Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Pre-Fabbrikat — ħlasijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’sar minnu t-tender dwar l-isptar pre-fabbrikat? Jekk it-tender ingħata sarx xi ħlas minn quddiem għal dan l-Isptar? Jekk le hux se jżomm mal-obbligi kuntrattwali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14455.

HIV – persuni infettati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni infettati bl-HIV f’pajjiżna, sena b’sena, minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni nfettati bl-HIV f’pajjiżna minn Jannar tal-2015 sa April ta’ din is-sena huwa 326.

HIV — Post-Exposure Prophylaxis

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li persuni li m’għandhomx minn fejn iħallsu €600 għall-Post-Exposure Prophylaxis (PEP) kontra t-tixrid tal-HIV, jibdew jħallsu fuq perjodu ta’ żmien minn meta jingħataw il-mediċina, jiġifieri by installments?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed titħejja Strateġija Nazzjonali dwar l-HIV li fost oħrajn se tindirizza l-użu ta’ mediċini għal skop profilatiku.

HIV — Post-Exposure Prophylaxis

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li pazjenti li jiġu bżonn il-Post-Exposure Prophylaxis (PEP) f’pajjiżna u li ma jkollhomx minn fejn iħallsu €600 fi żmien 72 siegħa minn meta possibbilment ħadu l-HIV, ma jingħatawx din il-mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15087.

HIV — Post-Exposure Prophylaxis – traħħis ta’ prezz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux pjan li l-prezz tal-Post-Exposure Prophylaxis (PEP) li tgħin biex jitnaqqas it-tixrid tal-HIV jitraħħas, peress li bħalissa huwa ta’ €600?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

HIV – Formolarju — Sejħa għall-mediċini ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fi Frar 2020 kien hemm sejħa għall-mediċini ġodda biex jiġu trattati pazjenti bl-HIV? Jista’ jgħid jekk il-formolarju ġiex aġġornat bil-mediċini l-ġodda? Jekk le, għalfejn? Jekk iva, meta ġie aġġornat il-formolarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal-għażla wasal biex jiġi konkluż. Dan kien jinvolvi proċess kumpless ma’ erbgħa kumpaniji li tefgħu l-offerti tagħhom għal din is-sejħa. Hu mistenni li t -trattament il-ġdid se jiġi aġġornat għall-aktar wieħed effettiv u modern għall-pazjenti b’din il-kundizzjoni f’Malta u Għawdex. Dawn il-mediċini ġodda se jiġu riflessi fil-formularju li dejjem jinsab aġġornat bl-aħħar żviluppi.

Azjendi ta’ tattooists – ftuħ

Question

Peress li l-azjendi ta’ tattooists għandhom diġà regolamenti ta’ iġjene li l-ebda stabbiliment ieħor miftuħ għan-negozju m’għandu, u għaldaqstant ladarba negozji oħra bħal gyms, beauticians eċċ ġew mogħtija permess li jiftħu, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa f’dan ir-rigward jgħid x’kienu r-raġunijiet għaliex s’issa l-azjendi tat-tattooists ma’ ġewx miftuħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tattooists minn nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju setaw jiftħu.

Sistema ta’ Alert System

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk f’Malta għandniex sistema ta’ alert system (eżempju : minn 1-4 b’lanqas riskju u 4 l-aktar riskju) kif għandhom l-Ingilterra? Jekk iva, f’numru u livell hu n-numru/livell tinsab Malta bħalissa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-moniteraġġ tal-COVID 19 f’Malta huwa bbażat fuq in-numru ta’ każijiet ġodda ta’ kuljum, monitoraġġ ta’ każijiet b'kuntatti mhux magħrufa kif ukoll ir-rata’ ta’tixrid magħrufa bħala Rt factor.

COVID-19 — Miżuri mħabbra mill-Prim Ministru – konsultazzjoni mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kenitx ikkonsultata qabel, dwar il-miżuri li ħabbar il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda 31 ta’ Mejju 2020?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan ta transizzjoni ta’ miżuri ġie diskuss b’mod kontinwu bejn is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika u l-mexxejja politiċi, inkluż mal-Prim Ministru.

COVID-19 – mutation tal-virus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx indikazzjoni li l-virus tal-COVID-19 f’Malta kienx hemm mutation tiegħu u sar anqas infettiv jew anqas fatali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa diffiċli biex wieħed ikun jaf bil- preċiż xi tfisser bidla fis-sekwenza tal-ġenetika tal-Virus. Pero' s’issa jidher (minn analiżi f’ ħafna pajjiżi Ewropej) li l-bidliet fil-Covid 19 kienu żagħar u mhux signifikanti.

Ċimiterju tal-Addolorata – oqbra – trasferimenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-Gvern mistenni jersaq għall-pubblikazzjoni tal-att finali ta' trasferiment tal-oqbra ġewwa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata lil terzi persuni privati li bħalissa qegħdin fuq konvenju għall-akkwist tal-istess oqbra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15013.

Water Framework Directive – Bathing Water Management Committee

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-informazzjoni rigward il-kostituzzjoni tal-Bathing Water Management Committee, liema kumitat kellu jiġi mwaqqaf skont l-Avviż Legali 125 tal-2008 għall-implimentazzjoni tas-2nd Water Catchment Management Plan taħt il-Water Framework Directive?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma Interpellant illi dan il-bord kien appuntat biex jistabilixxi l-kriterji skont l-Avviż Legali 125 tal-2008 dwar ir-Regolamenti ta’ l-2008 dwar il-Maniġġjar tal-Kwalita’ ta’ l-Ilma Tajjeb għall-Għawm. Ġaladarba l-kriterji ġew stabbiliti u ġew eżekwiti, illum qed isiru konsultazzjonijet mall-entitajiet ikkonċernati skont l-esiġenzi.

Bathing Water Management Committee – SWM 11

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-miżuri u azzjonijiet u deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Bathing Water Management Committee sabiex tiġi implimentata l-miżura SWM 11 tas-2nd Water Catchment Management Plan rigward iż-żoni uffiċjali tal-Għawm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi d-domanda parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sptar Sir Paul Boffa — CEO - kriterji tal-għażla

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika b’liema kriterji ntgħażel is-CEO tal-Isptar Sir Paul Boffa? Jista’ jippreżenta lil din il-Kamra l-pakkett finanzjarju marbut ma’ din il-pożizzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu diġa kellu l-istess kariga f’entita’ medika oħra għalhekk għandu l-esperjenza meħtieġa sabiex ikun jista jmexxi dan l-isptar. Is-salarju baqa’ ma nbidilx.

Gender Wellbeing Clinic – persuni reġistrati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni reġistrati mal-Gender Wellbeing Clinic? Kemm minnhom ingħataw dan is-servizz mis-7 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Il-Gvern xi pjan għandu biex ikompli jagħti dan is-servizz bżonnjuż?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta' Mejju, kien hemm 150 persuna reġistrata mal-Gender Wellbeing Clinic. Saret klinika ta' sitt initial assessments fid-9 ta' Marzu ta’ din is-sena. Minħabba l-mi¿uri tal-pandemija COVID-19 is-servizzi psiko-soċjali ( social worker, family therapy u psychologist ) baqgħu għaddejjin fuq mezzi ta' telekommunikazzjoni u pjattaformi virtwali. Il-komunikazzjoni mal-klijenti man- nurse tal-klinika baqgħet għaddejja permezz tal- email ġeneriku u telekomunikazzjoni. Huwa skedat illi s-servizz kliniku jerġa jibda fil-ġranet li ġejjin.

Female Genital Mutilation — każijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm każijiet ta’ Female Genital Mutilation (FGM) f’Malta u Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar tal-2015 u Diċembru tal-2019 ma kien hemm l-ebda hospital discharge fejn id-dijanjosi irreġistrat kien Personal history of Female Genital Mutilation. Bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019, is-Sistema Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar l-Obstetrika (NOIS), li tiġbor informazzjoni dwar it-twelidijiet kollha f’Malta u Għawdex, irreġistrat 19 il-omm li kellha Female Genital Mutilation (FGM) fil-passat.

Intersex Genital Mutilation — każijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm każijiet ta’ Intersex Genital Mutilation (IGM) f’Malta u Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

San Ġwann – maħżen għaż-żamma tal-mediċini – direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont mill-bidu nett sa issa, tad-Direct Orders li saru waqt it-twettiq tal-maħżen użat għaż-żamma tal-mediċini f’San Ġwann?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal proġett msemmi minnu servizzi ta’ kiri ta’ handling equipment, numru ta’ insurance policies, maintenance tal-cold store facility, independent cycle stock counts kif ukoll installazzjoni ta’ access control system ngħataw direct order fuq perjodu ta’ 4 snin.

Sptar Monte Carmeli – pazjenti li ġew trasferiti fi djar jew homes privati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli (f'dawn iċ-ċirka sentejn) ġew trasferiti fi djar / homes tal-privat minħabba li s-swali li kienu fihom jew ingħalqu jew qed isir xogħol fuqhom? Jista’ jgħid kemm qed iħallas il-Gvern kuljum għal kull pazjent minn dawn li qegħdin f'homes privati? Jista’ jgħid jekk kull home tiswix l-istess u kif intgħażlu dawn il-homes? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern setax bagħat lil dawn il-pazjenti f'St. Lukes jew Karin Grech jew dawn m'għadhomx tal-poplu minkejja l-flus li l-Gvern qed iħallas lil Steward Healthcare?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu li qed jirreferi għalih hu ġew trasferiti 169 pazjenti minn Monte Karmeli għaliex ma kienx għadu lok li jieħdu kura f’dan l-isptar. F’kull istanza t-trasferiment sar għal ġo istituzzjoni addata għal skont il-ħtieġa partikolari tal-pazjenti involuti. L-għażla ta’ dawn il- homes saret skont ir-regolamenti tal- Public Procurement .