Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tas-settlement li tħallas u/jew qed jiġi propost li jitħallas lill-vittmi tal-inċident “Paqpaqli għall-Istrina” inkluż kemm minn dan is-settlement qed jitħallas mill-assiguratur taħt il-polza tal-assigurazzjoni f’isem il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) u kemm qed jitħallas mill-gvern?
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-polza tal-assigurazzjoni għall-avveniment “Paqpaqli għall-Istrina” kenitx f’isem il-MCCFF jew f’isem entità governattiva? Jekk il-polza ħarġet f’isem Ministeru, aġenzija jew entità oħra governattiva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ min kien l-assiguratur u l-premium li kien imħallas?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi ma kienx involut la fl-organizzazzjoni tal-avveniment u lanqas fix-xiri tal-polza.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kundizzjonijiet ta’ ħlas u perkaċċi għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala konsulent tiegħu? Jista’ jgħid x’inhu xogħlu u minn meta beda jagħti tali konsulenza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li l-kuntratt tal-individwu msemmi mal-Ministeru għall-Finanzi huwa fuq bażi definit ta’ 35 siegħa fil-ġimgħa, liema remunerazzjoni hija bbażata fuq is-salarju u benefiċji ta’ uffiċjal pubbliku fuq Skala 4.
Huwa beda fl-14 ta’ Jannar, 2016 u ġie inkarigat biex jagħti konsulenza finanzjarja u amministrattiva fid-Dipartiment tad-Dwana.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn f’ħafna mill-korrispondenza li tintbagħat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi fosthom avviżi ta’ likwidazzjoni, m’hemmx il-postcode inkluż fl-indirizz u dan meta fl-aħħar snin saret ħafna enfasi biex tintuża l-postcode?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-indirizz tal-korrispondenza li tinbagħat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, il-postcode ma jitnizzilx f’dawk il-kazijiet biss fejn il-persuna ma tkunx infurmat lid-Dipartiment bil-postcode tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il stedina rċieva, mill-2013, biex jattendi festini u/jew riċevimenti ta’ anniversarji ta’ żwieġ, jew ta’ żwieġ, mingħand sidien azzjonisti jew diretturi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji regolati mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), u liema minnhom attenda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant din l-informazzjoni ma tinġabarx.
Ministeru għall-Finanzi – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2013, il-Ministeru għall-Finanzi ma ħatar l-ebda bord ta’ inkjesta skont kif jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 727 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista’ l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?
Regolamenti dwar il-Programm ta’ Malta dwar Residenza u Visa – nuqqas ta’ konformità
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar, kemm-il darba eżerċita s-setgħa mogħtija lilu b’mod konġunt mal-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar sabiex flimkien jaħfru xi nuqqas ta' konformità ma' xi waħda mill-kondizzjonijiet imniżżla fis-subregolament 9 (1) tar-Regolamenti dwar il-Programm ta’ Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18)? Jista' jgħid għal kull darba li eżerċita din is-setgħa mogħtija lilu, x'kienet il-kondizzjoni li dwarha ġiet maħfura n-nuqqas ta' konformità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2017 sad-data tal-lum, ma kien hemm ebda kaz skond kif inhu mnizzel fil-kondizzjonijiet tas-subregolament 9 (1), tar-Regolamenti dwar il-Programm ta’ Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18).
Disposable income — Nefqa ta’ familji li jgħixu f’Malta u f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-disposable income ta' familja li tgħix f'Malta u kemm huwa l-istess disposable income ta' familja li tgħix f'Għawdex skont l-aħħar statistika li għandu l-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid x’inhi n-nefqa medja ta' familja li tgħix f'Malta u l-istess nefqa medja ta' familja li tgħix f'Għawdex ukoll skont l-aħħar statistika li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul – kopja tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni interni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7138 u jgħid x’inhu l-eżitu u l-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet interni li saru mill-Ministeru dwar il-kuntratt li ntrebaħ biex tinbena blokka ta’ swali ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista’ jpoġġi kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda investigazzjoni nterna kif qiegħed jgħid l-Onorevoli Interpellant, iżda ntalab rapport intern minngħand id-Direttur tal-Kuntratti, bi spjegazjoni dwar il-proċess li sar fl-għoti ta' din il-konċessjoni.
Ministeru għall-Finanzi — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi fil-Mistoqsija ma wettaq ebda xogħol ta konsulenza mal-Ministeru għall-Finanzi u ma l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid, jekk l-iskema tal-irtirar, hijiex se tkun back-dated, sabiex b'hekk tkompli tħajjar aktar persuni jaħdmu għal benefiċċju tal-pensjoni mas-settur pubbliku, biex l-iskema tibda taħdem mill-2017 biex tiġi parti mas-settur privat u biex ma jkunx hemm inġustizzja skont kif anki kiteb l-Ombudsman kif jidher fiż-żewġ dokumenti li qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miżuri tal-Baġit 2019 jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ta' Jannar 2019.
Diskriminazzjoni abbażi ta’ sess fi skemi ta’ sigurtà soċjali
Question
Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara jew raġel u eżempju ta’ dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta "€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġjaw l-introjtu tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibli?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ġiet Malta fl-aħħar sentejn, liema banek lokali spezzjonat u d-data ta’ kull żjara?
Jista' l-Ministru jgħid, skont l-aħħar statistika li għandu, kemm hi l-paga medja f'Malta? Jista' jgħid għall-istess perjodu kemm hi l-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex? Jekk hemm diskrepanza, jista' jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex din tiġi eleminata flok tiżdied?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-aħħar Baġit li kienet tgħid "Se nagħtu iktar inċentivi biex jinħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat f’Għawdex billi għal kull impjegat li jiġi offrut kuntratt ta’ tliet snin jew iżjed, tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €6,000", ġietx imwettqa? Jekk iva, meta daħlet fis-seħħ? Kemm ibbenifikaw minn din l-miżura u kemm ħareġ flus sal-lum fuq din il-miżura l-Gvern?
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għamlet użu minnhom minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz, ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Kemm tħallsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati biex jipprovdu dan is-servizz l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-eks ħaddiema tal-Gas Board (li fl-1977 ġiet tagħmel parti mill-Enemalta) jingħataw kumpens finanzjarju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.