Eżamijiet għal xufiera ta' vannijiet — dewmien għal-liċenzja
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li jgħaddu mit-test u l-eżami biex isiru xufiera ta' vannijiet iridu jistennew xhur sakemm din il-liċenzja attwalment toħorġilhom u tingħatalhom? Jista' jispjega x'għandha bżonn persuna sabiex tapplika għal din il-liċenzja u x'qiegħed iżomm biex din il-liċenzja iddum daqshekk biex tiġi mogħtija lil dawk li jkunu għaddew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta applikant jkun għadda mit-test tas-sewqan u japplika għal liċenzja tas-sewqan, din tinħareġ madwar tlett ijiem wara.
Jekk is-sewwieq ikun jixtieq isuq vettura għall-ġarr tal-passiġġieri (b’mod kummerċjali) dan ikun irrid jissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (SL.499.56) u jotjeni permess minn Transport Malta. Dan il-permess jinħareg wara li tkun giet verifikata l-kondotta tal-applikant, liema proċess jieħu madwar sitt ġimgħat. Barra min hekk, l-applikant irid ikun issottometta ċ-ċertifikat t’attendenza ta’ taħrig speċifiku.
Jista' l-Ministru jagħti inkoraġġiment biex jiġi organizzat aħjar it-traffiku fi Triq id-Dura, Triq l-Għadajjar u Triq Mitbaħ fiż-żona Santa Margerita l-Mosta? Jista' jsir studju biex forsi jirriżulta li forsi hemm bżonn ta' road marking ħalli l-karozzi jipparkjaw sewwa fil-kaxxi provduti u ssir roundabout jew xi ħaġa oħra ħalli t-traffiku jkun iggwidat kif għandu jġib ruħu huwa u dieħel lejn dan il-Housing Estate?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn huma kollha toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u għaldaqstant naħseb li l-Onor. Interpellant hu f'pożizzjoni aħjar minni biex jinkoraġixxi lill-kunsill lokali biex jorganiżża aħjar it-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' tiġi introdotta l-karozza tal-linja fl-inħawi ta' St. Peters Ħaż-Żabbar u l-madwar kif kienet qabel? Jekk iva, meta se tibda? Minn fejn se tgħaddi?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 29619, ninsab infurmat li fil-preżent m’humiex isiru tibdiliet fir-rotot. Dan sabiex jingħata żmien fejn is-servizz jistabiliżża ruħu. Madanakollu, t-talbiet li qegħdin isiru għal modifiki fir-rotot jew fl-iskedi qegħdin jiġu analiżżati
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett tax-Xatt ta' Bormla, jiġifieri r-riġenerazzjoni ta' din iż-żona, hijiex miexja skont skeda ta' xogħol kif hemm fuq il-kuntratt tal-ftehim?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25646, ninsab infurmat li x-xogħol fuq in-naħa ta' Xatt ir-Risq hu mistenni li jdum bejn xahrejn u tliet xhur aktar milli previst.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzini li huma liċenzjati biex joperaw f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn il-karozzini humiex liċenzjati biex joperaw f'lokalità partikolari jew jistgħu joperaw kullimkien? Jekk huma liċenzjati biex joperaw f'lokalitajiet partikolari, kif inhuma maqsumin dawn il-liċenzji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm total ta' 111-il liċenzja ta' karozzin maħruġa minn Transport Malta. Min għandu liċenzja ta' karozzin jista' jopera kullimkien f'Għawdex u f'Malta (ħlief fiċ-ċentru tal-Belt Valletta).
Mosta — Triq il-Qalbiena Mostin - periklu tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex Triq il-Qalbiena Mostin tiġi rranġata biex ikun fiha inqas periklu tat-tfaffiku? Jista' jniedi studju li jwassal biex jagħti pariri biex jaraw x'għandu bżonn isir biex il-periklu f'din it-triq jitnaqqas? Wara li jkunu saru dawn ir-rakkmandazzjonijiet, jista' jara li dawn jiġu implimentati għall-ġid u s-sigurtà tar-residenti tal-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt it-talba tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Minstru jgħid għaliex inqalgħu l-bollards li kien hemm ġo Hope Street fil-Mosta? Jista' jgħid jekk dawn il-bollards jistgħux jerġgħu jitpoġġew fil-post li kienu peress li dawn kienu qed jipproteġu lir-residenti meta joħorgu fit-triq, mill-karozzi li jinżlu minn din it-triq minħabba li din it-triq hija dejqa wisq u m'hemm ebda spazju biex isiru bankini fuq iż-żewg naħat tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bollards in kwistjoni inqalgħu mill-Kunsill Lokali u dan għaliex ma kienux tat-tip approvat minn Transport Malta. It-twaħħil mill-ġdid tal-bollards hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali li iżda jrid isegwi l-approvazzjoni li kienet ingħatat minn Transport Malta.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones(kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali fuq stationeries
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29899 u ċioe: B'referenza għall-fatt li Transport Malta qed iżżomm €46.50 għal tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan għal 10 snin, flimkien ma' €6 bħala ħlas amministrattiv, jista' l-Ministru jippubblika l-kalkoli speċifiċi li permezz tagħhom waslu għall-ammont tal-ħlas amministrattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar id-dejn ta €41.6 miljun li għandha Transport Malta mal-banek sabiex tħallas il-kumpens li ngħata lix-xufiera tal-karozzi tal-linja antiki u jekk sar fl-2010 kemm minnu tħallas lura lill-bank matul dik is-sena? Jista jgħid kemm kien id-dħul u l-infiq ta' Transport Malta fl-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-loan ta’ €41.6 miljun ittieħdet bejn Lulju u Novembru ta’ din is-sena. L-ebda pagament ma' tħallas lura lill-bank s’issa.
Skont il-
financial statements
awditjati tal-awtorità, d-dħul matul l-2010 kien ta’ €33,743,271 u l-infiq ta’ €31,734,122, b’
surplus
ta’ €2,009,149.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bus shelter fl-entratura prinċipali tal-Isptar Mater Dei titkabbrilha t-tinda minħabba n-numru kbir ta' nies li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29872, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-użu tal-apparat tal-komunikazzjoni li qed jiġi użat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-apparat ewlieni li qed jintuża fl-inħawi msemmija f’mistoqsija parlamentari 29872 huwa dak għal telekomunikazzjoni ċellulari, għal radju privat mobbli (private mobile radio), għal servizzi aeronawtiċi, u għal fixed links.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-marinas li kienu identifikati li jistgħu jsiru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Planning Authority) fis-snin disgħin u li sal-lum għadhom ma sarux? Liema minn dawn is-siti hekk identifikati kienu studjati mill-Awtorità Marittima ta' Malta (qabel) jew minn Transport Malta aktar riċenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28254, fejn jidher li fejn twaħħlu l-ispeed cameras kullimkien kien hemm tnaqqis fi-ispeed tal-vetturi li jgħaddu mill-inħawi indikati, jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilità li f'Malta ukoll jitwaħħlu cameras li mhux bilfors ikunu qed jaħdmu dejjem, iżda li jkunu mwaħħla bħala detriment għal dawk li jabbużaw mis-sewqan? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex waslet il-policy dwar l-ispeed cameras f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-policy dwar l-ispeed cameras se tiġi ppubblikata s-sena d-dieħla. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt dan is-suġġeriment għal kunsiderazzjoni ta' Transport Malta.
Birkirkara — Triq Kanonku Carmelo Pirotta - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol fuq Triq Kanonku Carmelo Pirotta Birkirkara, minħabba li qed jinħoloq inkonvenjent kbir bil-ħofor li fiha din it-triq u l-ilma li qed jinġema' fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni ta’ dik il-parti tat-triq li hi diġà asfaltata taqa’ taħt ir-responsabbilita tal-kunsill lokali.
Rigward il-parti l-oħra, din tkun tista' tiġi kkunsidrata biex issir, meta l-persentaġġ ta’ bini jkun qabeż is-70% li hu benchmark minimu biex triq tkun tista' tinbena.
Birkirkara — Triq Dun Karm Psaila - pjan ta' xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jsir xogħol infrastrutturali fuq ir-roundabout li tinsab fi Triq Dun Karm Psaila Birkirkara biswit Triq Ganu li kontinwament qed tkun kawża ta' ħafna inċidenti stradali u jekk hux qed isir xi studju biex dan il-periklu serju jittaffa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tipprepara l-pjanti u beda l-istudju neċessarju.