Università ta’ Malta – persuni li kienu qed jagħmlu xogħol amministrattiv — riżenji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kienet qegħda tagħmel xogħol amministrattiv fl-Università ta’ Malta rriżenjat mill-post tax-xogħol tagħha bejn Jannar 2016 u Settembru 2017 u x’kien il-posting tagħhom meta taw ir-riżenja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi:
Post
Għadd ta' persuni
Administrative Assistant
8
Administrative Officer
2
Childcare Assistant
3
Clerk
29
Executive Officer
13
Graduate Trainee
8
Library Assistant
2
Childcare Manager
1
Senior Dental Surgery Assistant
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ lecturers ġodda li ġew impjegati fil-Higher Secondary bejn Jannar 2013 u Settembru 2017, u jindika l-ismijiet, il-kwalifiki, il-grad ta’ impjieg u s-suġġett li huma qegħdin jgħallmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ għalliema ġodda li ġew impjegati fil-Higher Secondary bejn Jannar 2013 u Settembru 2017 hu ta’ ħamsa. Tlieta jgħallmu s-Systems of Knowledge, wieħed il-Classical Studies u l-persuna l-oħra l-Accounts.
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont il-protezzjoni tad-data, l-ismijiet tal-impjegati ma jistgħux jingħataw.
Mosta — Campus tal-Institute for the Creative Arts – xogħol ta’ infrastruttura, manutenzjoni, tkabbir jew tisbiħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xoghol ta’ infrastruttura, manutenzjoni, tkabbir jew tisbiħ sar fuq il-campus tal-Institute for the Creative Arts fil-Mosta matul is-snin 2015, 2016 u 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-proġetti li saru fl-Istitut għall-Arti Kreattiva f’dawn l-aħħar tliet snin huma kif se nsemmi:
Journalism studio
Wasal fl-istadju finali tiegħu xogħol strutturali estensiv li sar sabiex inħoloq l-istudio mgħammar b’apparat speċjalizzat għall-istudji tal-Ġurnaliżmu. Dan ix-xogħol se jkun lest dan ix-xahar.
Fine Arts Studio
Sar xogħol ta’ żebgħa u tikħil f’din il-binja, kif ukoll xogħol ta’ natura strutturali.
Kmamar għall-Counselling
Parti tal-Istitut ġiet mibdula f’żewġ kmamar li jistgħu jintużaw għal counselling, b'waiting room żgħira bejniethom. B’hekk l-istudenti jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz f’zona tal-Istitut iktar privata biex tiġi rispettata l-kunfidenzjalità.
Tinda
Fil-bitħa prinċipali tal-Istitut twaqqfet tinda biex tintuża mill-istudenti waqt li jkunu qed jużaw il-bitħa fil-ħin liberu tagħhom
Xogħol ta’ tibjid
Sar xogħol ta’ tibjid f’ħafna kmamar u fil-kurituri kollha tal-Istitut.
Iktar seating fl-ispazji miftuħa
Twaħħlu numru ta’ seats ġodda fl-ispazji miftuħa tal-Istitut għall-użu tal-istudenti.
Performing Arts Studio
Fl-aħhar tas-sajf beda proġett biex ikollna studio għall-kors tal-arti performattiva. L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, jiġifieri l-flooring, ħa jingħalaq f’Diċembru.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ membri tal-bordijiet ta’ entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri li qed jiffurmaw id-diversi bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u dak tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji hekk kif inhuma komposti f'Settembru 2017? Jista’ jgħid xi ħlas jew perkaċċi oħra qed igawdu dawn il-membri, u jgħid jekk ġewx maħtura wara sejħa pubblika jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet ta’ entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-membri li jiffurmawhom hekk kif huma komposti sa l-aħħar ta’ Settembru 2017. Jien infurmat li mil-lista li qed nipprovdi ma kien hemm l-ebda ħatra li saret wara sejħa pubblika.
Infurmat ukoll li minħabba li l-policy għall-ħlas tal-membri tal-bordijiet tal-entitajiet fi ħdan il-MEDE inbidlet dan l-aħħar (u dawn il-bordijiet kienu qed jinħatru f’dawn il-ġimgħat), ir-rati tal-ħlas skont kriterji ġodda għadhom qed jiġu maħdumin. Inkun nista' nagħti aktar tagħrif dwar dan fil-ġimgħat li ġejjin.
Attachments:PQ 1312 - MEDE - Lista ta' membri tal-bordijiet ta' entitajiet.pdf
Lista ta’ skejjel statali – xogħol ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ skejjel statali f’Malta u Għawdex li fihom sar xogħol ta’ manutenzjoni matul is-Sajf 2017? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-kumpaniji jew l-individwi li għamlu dan ix-xogħol, skola skola, x’tip ta’ xogħol sar u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol skola skola, u kif ġew magħżula l-kuntratturi/ħaddiema li wettqu dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ skejjel statali f’Malta u Għawdex li fihom sar xogħol ta’ manutenzjoni matul is-Sajf 2017 flimkien mal-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Attachments:PQ 1313 - Xogħol ta' Manutenzjoni fl-Iskejjel Statali bejn Lulju u Settembru 2017.pdf
Statistika dwar il-popolazzjoni studenteska fl-iskejjel kollha
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar il-popolazzjoni studenteska fl-iskejjel kollha tal-istat, tal-knisja u indipendenti matul is-sena skolastika 2017-2018? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skola skola għat-tliet setturi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-iskejjel tal-Istat. Rigward l-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, infurmat mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li għadu fi stadju primatur sabiex il-MEDE jkollu din l-informazzjoni f’dan iż-żmien tas-sena. Din l-informazzjoni aġġornata tkun qed tinġabar mill-iskejjel rispettivi u b’hekk tista’ tingħata sal-aħħar ta’ Novembru 2017.
(
Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 698 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 51 nhar it-Tnejn 13 ta' Novembru 2017)
Fid-dawl ta’ statistika ppubblikata reċentement li 34% persuni jgħaddu mill-eżami tal-Matrikola, jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra liema miżuri u inizjattivi qed jittieħdu biex aktar studenti jiksbu dan iċ-ċertifikat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li f’Mejju/Ġunju 2017 resqu għall-eżamijiet f’livell Intermediate u/jew Advance 4,019-il student, li minnhom 1,399 ġabu l-Matriculation Certificate (34%) f’din is-sessjoni tal-eżamijiet. Numru ta’ studenti mill-4,019 li qagħdu għal dawn l-eżamijiet għamlu hekk f’suġġett wieħed jew aktar sabiex jgħaqqdu l-Matriculation Certificate li kienu bdewh f’sessjoni ta’ qabel. Numru ta’ studenti oħra qagħdu għas-sessjoni ta’ Settembru 2017 u għaqqdu l-Matriculation Certificate.
Student jista jgħaqqad il-Matriculation Certificate fuq perjodu ta’ ħames snin mill-ewwel darba li joqgħod għall-eżamijiet.
Il-kumitat li għamel l-analiżi u ħareġ ir-rapport dwar it-Tagħlim fil-Post Sekondarja se jkun qiegħed jitlaqqa’ sabiex jagħmel rakkomandazzjoni f’dan is-settur.
Barra minn hekk, tajjeb infakkru li wara l-pubblikazzjoni tar-rapport mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Post Sekondarju imsejjaħ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, fil-futur qrib dan l-istess grupp ser ikun qed jevalwa l-feedback u jaħdem fuq rakkomandazzjonijiet li għad irid ikunu maqbula.
Studenti li jkompli l-istudji tagħhom wara l-età ta’ 16-il sena
Question
Jista’ l-Ministru kkonċernat, jgħarraf lil din il-Kamra, liema inizjattivi u miżuri qed jittieħdu biex aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom wara l-età ta’ 16-il sena u dan fid-dawl li statistika ppubblikata reċentement uriet li 12.1% tal-istudenti f’pajjiżna jkomplu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Skont ‘it-Tracer Study’ li s-Servizz Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel (NSSS) fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol, jagħmel kull sena ma’ studenti li jkunu spiċċaw il-11-il sena (Form 5), il-persentaġġ ta’ studenti li komplew bl-istudji tagħhom wara l-età ta’ 16-il sena fit-tmiem tas-sena skolastika 2014/15 (studju li qiegħed fil-proċess ta’ pubblikazzjoni) huwa ta’ 89%. Dan ħareġ mill-istħarriġ li sar f’April 2016.
Tabella nru 1 tirrappreżenta l-popolazzjoni u l-persentaġġ tal-parteċipazzjoni f’dan l-istħarriġ.
Table 1: Number/percentage response by school type
SCHOOL
POPULATION
RESPONDENTS
%
State
2393
2209
92
Church
1480
1461
99
Independent
444
436
98
Total
4317
4106
95
Minn 95% (4106) tal-istudenti li pparteċipaw, 89% (3662) komplew bl-istudji tagħhom kif irrappreżentat f’tabella nru 2.
Table 2: Trends in respondents’ career choices
EDUCATION
WORK
OTHERS
Total
%
Total
%
Total
%
2015
3662
89
238
6
206
5
Niġbed l-attenzjoni li dan il-persentaġġ ta’ 89% huwa ferm ogħla minn dak ta’ 12.1% speċifikat f’din il-mistoqsija parlamentari. Ma kienx speċifikat is-sors minn fejn inġabret l-istatistika ta’ 12.1%, għalhekk l-NSSS iħoss li għandu jipproċedi bit-tweġiba ta’ din il-mistoqsija parlamentari abbażi tal-istatistika miġbura f’dan l-istħarriġ annwali, i.e. it-‘Tracer Study’.
Qegħdin jittieħdu numru ta’ miżuri sabiex jitħeġġu l-istudenti jkomplu jistudjaw wara l-eta ta’ 16-il sena. Primarjament qiegħdin naraw li dak li l-istudenti jkunu qiegħdin jitgħallmu fl-iskola sekondarja jkun relevanti, interessanti u li jwassal għal iktar tagħlim.
F’kull Kulleġġ tal-Istat hemm is-Servizz ta’ Gwida għall-Karrieri (Career Guidance) li jgħinu lill-istudenti sabiex jaħsbu dwar il-karriera futura tagħhom u jiġu mħeġġa sabiex jipproċedu b’xi kors akkademiku jew vokazzjonali wara li jispiċċaw il-Form 5. Dan is-servizz jorganizza l-career exposure experience (CEE) - esperjenza ta’ ġimgħa fuq post tax-xogħol, għall-istudenti ta’ Form 4, il-Walk-In Service kif jispiċċaw il-Form 5 – servizz one-to-one fejn il-career advisor jiggwida lill-istudent b’mod individwali dwar l-għażla fejn se jkompli jistudja wara l-Form 5, il-Career Portfolio li jibda minn Form 3 li tħajjar lill-istudent jibda jaħseb dwar x’ser jagħmel wara l-Form 5, jibda jagħraf il-ħiliet u l-kompetenzi tiegħu u jinvolvi ruħu f’inizjattivi li jkabbru l-portfolio tiegħu sabiex isir aktar konxju dwar id-dinja tax-xogħol, flimkien ma’ żjajjar ta’ orjentazzjoni f’diversi setturi u postijiet tax-xogħol. Isiru inizjattivi wkoll ta’ fieri tal-karrieri kemm fuq bażi ta’ Kulleġġ kif ukoll fuq bażi nazzjonali, bħall-fiera I Choose li ssir għal studenti li spiċċaw il-Form 5 u għal dawk li qegħdin f’livell post-sekondarju u għall-ġenituri tagħhom.
Qegħdin isiru tħejjijiet sabiex f’Settembru 2019, jitnieda l-proġett My Journey, li bih l-istudenti jingħataw aktar għażliet ta’ suġġetti vokazzjonali u applikati. Twaqqfu l-iskola ALP f’Raħal il-Ġdid, l-iskola GEM 16+ fil-Gzira li flimkien ma’ skejjel oħra post-sekondarji qegħdin joffru firxa wiesa’ ta’ tagħlim għall-istudenti. Qegħdin isiru programmi ta’ tagħlim fl-iskejjel sabiex joffru lil student b’diffikultajjiet fit-tagħlim kif ukoll studenti b’talent, ikomplu bl-istudji tagħhom wara s-sekondarja. Fl-MCAST u fl-ITS twaqqfu korsijiet ta’ Foundation sabiex iħeġġu student jkomplu bit-tagħlim fil-livell li jistgħu jaħdmu għalih. Dan minbarra d-diversi programmi oħra akkreditati li jiġu pprovduti sew mid-Direttorati għall-Edukazzjoni f’isem il-Ministeru u l-Istat kif ukoll mill- Privat. Din il-ħidma kollettiva qiegħda ssir sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet, f’kull qasam, għall-aktar studju għall-istudenti wara tmiem is-sekondarja b’rabta sħiħa mal-kunċett ta’ tagħlim tul il-ħajja.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tinbena skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid fejn se tinbena u meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq l-istess skola? Meta hu mistenni li din l-iskola tilqa' l-ewwel studenti fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħed isir ix-xogħol preparatorju fuq il-proġett ta' Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex. Qed jiġu evalwati diversi siti għal din l-iskola primarja, possibbilment fil-kumpless ta’ skejjel fir-Rabat stess. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, iżda l-iskola mistennija tiftaħ f'Settembru 2019.
Jista’ l-Ministru jindika meta hemm il-ħsieb li toħroġ is-sejħa għal-Learning Support Assistants u x’inhuma r-rekwiżiti biex persuna tkun eleġibbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm żewġ sejħiet għal-Learning Support Assistants li dalwaqt ser joħorġu kif ġej:
1. Is-sejħa ta’
Learning Support Assistant I
ħierġa dalwaqt (Novembru/Diċembru 2017)
Rekwiżiti tal-eliġibbilt
à
(i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingli¿a;
(ii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta (
Certificate
), f’Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 30 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti), fl-Edukazzjoni Inklussiva.
2. Is-sejħa ta’
Learning Support Assistant II
ħierġa dalwaqt (Diċembru/Jannar 2017)
Rekwiżiti tal-eliġibbilt
à
(i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża;
(ii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta (
Diploma
), f’Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti), fl-Edukazzjoni Inklussiva.
Infurmat ukoll li s-sejħa ta’ Learning Support Assistant Supplimentari ħarġet u tibqa’ miftuħa sad-29 ta’ Diċembru 2017.
Rekwiżiti tal-eliġibbilt
à
(i) profiċjenti, kemm fil-lingwa Maltija u kif ukoll fil-lingwa Ingliża;
U
(ii) fil-pussess ta’ kwalunkwe kwalifka rikonoxxuta f’livell 6 tal-MQF, (dment li fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru ta’ 2003 ’il quddiem, din għandha tkun suġġetta għal minimu ta’ 180 kredtu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti);
JEW
(iii) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’livell 5 tal-MQF, (dment li fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru ta’ 2003 ’il quddiem, din għandha tkun suġġetta għal minimu ta’ 30 kredtu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti) fl-Edukazzjoni Inklussiva;
U
(a) kwalifika li turi li għaddew
(almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti
f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor;
JEW
(b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti
li jkunu jinkludu
il-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju;
JEW
(iv) fil-pussess ta’ Kwalifika sħiħa rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF, fil-
Health & Social Care, Children’s Play Learning & Development, Children’s Care Learning & Development,
;
U
(a) kwalifika li turi li għaddew
(almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti
f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor;
JEW
(b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti
li jkunu jinkludu
l-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju;
JEW
(v) fil-pussess ta’ kwalunkwe suġġett f’Livell Avvanzat (l-anqas grad E), tal-MQF Livell 4;
U
(a) kwalifika li turi li għaddew
(almenu fi Grad 1-5, Grad C jew komparabbli) f’erba’ (4) suġġetti
f’livell 3 tal-MQF, u li jridu jinkludu l-Malti, il-lingwa Ingliża, il-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor;
JEW
(b) Kwalifika Vokazzjonali sħiħa f’livell 3 tal-MQF, jew il-kwalifika ta’ Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fil-livell 3 tal-MQF, f’erba’ (4) suġġetti
li jkunu jinkludu
l-Malti, il-lingwa Ingliża, u l-Matematika u kwalunkwe suġġett ieħor bħala suġetti separati fi ħdan il-programm ta’ studju.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-SOPs li saru mill-Pulizija u mill-FSWS dwar ħidma biex l-assentejiżmu jonqos fl-iskejjel tal-Istat, u jindika kemm-il tifel jew tifla ingħataw servizz mill-FSWS għal dan ir-rigward u x'tip ta' servizz ingħataw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iStandard Operating Procedure (SOP) li sar mal-Pulizija dwar ħidma biex l-assenteiżmu jonqos fl-iskejjel tal-Istat hu dan li ġej:
1. Il-Pulizija jassistu lill-ħaddiema soċjali f’sitwazzjonijiet meta, minkejja kull intervent possibbli, ma jirnexxilhomx jagħmlu kuntatt ma’ ġenituri ta’ tfal li qed ifallu l-iskola.
2. Il-Pulizija jinfurmaw lill-ħaddiema soċjali fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport Għall-Iskejjel meta fil-ħidma tagħhom jiltaqgħu ma’ tfal bl-uniformi fit-triqat waqt il-ħin tal-iskola.
3. Meta l-ħaddiema soċjali flimkien mal-iskola jidentifikaw tfal barranin li ġejjin minn pajjiżi barra l-UE li fallew aktar minn 50 ġurnata konsekuttiva mingħajr awtorizzazzjoni u li għandhom suspett li telqu mill-pajjiż, jibagħtu d-dettalji ta’ dawn l-istudenti lill-pulizija li min-naħa tagħhom ifittxu informazzjoni dwar il-moviment tal-istudent u l-familja tiegħu.
L-SOP mal-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) dwar ħidma biex l-assenteiżmu jonqos fl-iskejjel tal-Istat hu kif ġej:
1. Tinżamm komunikazzjoni regolari bejn il-ħaddiema soċjali tal-FSWS u dawk tad-Direttorat tal-Edukazzjoni dwar klijenti komuni permezz ta’ telefonati, imejls u laqgħat mill-inqas darba kull term.
2. Meta jsir referral ta’ student li qed ifalli u/jew tal-familja tiegħu biex tingħata għajnuna relatata mar-raġunijiet li qed iwasslu għall-assenteiżmu dawn jingħataw prijorità meta jiġu allokati l-każijiet lill-ħaddiema soċjali fi ħdan l-FSWS. Dan japplika l-aktar għal servizzi speċjalizzati u terapewtiċi.
3. Meta tfal qed ifallu minħabba li qed isofru xi abbuż jiġi applikat l-MOU li tnieda bejn iż-żewġ entitajiet fl-2016.
Ta’ min jinnota li matul is-sena skolastika 2016-17 kien hemm 104 każijiet fil-primarja u 70 każ fis-sekondarja li nħadem bejn il-ħaddiema soċjali tad-Direttorat għall-Edukazzjoni flimkien mal-ħaddiema soċjali tal-FSWS. It-tabella ta’ hawn taħt tindika kemm inħadmu każijiet kemm tal-primarja kif ukoll tas-sekondarja mas-servizzi rispettivi tal-FSWS:
Servizzi tal-FSWS
Numru ta’ Studenti tal-Primarja
Numru ta’ Studenti tas-Sekondarja
Child Protection Services
69
35
Community Services
13
9
IFSS
8
12
Domestic Violence Services
4
3
Youth in Focus
N/A
7
Support Line 179
1
Homebased Therapy Service
3
2
Looked after Children
1
2
Adoption Services
1
Fostering Services
1
Court Services
2
Home Start
1
TOTAL
104
70
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid x’inhuma l-linji gwida dwar studenti barranin li ma jkunux qed jattendu għal iżjed minn 25 ġurnata mingħajr awtorizzazzjoni u jindika minn min qegħdin jiġu mwettqa dawn il-linji gwida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linji gwida dwar studenti barranin li ma jkunux qed jattendu għal iżjed minn 25 ġurnata mingħajr awtorizzazzjoni u min qed iwettaqhom huma dawn li ġejjin:
1. Il-ħaddiema soċjali jidentifikaw dawn l-istudenti waqt l-eżerċizzju ta’ moniteraġġ tal-attendenza tal-istudenti kollha li ssir fuq bażi regolari f’kull Kulleġġ. Huma jiddiskutu kull student mal-iskola kkonċernata biex janalizzaw x’ħidma diġà saret magħhom. Wara jagħmlu kuntatt mal-familja permezz ta’ viżta d-dar. Jekk din tkun mingħajr suċċess tintbagħat ukoll ittra reġistrata lill-familja tal-istudent fejn jintalbu jagħmlu kuntatt magħhom jew mal-iskola fi żmien stipulat.
2. Fil-każ ta’ studenti mill-pajjiżi tal-EU li wara l-ħidma msemmija f’punt numru 1 xorta ma jsir l-ebda kuntatt mill-ġenituri u jibqgħu ma jirritornawx l-iskola, wara li jfallu 50 ġurnata konsekuttiva mingħajr awtorizzazzjoni, issir diskussjoni mmexxija mill-kap tal-iskola mal-professjonisti kkonċernati fuq il-każ biex dawn l-istudenti jiġu trasferiti fuq skola virtwali fuq l-E1 platform. Din id-deċiżjoni tittieħed fid-dawl li min-naħa tal-iskola flimkien mal-ħidma tal-ħaddiema soċjali sar minn kollox biex isir kuntatt mal-familja. Din il-proċedura ta’ trasferiment bdiet titwettaq minn Ġunju 2017.
3. F’każ ta’ studenti li mhumiex ġejjin mill-pajjiżi tal-EU li wara l-ħidma msemmija f’punt numru 1 xorta ma jsir l-ebda kuntatt mill-ġenituri u jibqgħu ma jirritornawx l-iskola, wara li jfallu 50 ġurnata konsekuttiva mingħajr awtorizzazzjoni, tintbagħat korrispondenza uffiċjali lill-pulizija skont il-ftehim li ntlaħaq fl-2016 biex jgħarrfu lill-ħaddiema soċjali jekk l-ismijiet identifikati telqux mill-pajjiż jew le. Jekk il-ħaddiema soċjali ma tirċevix risposta fi żmien xahar issir diskussjoni mmexxija mill-kap tal-iskola mal-professjonisti kkonċernati fuq il-każ biex dawn l-istudenti jiġu trasferiti fuq skola virtwali fuq l-E1 platform. Din id-deċiżjoni tittieħed fid-dawl li min-naħa tal-iskola flimkien mal-ħidma tal-ħaddiema soċjali sar minn kollox biex isir kuntatt mal-familja. Din il-proċedura ta’ trasferiment bdiet titwettaq minn Ġunju 2017.
Skejjel – ingaġġ ta’ staff fil-qasam ta’ appoġġ lill-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm staff addizzjonali ġie ingaġġat f’dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tal-appoġġ lill-istudenti fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm staff addizzjonali ġie ingaġġat f'dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tas-sapport lill-istudenti fl-iskejjel qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol — statistika
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ persuni b‘diżabilità li kienu qegħdin jaħdmu fl-aħħar ħames snin, hu kif se nsemmi:
Persuni b’diżabilit
à jaħdmu
2012
1,750
2013
1,877
2014
2,113
2015
2,466
2016
2,764
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għas-sena 2017 tinġabar fl-aħħar tas-sena.
Abbozz ta’ Liġi Regulation for Vocational Training
Question
B’referenza għall-Abbozz ta’ Liġi ntitolat Regulation for Vocational Training, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors ta’ studju se jiġi affettwat b’dan l-abbozz, jekk huwiex se jaffettwa wkoll studenti li diġà qegħdin isegwu wieħed minn dawn il-korsijiet u jekk l-edukaturi humiex se jiġu mitluba jsegwu dan it-tagħlim mhux biss fuq il-kampus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ “Att sabiex jiġi regolat it-Tagħlim ibbażat fuq ix-Xogħol u l-Apprendistati fil-kuntest ta' Programm ta' Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali” tressaq għall-Ewwel Qari fis-seduta ta' nhar it-Tnejn li għadda. Għalhekk għadu suġġett għad-diskussjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem huwa sekondat għal xogħol barra l-iskola u sekondat ma’ għaqdiet, dipartimenti jew postijiet oħra, u jgħid ma min huma sekondati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li wieħed u ħamsin (51) għalliem huma sekondati f’xogħol barra l-iskola. Dawn huma sekondati ma' entitajiet pubbliċi u NGOs, Ministeri u Segretarjati Parlamentari, u għaqdiet sportivi u/jew trejdunjonisitċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' lecturers ġodda li ġew impjegati fl-MCAST bejn Jannar 2017 u Settembru 2017? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet ta' dawn il-lecturers, jgħid x'esperjenza għandhom fit-tagħlim u anki jagħti dettalji dwar il-kwalifiki tagħhom u f'liema korsijiet se jkunu qegħdin jgħallmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' lecturers ġodda li ġew impjegati fl-MCAST bejn Jannar 2017 u Settembru 2017 kien ta' 14. Il-korsijiet li qed jgħallmu huma:
Project Management in Construction and the Build Environment
Sport
Fiżika
Matematika
Xjenza
Health and Social Care
Saħħa
Inġinerija Mekkanika - Manifattura
Malti
Imprenditorija
Edukazzjoni Inklussiva
Snin Bikrin
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. interpellant li skont il-protezzjoni tad-data, l-ismijiet tal-impjegati ma jistgħux jingħataw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ lecturers ġodda li ġew impjegati fl-Università ta’ Malta bejn Jannar 2013 u Settembru 2017, u jindika l-ismijiet, il-kwalifiki, il-grad ta’ impjieg, u f’liema fakultà qegħdin jaħdmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' resident academics li ġew impjegati mill-Università ta' Malta bejn Jannar 2013 u Settembru 2017 huwa kif jidher fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra..
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont il-protezzjoni tad-data, l-ismijiet tal-impjegati ma jistgħux jingħataw.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat Strateġija u Sapport u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-individwu u d-ditta legali li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament, ma ngħataw l-ebda xogħol u/jew kuntratti fil-perjodu bejn l-1998 u l-2013.