Legislature:
Category:
Reset

Strateġija Nazzjonali għat-Turiżmu – Reviżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni jirrevedi l-Istrateġija Nazzjonali għat-Turiżmu, fid-dawl taż-żieda qawwija fil-wasliet tat-turisti, u jekk iva, meta se tiġi ppubblikata din l-istrateġija riveduta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa stqarrejt pubblikalmnet, għaddej xogħol fuq l-Istrateġija Nazzjonali għat-Turiżmu.  Meta jkun il-waqt, jitħabbru aktar dettalji.

Turiżmu ta’ valur ogħla – Indikaturi

Question

B’referenza għad-dikjarazzjonijiet li l-Gvern jagħraf l-importanza li pajjiżna jersaq għal turiżmu ta’ valur ogħla, jista’ l-Ministru jelenka l-indikaturi li qed jintużaw biex jiġi determinat jekk Malta hix verament qed timxi lejn dan il-mudell?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3768.

Nefqa medja tat-turisti – Snin 2025 u 2026

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa medja għal kull turist fl-2025 u, separatament, għal kull xahar tal-2026 li għalih hemm disponibbli statistika? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern stabbilixxiex mira ta’ nefqa medja għal kull turist għall-2026?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ftehim ma’ NGOs

Question

Tista’ l-Ministru telenka l-NGOs li għandhom ftehim mal-Ministeru biex jipprovdu servizzi, u tagħti l-valur u t-tul ta’ kull ftehim?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għall-Mistoqsija Parlamentari nru 4045, li jinkludi l-lista tal-ftehimiet ta’ sħubija soċjali, magħrufa bħala Public Social Partnerships (PSPs), li għandu dan il-Ministeru.

Finanzjament lill-NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-NGOs li rċevew finanzjament mill-Ministeru fl-aħħar sentejn, bl-ammont u l-għan ta’ kull għotja, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingabar.

Kollaborazzjoni ma’ NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom biex jipprovdu servizzi f’Għawdex, u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingabar.

L-Imsida – Life Long Learning Centre – Informazzjoni dwal l-iżvilupp tax-xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti humiex se jingħataw informazzjoni ċara u regolari dwar l-iżviluppi tax-xogħlijiet, id-data mistennija tal-ftuħ mill-ġdid tal-Life Long Learning Centre tal-Imsida u l-arranġamenti li se jsiru biex ikomplu l-korsijiet tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3640.

In-Naxxar – Splużjoni tal-kamra tan-nar – Kumpens/għajnuna

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 512 rigward kumpens jew għajnuna lil dawk li ġarrbu xi ħsarat kawża tal-isplużjoni tal-kamra tan-nar ġewwa n-Naxxar, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar kumpens jew għajnuna lil dawk li sofrew xi ħsarat?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għal-Mistoqsija Parlamentari nru 3234.

Awtorità tal-Ippjanar – Bini ta’ lukandi – Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ applikazzjonijiet li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ lukandi? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

B’riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 3258, ninforma lill-Onerevoli interpellant tirreferi ghall-Mistoqsija Parlamentari 2577.

Għawdex – L-Għar ta’ Calypso – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab bħalissa l-proġett tal-Għar ta’ Calypso f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta huwa mistenni li jitlestew ix-xogħlijiet u meta l-Għar se jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender SPD3/2026/031 – Tender for the Commissioning of Geological Investigations at and around Calypso Cave within the Limits of Xagħra, Gozo ġie ppubblikat nhar it-30 ta’ Settembru 2026 u għalaq nhar il-21 ta’ Ottubru 2026.  Bħalissa qed tiġi evalwata s-sottomissjoni. Hekk kif jingħata dan it-tender u jitlestew l-investigazzjonijiet ġeoloġiċi meħtieġa, se jitkompla l-proċess għat-tħejjija u l-ħruġ tat-tender għax-xogħlijiet ta’ preservazzjoni u l-istabbilizzazzjoni tal-għar.

L-Imġarr, Għawdex – Trasport pubbliku – Skedi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex l-iskeda tat-trasport pubbliku fl-Imġarr, Għawdex, tiġi kkoordinata aħjar mal-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq tal-vapuri, sabiex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija u jiġu ffaċilitati l-konnessjonijiet għall-passiġġieri? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan sabiex jiġu installati xelters adegwati fil-waqfiet tal-karozzi tal-linja fl-istess żona, li jipproteġu lill-passiġġieri mix-xemx, ix-xita u r-riħ? Jista’ jgħid ukoll meta dawn il-miżuri huma mistennija jitwettqu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-port tal-Imġarr joperaw erba’ rotot differenti, li bejniethom iwettqu seba’ vjaġġi fis-siegħa. Fost dawn hemm ir-rotta 301, li tgħaqqad il-port mal-Belt Victoria u topera kull ħmistax-il minuta. B’din il-frekwenza, il-passiġġieri li jaslu bil-vapur għandhom konnessjoni regolari mat-trasport pubbliku, irrispettivament mill-ħin tal-wasla tal-vapur. Rigward ix-xelters, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

In-Nadur – Torri ta’ Kenuna – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur, Għawdex, u meta hu mistenni li jitlestew? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-kundizzjoni strutturali attwali tat-Torri, u jekk jeżistix riskju ta’ tiġrif parzjali jew totali?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 813.

In-Nadur – Torri ta’ Kenuna – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur, Għawdex, u meta hu mistenni li jitlestew? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-kundizzjoni strutturali attwali tat-Torri, u jekk jeżistix riskju ta’ tiġrif parzjali jew totali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Ministeru għal Għawdex jinsab f’diskussjonijiet mal-Malta University Enterprises (MUE) sabiex jiġu ingaġġati esperti speċjalizzati biex iwettqu investigazzjonijiet ġeoloġiċi u ġeotekniċi. Dan bil-għan li tiġi evalwata l-kundizzjoni tal-irdum u jiġu identifikati l-interventi meħtieġa biex tiġi żgurata l-istabbiltà u s-sigurtà tat-Torri. L-esperti se jkunu responsabbli wkoll mit-tħejjija tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istimi finanzjarji meħtieġa għall-ħruġ tas-sejħa għall-offerti, kif ukoll sabiex jipprovdu assistenza teknika matul il-proċess tal-offerti u jissorveljaw ix-xogħlijiet li sussegwentement jitwettqu mill-kuntrattur magħżul.

MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2576 dwar lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lukanda, kmamar u sodod ġew approvati għal kull lokalità? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2575 dwar lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-24 proġett li għalihom saret talba mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), ġewx approvati kollha? Jekk le, kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-mistoqsija parlamentari 2575 il-mistoqsija kienet għal lukandi li kellhom approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar.  Għaldaqstant ma naħsbux li hemm aktar x’inżidu.