊEM - GĦAWDEX 1 0 1 0 1 1 1 0 1 1 0 0 7 KIRKOP 2 0 0 0 3 1 1 0 1 1 1 0 10 LIJA 1 2 0 0 0 1 1 0 0 1 2 0 8 LUQA 4 4 4 4 3 9 7 5 6 6 5 4 61 MARSA 12 12 12 16 21 11 18 9 9 16 27 13 176 MARSASKALA 7 14 14 12 12 12 9 11 8 8 5 5 117 MARSAXLOKK 2 2 3 2 5 6 8 4 5 4 3 4 48 MDINA 0 0 0 0 0 0 0 0 1 0 1 0 2 MELLIEĦA 7 3 7 5 3 4 10 11 19 7 2 2 80 MĠARR 1 4 1 4 2 2 3 3 8 2 1 3 34 MOSTA 10 13 15 5 12 8 15 4 7 8 11 15 123 MQABBA 1 0 0 2 2 0 1 1 2 0 1 1 11 MSIDA 7 9 11 11 12 10 11 14 13 20 12 13 143 MTARFA 0 1 0 0 0 1 1 1 0 0 0 1 5 MUNXAR - GĦAWDEX 1 1 0 0 1 0 1 0 1 1 0 0 6 NADUR - GĦAWDEX 3 1 3 0 1 0 0 1 0 0 1 1 11 NAXXAR 5 10 11 5 4 3 6 8 6 4 5 1 68 PAOLA 6 7 3 8 11 7 8 14 12 4 15 8 103 PEMBROKE 0 2 0 1 1 1 2 3 0 1 6 0 17 PIETÀ 3 6 4 5 6 4 12 7 6 6 6 7 72 QALA - GĦAWDEX 1 0 0 1 0 1 0 0 0 0 0 0 3 QORMI 16 13 16 15 22 23 26 21 23 11 25 16 227 QRENDI 2 1 0 2 0 1 3 2 0 3 0 0 14 RABAT 8 9 9 13 3 2 5 4 3 7 7 12 82 RABAT - GĦAWDEX 4 0 3 1 3 2 3 6 5 4 1 4 36 SAFI 0 1 0 1 1 1 0 1 0 2 0 2 9 SAN ĠILJAN 15 12 10 6 8 40 100 114 42 44 46 33 470 SAN ĠWANN 3 9 12 4 8 4 9 5 9 7 8 4 82 SAN LAWRENZ - GĦAWDEX 0 0 0 0 1 0 0 1 2 0 0 0 4 SAN PAWL IL-BAĦAR 33 23 19 24 33 45 49 51 32 36 17 20 382 SANNAT - GĦAWDEX 0 1 1 2 0 0 1 0 1 0 1 0 7 SANTA LUĊIJA 0 1 0 3 2 2 2 0 1 0 0 0 11 SANTA VENERA 5 5 7 4 5 2 6 5 5 1 12 6 63 SIĠĠIEWI 2 3 1 1 6 3 2 4 3 3 1 1 30 SLIEMA 14 17 16 8 28 35 17 14 22 16 14 15 216 SWIEQI 2 3 2 4 2 4 4 9 9 5 3 3 50 TA' XBIEX 6 1 8 0 6 6 6 6 5 5 1 2 52 TARXIEN 6 1 4 1 2 2 1 5 4 0 6 3 35 VALLETTA 10 13 12 8 11 11 19 16 9 17 8 21 155 XAGĦRA - GĦAWDEX 1 2 0 2 1 3 2 2 1 2 1 0 17 XEWKIJA - GĦAWDEX 1 4 3 1 1 1 1 1 0 0 1 2 16 XGĦAJRA 3 0 0 1 1 0 1 0 1 2 0 0 9 ŻABBAR 10 9 7 5 3 5 10 6 6 9 14 3 87 ŻEBBUG 9 4 9 15 3 5 8 1 2 4 5 2 67 ŻEBBUG - GĦAWDEX 2 0 3 3 6 1 3 5 5 1 3 0 32 ŻEJTUN 7 5 11 9 5 1 7 2 2 4 7 6 66 ŻURRIEQ 2 1 1 3 5 1 4 2 4 2 4 0 29

Każijiet ta' vjolenza domestika

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 548 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 173, mit-total ta’ 1741 rapport ta’ vjolenza domestika, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn waslu għall-proċeduri fil-Qorti? Kemm minn dawn il-każijiet kienu rapporti ta’ vjolenza fuq nisa? Kemm minn dawk il-każijiet li tressqu l-Qorti, ġew deċiżi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mit-total ta’ 1741 rapport ta’ vjolenza domestika indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija 173, wara li d-dettalji ġew aġġornati manwalment sal-20 ta’ Ġunju, 2022 b’dedikazzjoni ta’ ħafna ħin, peress li dawn ivarjaw regolarment, irriżulta illi wasslu biex tressqu persuni l-Qorti, f’elf ħames mija u tlett (1503) każi. Vittmi fil-każijiet kollha, inkluż dawk li qed jiġu investigati u fejn ma kienx hemm każ, kien hemm elf, erba’ mija u erbgħax (1414) nisa u ħames mija u tmintax (518) irġiel. Mill-każijiet li tressqu l-Qorti, erba' mija u wieħed u disgħin (491) ġew deċiżi.