Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-operat tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) s’issa, kemm imponiet kanċellazzjonijiet ta' liċenzji l-MFSA (irrespettivament tal-mod kif deskritti) maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid mill-bidu tal-operat tal-MFSA s’issa, kemm imponiet deċiżjonijiet ta' "not fit and proper" lil individwi maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid mill-bidu tal-operat tal-MFSA s’issa, kemm-il darba l-MFSA offriet xi tip ta' settlement lil license holders maqsuma sena b’sena? F'kemm-il ċirkostanza ġew aċċettati tali offerti ta' settlements mil-license holders li lilhom kienet magħmula din l-offerta, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Budget 2021 — Lista ta' benefiċċji mogħtija lill-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’benefiċċji hemm indikati għall-persuni b’diżabilità fil-Budget ta’ din is-sena 2021?’
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċji indikati għall-persuni b’di¿abilità għall-2021 huma dawk imħabbra fid-diskors tal-baġit għall-istess sena.
F’kaz li jkunu jinħtieġu aktar dettalji, dawn jistgħu jintalbu mill-ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu bil-kuntratt? Kemm kien l-għadd fl-2019 u fl-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni li jaħdmu part-time only jew full-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2019 u Settembru 2020. Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni dwar it-tip ta’ kuntratt li jkollhom il-ħaddiema.
Diċembru 2019
Settembru 2020
Full-Time
225,703
231,579
Part-Time Only
35,442
32,136
Total
261,145
263,715
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li huma rreġistrati bħala persuni b’diżabilità, fl-2019, 2020 u 2021, maqsuma xahar xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna b’diżabilità sabet impjieg fis-sena 2019,2020 u 2021? Jista’ jagħti ċifri ta’ persuni b’diżabilità fix-xogħol għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' nisa li kienu fid-dinja tax-xogħol fl-2019, 2020 u 2021? Jista’ jgħid ukoll f'liema oqsma li l-iktar sabu impjiegi dawk in-nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-istess snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumpaniji li jirrifjutaw li jdaħħlu persuni b’diżabilità jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu kontra kumpaniji li jirrifjutaw li jimpjegaw persuni b'diżabilità jew li jħallsu l-kontribuzzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma jittieħdu l-ebda passi kontra dawk il-kumpaniji li jħallsu l-kontribuzzjoni skont il-liġi. Iżda Jobsplus flimkien mal-Lino Spiteri Foundation jikkomunikaw ma’ dawn il-kumpaniji biex jibqgħu jinkoraġġuhom joffru opportunità ta’ xogħol lill-persuni b'diżabilità.
Fl-2015, Jobsplus introduċiet emendi f’l-Att dwar l-Impjeg ta’ Persuni b'Diżabilità, Kap 210. Wara dawn l-emendi, ġie ffirmat ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem u Jobsplus dwar l-implimentazzjoni tagħhom. Jobsplus bdiet proċess biex il-prinċipji ta’ dan il-ftehim jiġu riflessi fil-ligi u b’hekk jibqa jsir l-infurzar ma’ dawk il-kumpaniji li jirrifjutaw li jimpjegaw persuni b'diżabilità u ma jħallsux l-kontribuzzjoni.
Talba lill-Unjoni Ewropea għall-għajnuna lill-AirMalta
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk tul l-2020 saritx talba mill-Gvern Malti u/jew mill-kumpanija AirMalta lill-Unjoni Ewropea biex l-istess Gvern Malti jkun jista' jagħti għajnuna finanzjarja lill-istess kumpanija AirMalta u dan sabiex din tal-aħħar tkun tista' tilqa għall-impatt tal-pandemija? Jekk iva, x'kien l-eżitu s'issa ta' din it-talba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ewwel talba mill-Gvern Malti għal għajnuna finanzjarja lill-Air Malta saret f’Novembru 2020. F’Diċembru 2020, l-Unjoni Ewropea wieġbet b’numru ta’ mistoqsijiet b’mod informali. It-talba formali mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea mistennija ssir sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena. Sadanittant it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti Gvernijiet li jagħtu għajnuna sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji u l-pandemija qiegħda tiġi kkunsidrata bħala avveniment straordinarju li ikkauna disturb ekonomiku serju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-ħaddiema fitters, messaġġiera, drivers u ushers ħarġet il-Jobsplus fl-2018, 2019, 2020 u 2021? Fuq talba ta’ liema entità ħarġu tali sejħiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ sejħiet relatati skont is-snin indikati jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Statistika ta’ persuni ’l fuq minn 50 u 55 li qed jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni ta’ ’l fuq minn 50 sena u ’l fuq minn 55 sena fis-suq tax-xogħol f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala inċentivi li jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat insibu;
1.
L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E),
kofinanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u l-Gvern Malti, li tipprovdi sussidju ta €156.50 fil-ġimgħa sa Settembru 2023, għal kull persuna b'diżabilità ġdida f’impjieg full-time. Fil-kaz ta’impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata.
jew
Jirċievu
inċentiv fiskali
ta’ 25% tas-salarju ba¿iku annwali għal kull persuna b’ diżabilità diġa’ mpjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.
2. Kumpaniji privati li jimpjegaw persuni b’di¿abilità jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill-ħlas tal-
kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
għall-impjegati rreġistrati b’di¿abilità.
Barra mill-inċentivi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tipprovdi servizz ta’ ‘
job carving
’ lil min iħaddem billi tassistih joħloq xogħol addattat għall-persuni b’dizabilità. Barra minn hekk tipprovdi wkoll is-sapport ta’ ‘
job coach’
skont il-ħtieġa biex il-persuna b’dizabilità titgħallem x-xogħol u tintegra fl-ambjent tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex f'kull parti tar-reġistru llum,fl-2019 u fl-2020? Dan in-numru ta’ persuni kemm iġib bħala persentaġġ tan-numru ta’ persuni li jirreġistraw fil-pajjiż kollu? Għal dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, jista' jgħid kemm minnhom ilhom anqas minn 6 xhur jirreġistraw għax-xogħol, dawk li ilhom anqas minn sena, u dawk li ilhom iżjed minn sena jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Reġistrazzjoni ta’ residenza minn Malta għal Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum, qed jaħdmu f'Għawdex illum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma’ jkollhiex informazzjoni dwar kemm kien hemm persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18898, jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward tas-sena 2017 kemm mill-penalitajiet amministrativi mposti għal dik is-sena, fattwalement ġew miġbura mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)? U x’kienet ir-raġuni, jekk parti jew l-ammont kollu s’issa ma ġiex miġbur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta’ penalitajiet amministrattivi mponuti f’din is-sena kienu disgħa (9), li ammontaw għas-somma totali ta’ € 686,774 u l-ebda waħda minnhom ma’ ġiet appellata.
Tmienja (8) minn dawn il-penalitajiet amministrattivi ġew imħallsa filwaqt li multa waħda baqat ma tħallsitx minkejja li l-MFSA ħadet passi biex tirkupra l-ammont dovut.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet fil-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 2534, 11386 u 16597, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Ottubru 2020 sa Jannar li għadda daħlu 27 talbiet simili, li minnhom ġew rrifjutati 15.
Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti viġenti hemm bejn il-Jobsplus u NGOs?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus għandha arranġamenti mal-Caritas, OASI, Richmond Foundation u Inspire biex jassistu gruppi żvantaġġati permezz ta’ servizzi professjonali kif ukoll servizz ta’ ‘mentoring’ lill-job coaches li jaħdmu fil-programm ta’ ‘Sheltered Employment Training’
Dawn l-arranġamenti huma kif spjegat hawn taħt;
Caritas (Malta) u OASI Foundation
Ftehim li għandha Jobsplus mal-Caritas u mal-OASI Foundation jipprovdi assistenza minn professjonisti diversi nkluż sessjonijiet fuq livel personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol li għandhom problemi ta’ droga jew vizzji oħra. Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ taħriġ għal numru ta’ persuni għaddejjin minn programm ta’ riabilitazzjoni. Dan it-taħriġ jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabbilita`, komunikazzjoni, aspetti soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti.
Barra minn hekk, Jobsplus tħallas lil dawn l-NGOs għal kull persuna li jirnexxilhom isibulha xogħol wara t-tmiem tal-imsemmi programm; dan il-ħlas isir tlett xhur wara li jibda l-impieg. L-NGOs jitħallsu wkoll għal sitt xhur moniteraġġ tal-istess persuni li jiġu impjegati permezz ta’ dan il-ftehim.
Richmond Foundation
Ftehim li għandha Jobsplus mar-Richmond Foundation jipprovdi assistenza minn professjonisti nkluż sessjonijiet fuq livel personali lill-persuni li qed ifittxu xogħol li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Dan il-ftehim jinkludi wkoll servizz ta’ ‘mentoring’ skont il-bżonn lill-job coaches li jaħdmu fil-programm ta’ ‘Sheltered Employment Training’ għall-medja ta’ 10 siegħat fil-ġimgħa.
Inspire
Dan il-ftehim jinkludi servizz ta’ ‘
mentoring
’ skont il-bżonn lill-
job coaches
li jaħdmu fil- programm ta’ ‘
Sheltered Employment Training
’ għall-medja ta’ 10 siegħat fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm disabled quota fines (kontribuzzjoni) ġew imposti/miġbura mill-Jobsplus fl-2019 u 2020? Jista’ jgħid ukoll x’kienu n-nuqqasijiet li għalihom kien hemm dawn il-multi, u kemm-il persuna b’diżabilità sabet xogħol ma’ xi waħda minn dawn il-kumpaniji li weħlu l-multa jew qegħdin kontra l-kwota fis-snin 2019, 2020 u 2021 sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2019 inġabru €1,151,600 minn kumpaniji li fl-2018 ma kienux konformi mal-kwota t’impiegi ta’ persuni b’dizabilità skont il-ligi Kapitolu 210 Att dwar l-impieg ta’ persuni b’diżabilità.
Biex jitnaqqas il-piż minn fuq il-kumpaniji kkawżat mill-pandemija COVID-19, fl-2020, Jobsplus ma’ ħarġitx talbiet biex tiġbor il-kontribuzzjonijiet mingħand dawk il-kumpaniji li ma kienux konformi ma’ din il-liġi sal-aħħar tal-2019.
Fl-2019 kien hemm 614 -il kumpanija li ma kienux konformi mal-kwota t’impiegi ta’ persuni b’diżabilità. Matul l-2019 u l-2020 ġew impjegati 195 persuna b’diżabilità, 92 u 103 rispettivament, ma’ xi waħda min dawn il-kumpaniji.
Fl-2020 kien hemm 639 kumpanija li ma kienux konformi mal-kwota t’impiegi ta’ persuni b’ diżabilità. Matul l-2020 ġew impjegati 68 persuna b’diżabilità, ma’ xi waħda min dawn il-kumpaniji.