Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10695 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - defibrillators
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-MCESD ma għandhiex defibrillators.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10169, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li huma fid-dekasteru tal-istess uffiċċju,fl-2022 kien ta’ 50 u fl-2023 in-numru huwa ta’ 49.
IRU — approvazjoni tal-pakketti finanzjarji ta’ CEOs ta’ awtoritajiet/entitajiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-pakkett finanzjarju għal CEOs ta’ awtoritajiet jew entitajiet pubbliċi humiex regolati jew inkella approvati mill-Industrial Relations Unit (IRU)? Jekk iva, jista’ jgħid minn meta dan beda jseħħ u x’inhuma l-linja gwida li fuqhom l-IRU timxi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li skont il-providementi tal-Manwal ta’ Direttiva 7, ir-responsabbiltà tal-koordinament tal-ħidma fl-aġenziji u l-entitajiet huma tas-Segretarju Permanenti rispettiv. Rakkomandat li s-Segretarju Permanenti jikkonsulta internament fi ħdan l-istrutturi tal-Amministrazzjoni Pubblika, liema strutturi jinkludu wkoll is-sezzjoni tal-IRU, sabiex jiġu stabbiliti il-pakketti tas-salarji tal-ogħla gradi fi ħdan l-entitajiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għadha ma nħatritx inkjesta pubblika dwar it-traġedja li wasslet għall-mewt ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-Tweġiba Parlamentari numru 5591 u għad-dibattitu parlamentari tal-Ħamis 6 ta’Lulju 2023.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex nimxu lejn il-mudell Olandiż ta' high-skilled labour, kif semma l-Ministru għall-Finanzi stess fil-Kamra tar-Rappreżentanti fil-jiem li għaddew?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-Tweġibiet Parlamentari numri 10652 u 11002.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10169, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati fis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub għad-dekasteru tiegħi u d-dekasteri l-oħra kollha qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali — impjegati fis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari, jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Persuni li għandhom ’il fuq minn 60 sena u jaħdmu mal-Gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10068, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid kemm nisa/irġiel ta' aktar minn 60 sena għadhom jaħdmu mal-Gvern? Jista' jagħti n-numru skont l-età?
Rapporti dwar jekk high rising buildings humiex earthquake-proof
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 9479 u 10313 jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entità toħroġ rapporti dwar jekk high rising buildings humiex earthquake-proof? Jekk m’hemm l-ebda entità li toħroġ tali rapporti, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jibdew isiru?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema — railings
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 9637 u 10316 jista’ l-Prim Ministru jgħid min huwa responsabbli għall-manutenzjoni, għat-tiswija, ir-railings, l-arbli tad-dawl, l-istruttura, il-madum u mill-ħsara strutturali tal-promenade minn San Ġiljan għal Tas-Sliema?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-entitajiet li huma responsabbli għall-materji li elenka l-Onor. Interpellant huma l-Kunsilli Lokali, it-Tourism Zones Regeneration Agency, Infrastructure Malta u l-Public Works Department.
Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ – applikazzjoni lill-Kumitat tal-Ismijiet tat-Toroq
Question
Peress illi l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ issottometta applikazzjoni lill-iStreet Naming Committee fuq talba ta’ diversi residenti ta’ triq ġdida li tagħmel ma’ Triq l-Indipendenza, Ħaż-Żebbug (Malta), (id-dettalji tal-post eżatt qegħdin jingħataw separatament), u li sal-ġurnata tal-lum din it-triq għadha mingħajr isem, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar minn din l-applikazzjoni u kemm ilha pendenti? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet simili pendenti f’Ħaż-Żebbuġ?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq – Malta ltaqa’ u għamel spezzjoni li kienet saret flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ fis-27 ta’ Marzu, 2023 fejn kienet ġiet diskussa din it-triq ġdida fi Triq l-Indipendenza flimkien ma’ bosta toroq oħra. F’din il-laqgħa, il-Kumitat kien talab lill-Kunsill Lokali biex jikkomunika mad-Dipartiment tal-Artijiet biex jikkonferma jekk din it-triq hix privata jew pubblika peress li kienet għaddejja kwistjoni f’dan ir-rigward.
Il-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq – Malta qed jistenna risposta kemm fuq it-triq inkwistjoni kif ukoll fuq il-kumplament tat-toroq l-oħra.
Politika Ekonomika tal-Gvern – setturi ekonomiċi ġodda
Question
Fid-dawl ta’ dak li qal il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol dwar il-politika ekonomika tal-Gvern u ż-żieda fil-popolazzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jattira setturi ġodda fl-ekonomija tagħna matul is-snin li ġejjin? Jista' jindika liema huma dawn is-setturi l-ġodda?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10283, infakkru wkoll kif qabel l-2013 l-ekonomija Maltija kienet fi stat ta’ apatija, bil-prodott gross domestiku ras għal ras nieżel meta mqabbel mal-medja Ewropea u b’rata ta’ impjiegi fost l-agħar fl-Ewropa.
Grazzi għall-bidla fid-direzzjoni pajjiżna rnexxielu jilħaq il-medja Ewropea fejn jidħol prodott gross domestiku ras għal ras u issa għandna fost l-ogħla rati ta’ ompjiegi fl-Unjoni Ewropea.
L-istrateġija ekonomika li ħaddan dan il-Gvern kienet waħda ta’ suċċess kbir u wasslet għal titjib fir-ratings ta’ pajjiżna u f’ċertifikati pożitivi mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea.
Biex pajjiżna jibqa’ mixi 'l quddiem il-viżjoni ekonomika trid tibqa' tiġġedded. Kien proprju għalhekk li fl-2020, meta ħaddieħor kien qed ibeżża' li l-pandemija se tkisser l-ekonomija tagħna, jiena kont ħabbart viżjoni bbażata fuq ħames pilastri. Dawn huma l-kwalità tal-ħajja, il-qalba ambjentali, il-governanza, l-edukazzjoni u l-infrastruttura. Din il-viżjoni hija maħsuba biex pajjiżna jwettaq b’suċċess il-qalba għall-ekonomija ffukata fuq il-ħiliet, id-diġitalizazzjoni tas-soċjetà tagħna kif ukoll biex insiru pajjiż climate neutral.
F’kull budget li ħabbarna mill-2020 dejjem enfasizzajna miżuri li jħaddu din il-viżjoni.
Fid-dawl ta’ dak li qal il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol dwar il-politika ekonomika tal-Gvern u ż-żieda fil-popolazzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jinvesti f’industry verticals eżistenti? Jista' jindika x’tip ta’ investiment se jkun qed isir?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10652.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9939, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid x’ġie diskuss fl-aħħar laqgħa tal-International Labour Organization (ILO) u min attenda għaliha?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tema tal-111 Konferenza tal-ILO kienet il-Ġustizzja Soċjali.
Ninsab infurmat li l-interventi tal-kelliema f’isem il-Gvern Malti kienu ffokati dwar din it-tema anke b’eżempji tal-ħidma li saret f’pajjiżna fuq is-suġġett.
Kien diskuss ukoll it-tisħiħ tal-liġijiet Maltin b’rabta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-twaqqif tal-Low Wage Commission.
Ninsab informat ukoll li għal din il-konferenza attendew staff tad-Dipartiment tal-Impjieg u r-Relazzjonijiet Industrijali, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u staff minn tiegħu, u diversi msieħba soċjali, kif dejjem kienet il-prassi.
Ministeru għal Għawdex – sejħa pubblika ta’ Headship Positions
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10035 kollha kemm hi (intera) u jgħid jekk hemmx ħsieb li fil-futur qarib jinħolqu karigi ġodda ma’ dawk li hemm diġà ta' Headship Positions (DGs u Diretturi) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u jekk iva, kemm u liema se jkunu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dwar karigi ta' headship positions fis-servizz pubbliku hemm kollox fis-sejħa li nħarġet fit-2 ta' Ġunju 2023. Sejħiet oħra joħorġu fi żmienhom skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm ingħataw direct orders u x’kien l-ammont totali tal-valur tagħhom matul l-2022, xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.