Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24933 u jgħid kemm irriżenjaw LSEs (f'kull scale) fl-ewwel term tas-sena skolastika 2024/2025 u li kienu impjegati fl-Iskejjel tal-Istat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm total ta’ 2,539 LSEs, 348 Supply LSEs. Din is-sena skolastika rriżenjaw 23 LSE u ġew ingaġġati 70 LSE ġdid.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24206 u 24579 u jikkonferma jekk ir-rapport finanzjarju tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) għas-sena 2022 għadu ma ġiex ippreżentat minħabba li ċ-Chairman qed jirrifjuta li jaċċetta l-Management Letter tal-awdituri mqabbda mill-istess Awtorità? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi raġuni oħra jew għalfejn dawn ir-rapporti għadhom ma ġewx ippreżentati minkejja li l-awdituri ilhom xhur sħaħ li lestew l-audit u ppreżentaw il-Management Letter?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skejjel tal-Istat — Kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24895 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7593, 11521, 11811, 12287 u 24895 jista' Ministru jgħid jekk minn meta rrisponda l-aħħar mistoqsija, u ċjoè fis-17 ta' Ottubru 2023, kienx hemm xi istruzzjonijiet ġodda dwar ir-rati li qed jiġu ċċarġjati mill-iskejjel tal-Istat għall-kiri tas-swali tal-iskejjel lil għaqdiet volontarji u li ma joperawx għal qligħ? F'każ illi fl-affermattiv, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istruzzjonijiet il-ġodda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24939 u jgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel tal-Istat fil-livell medju/sekondarju li qegħdin jgħallmu aktar mill-massimu li tippermetti l-load u jitħallsu għal kull lezzjoni żejda? Jista' jgħid f'liema suġġetti dan qed isir u x'inhi r-remunerazzjoni għal kull lezzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Università ta’ Malta – lectures kanċellati — rendikont
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24936 u jgħid jekk jinżammx rendikont dettaljat tal-lectures li jiġu kkanċellati jew posposti matul is-sena akkademika fl-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24930 u jgħid kemm-il għalliem/a jinsabu fuq long-sick leave fil-perjodu li fih qed issir din il-mistoqsija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
MCAST – studenti tat-tieni sena li rriżenjaw minn korsijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24938 u jgħid kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu jinsabu fit-tieni sena mill-perjodu ta' Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
MCAST – studenti tal-ewwel sena li rriżenjaw minn korsijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24937 u jgħid kemm-il student/a rriżenja/t minn korsijiet li kienu qegħdin isegwu fl-MCAST u li kienu għadhom fl-ewwel sena mill-perjodu ta' Ottubru tal-2024 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema korsijiet kienu qegħdin isegwu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21319 u 23019 dwar l-istrateġija mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li sar fuq kull rakkomandazzjoni tal-istrateġija, rakkomandazzjoni b’rakkomandazzjoni u inizjattiva b’inizjattiva u d-dati ta’ meta sar dak ix-xogħol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istrateġija ġiet imnedija f’Lulju tal-2024 u l-implimentazzjoni tagħha minn naħa tal-MFHEA hija kontinwa.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24777 u jgħid jekk is-software Clicker għadux jintuża għat-tagħlim ġewwa pajjiżna? Jekk iva, fejn jintuża? Jekk le, għala twaqqaf?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Vjaġġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni?
(b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament?
(c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru?
(d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ?
(e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Ninfurmah li l-iskop għal safar uffiċjali jkun marbut ma’ laqgħat ma’ Ministri ta’ Gvernijiet oħrajn, laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċjali bħala Ministru tal-Gvern. L-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-“Manual on Transport andTravel Policies”, li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għar-rigward tat-tul ta' żmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż.
SenaNumru ta’ vjaġġi uffiċjali
20228
20237
20247
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2023/2024 u l-bidu tas-sena skolastika kurrenti, kemm kien in-numru ta' tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenefikaw minn servizzi tal-Breakfast Club u Klabb 3-16 li jingħataw fl-istess skola fejn jattendu? Kemm minnhom kienu barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tat-tfal li jattendu fl-iskejjel primarji tal-Gvern li bbenfikaw mis-servizz tal-Breakfast Club għas-sena skolastika 2023/2024 huwa ta’ 9,799 li minnhom 1,847 kienu barranin u għas-sena skolastika 2024/2025 sa’ Diċembru 2024 qed jibbenefikaw 9,716 u li minnhom 1,977 huma barranin.
Fir-rigward tal-klabb 3-16 ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2023/2024 it-total ta’ tfal li bbenefikaw minnha kien ta’ 7,015 li minnhom 1,817 kienu barranin filwaqt li għal din is-sena skolastika it-total s’issa hu ta’ 6,613 li minnhom 1,725 huma barranin.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi.
Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24391 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija matul is-sena 2025? Jista’ jgħid kemm hemm maħsub li jintefqu flus għal din l-estensjoni għas-sena 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Apparti li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20402, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi li jiġu mgħoddija lill-Università ta’ Malta, jiġu amministrati minnhom stess.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex konkluż ir-rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, liema rapport kien ippjanat li jkun ippubblikat f'Diċembru 2024? Jekk konkluż, jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rapport għadu qed jiġi evalwat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25015 u jgħid għaliex l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed jiġi mċaħħad mid-dritt tiegħu li jattendi l-iskola minħabba li m’hemmx LSE għalih? Jista’ jgħid meta se tiġi riżolta din il-problema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.