Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju għal kull tifel li jgħix f’Out-of-Home Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-sussidju li jagħti l-Gvern għal kull tifel li jgħix f’Out-of-Home Care? Jista’ jgħid jekk dan jiżdiedx skont l-għoli tal-ħajja? Jista’ jgħid meta kien l-aħħar li żdied?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-allowance imħallsa għal kull tifel jew tifla li jiġu fostered hija ta’ €70 fil-ġimgħa. Din l-allowance ma tiżdiedx skont l-għoli tal-ħajja iżda tiżdied permezz ta’ miżura fil-budget annwali. Fil-fatt, l-aħħar żieda ngħatat fl-aħħar budget imħabbar għas-sena d-dieħla u bis-saħħa ta’ tali żieda, din l-allowance ser tiżdied bi €30 fil-ġimgħa għal €100 fil-ġimgħa.

Sussidju ta’ djar residenzjali tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sussidju ta’ djar residenzjali ta’ tfal tvarjax bejn dar residenzjali u oħra, meta wieħed jieħdu per capita?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jgħin lil diversi djar tat-tfal permezz ta’ Public Social Partnerships. Din l-għajnuna monetarja kif ukoll f’servizzi, tvarja skont il-bżonnijiet tad-djar, il-bżonnijiet tal-klijenti, is-servizzi professjonali li d-dar għandha bżonn tipprovdi skont il-ħtiġijiet tal-klijenti tagħha u kif ukoll in-numru ta’ klijenti li jirrisjedu jew jagħmlu użu mis-servizzi tad-dar residenzjali . Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi, kull dar residenzjali u istituzzjoni tat-tfal, titħallas għal kull tifel u tifla, il- Foster Child Allowance ; liema benefiċċju jammonta għal €70 fil-ġimgħa għal kull tifel/tifla. Is-sena id-dieħla dan il-benefiċċju ser ikun qiegħed jiżdied minn €70 għal €100 fil-ġimgħa, skont kif imħabbar fl-aħħar baġit.

Children’s Allowance – nefqa annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa annwali fuq Children’s Allowance u x’persentaġġ tfisser fuq in-nefqa mill-baġit kollu allokat għas-servizzi soċjali f’pajjiżna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2691.

Kirjiet t'akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet t'akkomodazzjoni soċjali li ġew miftehma qabel Ġunju tal-1995?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex l-informazzjoni mitluba dan għaliex kien biss fl-2007 li l’Awtorità tad-Djar ingħatat ir-responsabbilita’ tal-akkomodazzjoni soċjali.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2687 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru u jagħti d-dettalji kollha tagħhom inkluż jekk hux part time jew full time, il-pakkett finanzjarju tagħhom u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2684 u ċjoe: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi li l-Gvern introduċa minn Ġunju 2017 sal-lum il-ġurnata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fl-1 ta’ Settembru 2017 l-Awtorita’ tad-Djar varat skema fejn sidien ta’ proprjeta` privata u vojta jistgħu jikru l-proprjeta` tagħhom lill-Awtorita` għal 10 snin sabiex l-istess proprjeta` tiġi allokata lill-persuni fuq il-waiting list għall-akkommodazzjoni soċjali. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar ser tħallas lis-sidien, kera fis-suq miftuħ, waqt li ser tissussidja b’rata għolja l-kera lill-applikanti li ser jiġu allokati lilhom dawn il-fondi. Bħala estensjoni tal-iskema ta’ self mill-APS Bank lill-persuni bi dħul baxx, matul l-2018, l-Awtorita` tad-Djar ser tkun qiegħda taħdem mal-Bank of Valletta sabiex dan jagħti self lill-klijenti li jkun ikopri l-ammont kollu tal-prezz waqt li l-Awtorita` ser tgħin bl-għoti ta’ sussidju li jlaħħaq għal €2,000 fis-sena fuq il-pagament tas-self. Skema oħra li l-Awtorita` tad-Djar qiegħda taħdem fuqha hija l-iskema fejn is-sidien ta’ proprjeta` privata jintalbu joffru proprjeta` li jkollha bżonn xi rranġar u titjib, u fejn wara li jsiru dawn ix-xogħlijiet neċessarji, l-istess proprjeta` tinkera lill-Awtorita` tad-Djar għal perjodu ta’ 10 snin. Permezz ta’ din l-iskema, l-Awtorita` tad-Djar tkun tista’ tikri din il-proprjeta’ lin-nies fuq il-lista ta’ stennija għall-akkommodazzjoni soċjali. L-għotja taħt din l-iskema ser tlaħħaq għall-€25,000.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-Segretarjat Parlamentari imsemmi minnu, ma kienx parti mill-portafoll tal-Ministeru matul il-leġislatura li għaddiet.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 360.

Skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi li l-Gvern introduċa minn Ġunju 2017 sal-lum il-ġurnata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru u jagħti d-dettalji kollha tagħhom inkluż jekk hux part time jew full time, il-pakkett finanzjarju tagħhom u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

White Paper dwar is-suq tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata l-White Paper dwar is-suq tal-kera li saret referenza għaliha mis-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali l-Onor. Roderick Galdes?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-White Paper dwar is-suq tal-kera hija maħsuba li tkun ippubblikata fl-ewwel kwart tas-sena 2018.

Children’s allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt is-16-il sena li l-ġenituri tagħhom huma ntitolati għal Children's Allowance? Kemm minn dawn huma Maltin? U kemm huma barranin? Mill-ġenituri li huma ntitolati għal Children's Allowance, kemm minnhom huma koppji u kemm minnhom huma single? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa annwali taċ-Children's Allowance u minn liema fond jitħallas? Jista’ jgħid in-nefqa annwali kemm hi bħala persentaġġ fuq l-ammont globali/budget allokat għas-servizzi u għal għajnuna soċjali mmirati lejn il-familja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej: 1. In-numru ta’ tfal taħt is-16-il sena li l-ġenituri tagħhom huma intitolati għal Children's Allowance huwa ta’60,901; 2. Minn din iċ-ċifra, in-numru ta’ tfal Maltin huwa ta’ 59,485 filwaqt li n-numru ta’ tfal barranin huwa ta’ 1,416; 3. In-numru ta’ ġenituri li huma eliġibbli għal din l- allowance huwa ta’ 40,435 li minnhom, 29,060 huma ġenituri koppja filwaqt li 11,375 huma ġenituri single; 4. In-nefqa għas-sena kurrenti sal-aħħar ta’ Novembru għal din l- allowance hija ta’ €38,149,082 u titħallas mill-ammont ivvutat għal benefiċċji mhux kontributorji. 5. In-nefqa għal din l-allowance bħala perċentwal tan-nefqa għall-benefiċċji soċjali mhux kontributorji sa Novembru hi ta’ 23.45%.