Jista' l-Ministru jgħid każ b’każ, kemm-il penalitajiet amministrattivi (administrative fines) ġew imposti mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fir-rigward tal-ksur ta’ liema dispożizzjonijiet tal-liġi ġew imposti, u kemm minn dawn il-penalitajiet imposti ġew miġbura (imħallsa) minn meta twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) f’Mejju 2011 sad-data ta’ meta qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infumrat li fis-sena 2011 minflok l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi, skont l-artikolu 100 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (iżjed ‘l quddiem imsejjaħ l-Att) inkisbet il-konformità volontarja ta’ żewġ operaturi fil-kamp tat-telekomunikazzjonijiet u dan wara li saret investigazzjoni li waslet għall-konkluzjoni li kien hemm ksur tad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 44 (2) (n), (o), (e), (k), (r) u (s) tal-Att.
Fis-sena 2012 kienu nħarġu ħames (5) Ordnijiet ta’ Tħaris flimkien mar-rispettivi deċiżjonijiet amministrattivi, u f’każ ta’ ksur tal-istess Ordnijiet ta’ Tħaris ġew imposti multi amministrattivi ta’ €5,000 f’kull każ, oltre multi amministrattivi per diem ta’ €120 għal kull ġurnata ta’ ksur f’kull każ. Żewġ (2) operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsmatur, u talbu l-annullament tad-deċiżjonijiet amministrattivi u tal-multi amministrattivi. L-appell tagħhom ġie miċħud, iżda d-deċizjoni amministrattivi hija sub judice peress li hemm appell pendenti mid-deċiżjoni tal-fuq imsemmi Tribunal tal-Appell lill-Qorti tal-Appell. Id-dispożizzjonijiet legali relevanti li fir-rigward tagħhom saru l-investigazzjonijiet u nħargu l-Ordnijiet ta’ Tħaris huma kontenuti fl-artikoli 51B, 51C u 51D tal-Att.
Huwa mistenni li kwalunkwe deċizjoni li tittieħed mill-Qorti tal-Appell tkun ta’ relevanza għas-settur tal-komunikazzjoni kollu.
Fis-sena 2013 it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur ikkonferma deċiżjoni amministrattiva tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur tas-17 ta’ Lulju, 2009 li biha kienet ġiet imposta multa amministrattiva ta’ €2,329.37 li ġiet imħallsa mill-operatur ikkonċernat wara li kien instab responsibbli tal-ksur tal-artikoli 51B, 51C (B) (iv) u 51D tal-Att.
Fis-sena 2015 ġew imposti multi amministrattivi ammontanti għal:
€4700 għall-ksur tal-artikoli 51C, 51D u 51E tal-Att;
€4100 għall-ksur tal-artikolu 51B (4) tal-Att u tal-paragrafu 5 tal-Ewwel Skeda tal-Att.;
€4100 għall-ksur tal-artikolu 51B (4) tal-Att u tal-paragrafu 29 tal-Ewwel Skeda tal-Att;
€20,000 għall-ksur tar-regolament 5 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.17 (Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur), iżda wara l-ħruġ tad-deċiżjoni amministrattiva, l-istess ma setgħetx tiġi notifikata (permezz tal-ittra uffiċċjali ppreżentata fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili skont il-liġi) lill-operatur konċernat peress li wara diversi tentattivi, dan l-operatur ma setax jiġi rintraċċjat.
Fl-istess sena, f’każ ieħor, wara li kien instab ksur tal-artikoli 51B (2) (a) u (b), 51C (b) (iv), 51D (1) u (3) (c) u (d), 44 (1), 45 (1) (a) u (d), u 45 (2) (c) (i) tal-Att u tar-regolament 21 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.17 (Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur), minflok l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi kienet inkiseb il-konformità volontarja tal-operatur konċernat skont l-artikolu 100 tal-Att.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-tmexxija tal-Asset Recovery Bureau?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-membri tat-tmexxija tal-Asset Recovery Bureau huma:
Chairperson: L-Imħallef Joseph David Camilleri
Membri: Superintendent Ian Abilla, fil-kapaċita tiegħu bħala rappreżentant tal-Kummissarju tal-Pulizija
Mr Marvin Gaerty, fil-kapaċita tiegħu bħala Kummissarju tat-Taxxi
Mr Frankie Mercieca fil-kapaċita tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-Qrati Tal-Ġustizzja, Malta
Mr Kenneth Farrugia, fil-kapaċita tiegħu bħala Direttur FIAU
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus jew assi ġew irkuprati mill-Asset Recovery Board fl-2015 u fl-2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Nireferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 256 fejn diġa spjegajt il-progress li sar, qed isir u se jkompli jsir biex ghall-ewwel darba fl-istorja legali ta’ pajjizna jkollna Asset Recovery Bureau (mhux Board) li jharrax il-glieda kontra l-kriminalità.
Nirriferi wkoll għal mistoqsijiet parlamentari numri 637 u 639 dwar entitajiet oħra li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes jew oġġetti u kif dan jigi eżercitat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li twettaq mill-Asset Recovery Bureau mill-2015 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Kien fil-legizlatura li ghaddiet li ghall-ewwel darba tfassal il-pedament legali biex f'pajjizna jkollna Asset Recovery Bureau skont kif inhu mistenni minna bhala pajjiz membru ta' l-Unjoni Ewropea. Minkejja li kienet ilha tinhass il-htiega li jitwaqqaf dan il-Bureau kien biss taht dan il-Gvern li twaqqfu l-pedamenti legali.
Issa l-pass li jmiss u li dan il-Bureau jibda jopera minghajr dewmien.
Wara li nhatar board maghmul minn membri distinti u rispettati hafna, il-Bord beda jiltaqa' regolarment biex ifassal il-policy li fuqha jimxi l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi. Matul din is-sena bħala Chairman ġie maħtur l-Imħallef Joseph David Camilleri u l-Bord iltaqa uffiċċjalment disa’ darbiet.
F’dawn il-laqgħat twal, kompla jsir xogħol preparattiv sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jitwaqqaf u jkun jista’ jibda jopera skont it-termini tal-Avvi¿ Legali 357 tal-2015. Dana anke fid-dawl tad-Deċi¿joni tal-Kunsill tal-U.E. 2007/845/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2007. Fost ix-xogħol li sar fl-aħħar imsemmija disa’ laqgħat, jistgħu jissemmew is-segwenti:
Saru diskussjonijiet dwar il-portata ta’ dan l-Avvi¿ Legali. Ġew meqjusa akkuratament l-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi legali u dawk il-prattiċi fl-eventwalità li l-istess Avvi¿ Legali jinġieb fis-seħħ immedjatament. Ġie deċi¿ li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ biss dawk id-dispo¿izzjonijiet li kienu neċessarji biex jitwaqqaf id-Direttorat u l-strutturi tiegħu, kif maħsub fl-istess Regolamenti. Dawn id-dispo¿izzjoniet ġew identifikati u l-Bord irrakommanda lill-Ministru li jdaħħalhom fis-seħħ immedjatament. Dan effettivament sar fl-1 ta’ Ottubru 2017, tramite l-Avvi¿ Legali 254 tal-2017.
Il-Bord ħejja pjan dettaljat ta’ dak li għandu jsir sabiex id-Direttorat ikun imwaqqaf u jkun jista’ jibda jiffunzjona fil-prattika malajr kemm jista' jkun. Immedjatament hekk kif dan effettivament isseħħ, ir-rimanenti dispo¿izzjonijiet l-oħra tal-Avvi¿ Legali 357 tat-2015 jiddaħħlu fis-seħħ sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jibda jaqdi l-funzjonijiet kollha tiegħu. Irrid nghid li din is-sena l-Bureau inghata line item specifiku fil-Budget li naturalment hu krucjali sabiex din il-mansjoni titwettaq.
F’Mejju li għadda c-
Chairman
tal-Bord ipparteċipa f'seminar fil-Ġermanja, organizzat mill-
Academy of European
Law ta’ Trier, fuq it-tema,
Freezing, Confiscation and Recovery of Assets: Tools and Challenges.
Fl-istess xahar, ic-
Chairman
attenda wkoll konferenza f’Malta fuq it-tema,
The Prevention of Money Laundering and Financing of Terrorism
.
Il-Bord għamel kuntatti utili mal-Uffiċċji simili tal-Irlanda u tal-Olanda, biex il-Membri tal-Bord (u possibilment l-eventwali Direttur ukoll) jagħmlu vi¿ita ta’ orjentazzjoni
,
fl-Uffiċċji rispettivi tagħhom. L-iskop prinċipali tal-vi¿iti huwa li tinkiseb esperjenza prattika f’dan ix-xogħol, li jkun hemm aġġornament fuq l-aħjar prattiċi li qiegħdin jintu¿aw minn dawn l-Istituzzjonijiet barranin. Huwa maħsub li l-istess vi¿ita sejra tkun utili biex jinkiseb tagħrif li jista’ jwassal ghal titjib fid-dispo¿izzjonijiet tar-Regolamenti Maltin.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — defibrillator
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Rigward ministeri oħrajn nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri ikkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-isem tal-Gran Castello Historical House ġie mibdul diversi drabi filwaqt li ftit li xejn ma ġie ammeljorat ġewwa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dak li kien imsejjaħ Mużew tal-Folklor fiċ-Ċittadella ta’ Għawdex biddel ismu għal Gran Castello Historic House sabiex jirrifletti l-bidliet li saru fih bħala parti mill-proġett taċ-Ċittadella ko-finanzjat mill-ERDF. Apparti x-xogħol infrastrutturali u konservazzjoni estensiva tal-kollezzjoni, nistieden lill-Onor Interpellant sabiex imur jara b’għajnejh it-tibdil li sar f’dan il-mużew, li jinkludi esperjenza ġdida li tiffoka fuq il-kwartieri domestiċi permezz ta’ oġġetti ġodda għall-wiri, diskussjoni ta’ temi differenti, u għadd ta’ għodda ta’ interpretazzjoni ġodda fosthom tnax-il produzzjoni awdjo-viżiva.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi ħaddiema ta' Heritage Malta fi grad maniġerjali u li jkollhom jużaw il-karozza personali tagħhom fuq xogħol b'mod kontinwu qed jingħataw fuel allowance bħall-ħaddiema oħra fl-istess grad li ftit li xejn għandhom bżonn l-użu tal-karozza personali tagħhom fuq xogħol? Ma jaħsibx li din hija inġustizzja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-grad maniġerjali ta’ Heritage Malta huwa marbut ma’ dak ta’ Skala 4 tas-Servizz Pubbliku, u huwa ta’ kulħadd l-istess.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tad-diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali fi ħdan Heritage Malta? Jista' jgħid kemm-il biċċa saret s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li il-proċess tad-diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali għaddej b’ritmu tajjeb u huwa wiehed kontinwu. S’ issa saru 21,785 biċċa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem kellha Heritage Malta fit-30 ta' Ġunju 2017? Jista' jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema kienu impjegati diretti ta' Heritage Malta, fuq secondment jew mal-RSSL? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa, il-grad tagħhom kif ukoll il-livell tal-edukazzjoni li jħaddnu?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jelenka kull direct order li Heritage Malta tat fis-sena 2016 s’issa? Jista’ jgħid għaliex ingħataw dawn id-direct orders, il-valuri totali tagħhom, ix-xogħol involut u kemm minnhom għandhom pagamenti pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' restawr fuq is-smoking shed li għandha Heritage Malta ġewwa Bighi? Jista' jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr li issa ilu mwiegħed is-snin, waqaf?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-bqija tax-xogħol fuq l-ismoking shed jitkompla kemm jista’ jkun malajr skond il-prijoritajiet tal-aġenzija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ma ħarġitx sejħa għal Head - Conservation? Jista' jgħid għaliex Heritage Malta ħasset il-ħtieġa li din it-taqsima ferm importanti fi ħdan l-Aġenzija, mhux qed tingħata l-importanza tant mistħoqqha? Jista' jgħid min bħalissa qed jassumi r-responsabilità ta’ din is-sezzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-responsabilità ta’ din il-kariga qed tinġarr mis-CEO u għalhekk qed tingħata l-importanza kollha meħtiega.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha Heritage Malta għas-sit tax-Xagħra Stone Circle? Jista' jelenka x-xogħol li sar f'dan is-sit minn Marzu 2013 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li sar minn Marzu 2013 sa llum jinkludi dan li ġej:
Studju dwar is-sinifikat tas-sit
Studju bijoloġiku
Moniteraġġ tal-ambjent
Studju ġeoloġiku
Studju tal-istabbilità strutturali
Studju dwar l-Istat ta’ konservazzjoni tas-sit
Studju dwar il-pajsaġġ u impatt tal-Iżvilupp fuq is-sit
Studju topografiku
Infurmat ukoll li sa l-aħħar ta’ din is-sena għandu jiġi konklu¿ ukoll studju rigward coring ġeoloġiku.
Dawn ix-xogħlijiet qed jiffurmaw strateġija għall-preservazzjoni ta’ dan is-sit li qed tiġi diskussa flimkien mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.
Tempji ta’ Ħal Tarxien — Proġett taċ-Ċentru tal-Viżitaturi
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proġett taċ-Ċentru tal-Viżitaturi l-ġdid ġewwa t-Tempji ta’ Ħal Tarxien ġie abbandunat kompletament? Jista' jgħid għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni? Jista' jgħid fejn marru l-fondi allokati mill-isponsor għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-enerġiji kollha ġew iffukati fuq ir-rijabilitazzjoni tas-sit storiku li jinkludi it-tinda, li ġie inawgurat fl-2015. Il-fondi intużaw fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien stess u fi bnadi oħra f’Heritage Malta, bi ftehim mal-isponsor.
Jista' l-Ministru jgħid min kien fuq il-bord tal-għażla fuq is-sejħa tal-MUŻA Cafè li Heritage Malta ħarġet xhur ilu? Jista' jgħid kemm-il membru tal-bord tal-għażla kellu esperjenza/kwalifika fil-catering, branding u loġistika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-għażla kienet maqsuma f’żewg fażijiet. Iż-żewg fażijiet saru minn żewg bordijiet separati b’membri differenti. Heritage Malta tħoss li l-ismijiet tal-membri fuq kull bord m’għandhomx joħorġu fil-pubbliku,
Dawn l-membri kollha kellhom l-esperjenza u l-kwalifiċi kollha meħtiega sabiex jevalwaw il-proposti minn kull aspett fi proġett bħal dan skond il-ħtiġijiet li għandha Heritage Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Inkjesta Maġisterjali daħlet quddiem il-Maġistrati fl-2015, fl-2016 u fl-2017, maġistrat maġistrat u kemm minnhom ġew konklużi skont il-maġistrat?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.