Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-bereġ hux se jkollhom ukoll sistema teknoloġika imqabbda maċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet biex fost oħrajn ikun faċilitat ix-xogħol tat-tobba u l-infermiera?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li beda x-xoġħol neċċessarju ġħall-ħolqien ta’ infrastruttura u l-akkwist ta’ apparat neċessarju sabiex is-sistemi li jużaw l-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa jkunu disponibbli għall-użu mill-bereġ.
Servizzi fil-komunità fis-saħħa mentali — Ħaddiema b'kuntratti ta' tlett xhur
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif filwaqt li s-servizzi fil-komunita' fis-saħħa mentali qed jiżdiedu, iżda il-ħaddiema, fosthom social workers, trainee psychologists u care workers qed jithaddmu b'kuntratti ta' tlett xhur? Għaliex dawn il-ħaddiema li huma kruċjali għas-suċċess ta' din il-ħidma siewja, qed jitħaddmu b'kuntratti daqstant qosra, minflok li jkun ippjanat li jiġu impjegati b'kuntratti indefiniti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-impjegati msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari qed jiġu mpjegati b’kuntratt ta’ sena.
Jista' l-Ministru jara x'ġara mit-tiġdid tal-kartuna s-safra Schedule V tal-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ilu li ħadha fl-Isptar Mater Dei xi tmien ġimgħat u kull darba li jċempel l-isptar jgħidulu li bagħtuha bil-posta? Jista' d-dipartiment jinvestiga dan il-każ u b'hekk jonqsu l-ilmenti tan-nies lejn is-servizz tas-saħħa u l-konsumatur jieħu dak li hu tiegħu bi dritt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni tal-imsemmi pazjent waslet fl-uffiċċji ta’ Skeda V fit-3 ta’ Awwissu 2011. Kif din l-applikazzjoni tasal, hemm proċess ta’ madwar ħmistax il-ġurnata sakemm tinħareġ id-dokument uffiċċjali.
Il-kartuna s-safra ta’ dan il-pazjent inħarġet fit-18 ta’ Awwissu 2011, u dan l-uffiċċju, wara li kkuntattja lill-istess pazjent, ikkonferma li din waslet għandu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ekwu li anzjani li jiddaħħlu mill-Gvern fi djar privati ikollhom iħallsu minn buthom għal servizz ta' fizjoterapisti, kif ukoll għal ħarġiet? Meta se titranġa din is-sitwazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-servizz ta’ fiżjoterapija jiġi offrut mid-Dipartiment tal-Anzani u Kura fil-Komunità lil dawk l-anzjani li qegħdin fuq l-iskema tal-public private partnership meta dawn jiġu riferuti mit-tabib kuranti tagħhom. Il-ħarġiet li jiġu orgainizzati minn djar privati m’humiex obligatorji. Hija d-deskrizzjoni tal-qraba li jiddeċiedu jekk iħallsux għal dan il-ħruġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq residenti f'Roseville, f’Casa Arkati u f’Villa Messina li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'dawn il-homes bejn Jannar u Awwissu 2011? Jista jaghti din l-informazzjoni b’mod rispettiv għal kull dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ispiża fuq residenti f’Roseville, f’Casa Arkati u f’Villa Messina kienet ta’ €720,595, € 279,704 u € 421,637 rispettivament bejn Jannar u Lulju 2011. L-ispiża tax-xahar t’Awwissu għadha qed tinħadem u għalhekk ma ġietx inkluża.
Furjana — Pjazza Robert Sammut - ċentru tas-saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid iċ-Ċentru tas-Saħħa Mentali fi Pjazza Robert Sammut, il-Furjana x'servizzi joffri u b'liema staff? Huwa biss servizz primarju jew ukoll sekondarju billi jikkumplimenta servizzi ta' out patients lill-pazjenti li jkunu ġew rikorverati fl-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan iċ-Ċentru tas-Saħħa Mentali li beda jopera f`Settembru 2010 joffri servizzi ta’ kura Primarja, Sekondarja kif ukoll ta’ day centre għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali. L-istaff li jattendu dan iċ-ċentru jinkludu psikjatri, tobba, infermiera, social workers, psikologu, trainee psychologist, occupational therapist u care workers.
Arriva interchange Ħal Qormi/Marsa — tank għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ġietx involuta biex ġie stallat it-tank kbir għall-ħażna tal-fuel għall-vetturi tal-Kumpanija Arriva fl-interchange ta' Ħal Qormi/Marsa? Jekk ma ġietx involuta, għaliex? Jekk ġiet involuta, x'investigazzjonijiet saru biex l-Awtorità tat il-permessi meħtieġa biex isir dan it-tank? X'assigurazzjoni tista' tagħti l-Awtorita' biex isserraħ moħħ il-klijenti u l-ħaddiema tal-Arriva li jaħdmu f'dan l-interchange u n-nies ta' Ħal Qormi u l-Marsa li jgħixu fil-viċinanza li m'hemmx perikli u riskji żejda?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ittra li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ntbagħtet lill-customer care tal-anzjani għadha ma gietx imwiegba?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lil-Onor. Interpellanet għall tweġiba Mistoqsija Parlamentari Numru 27857.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm iddaħħlu persuni kawża ta' sustanzi artifiċjali fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011, kemm idaħħlu persuni kawża ta' avvelenament fl-ikel fl-Isptar Mater Dei? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ avvelenament fl-ikel (food poisoning) fl-ewwel tmien xhur ta’din is-sena, u l-etajiet tagħhom huwa hekk:
Eta’
Numru ta’pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei (Jannar – Awwissu 2011)
1-10
1
11-20
1
21-30
5
41-50
2
71-80
1
91-100
1
Total
11
Fit-terminu “
food poisoning
” huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn
viruses
li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62). Ta’ min jinnota li ċ-ċifri għal Settembru 2011 m’humiex disponibbli peress li dawn qed jiġu mdaħħla fid-
database
bħalissa.
NB Dawn il-figuri huma privisorji
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru kkonfermax xi ħlasijiet iridu jsiru minn individwi li jridu jagħmlu użu minn servizzi fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Jista' jgħid ukoll jekk fil-preżent, ikkonfermax xi ħlasijiet iridu jsiru għall-użu tal-kapella tal-istess Ċimiterju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont l-Ordinanza dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Kap. 18 il-ħlasijiet li jridu jsiru minn individwi li jagħmlu użu minn servizzi pprovduti fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata huma kif jidru fit-tabella hawn taħt:
Servizz
€
Għall-ġarr ta’ kull kadavru minn ġewwa qabar għall-ossarju jew għal qabar ieħor
11.65
Għat-tindif ta’ kull qabar
11.65
Għas-sorveljanza minn persuni awtorizzati ta’ kadavri trasportati għaċ-ċimiterju qabel ma jgħaddu erbgħa u għoxrin siegħa mill-mewt
1.16
Infurmat wkoll li jiġu kunsidrati talbiet biex isir quddies funebri jekk il-persuna responsabbli tkun lesta tassumi r-responsabbilità tal-kappella. Ma jintalab ebda ħlas għall-użu ta’ din il-kappella.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm il-pilloli Diovan disponibbli għall-persuni li huma intitolati għalihom fl-ispiżeriji jew Ċentri tal-Gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement u Supplies m’għadux jixtri il-mediċina tad-ditta Diovan manifatturata mill-kumpanija Novartis imma qed tinxtara Valsotens manifatturata mill-kumpanija Actavis, liema mediċina kemm tal-80mg u anke tal-160mg għandha tasal għal nofs Ottubru 2011.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Zoladex Implant 10.8mg li hija meħtieġa mill-pazjenti li jeħduha darba kull tliet xhur, mhux qed tinġieb min-naħa tal-Awtorità tas-Saħħa iżda qed jinġiebu mediċini bħalha ta' skala iżgħar bil-konsegwenza li l-pazjenti qed jgħaddu minn inkonvenjent akbar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement u Supplies jikkonferma li kien hemm xi żmien li din il-mediċina kienet out of stock għal raġunijiet li kien hemm tender li ġie kkanċellat minħabba diffikultajiet tekniċi u qed isir kull sforz sabiex din il-mediċina tinxtara b’kull mezz possibli. Bħalissa d-Dipartiment għandu stokk żgħir ta’ Zoladex Implant 10.8mg u hemm ordni oħra pendenti li mistennija tasal għal nofs Novembru 2011.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu d-9000 operazzjoni li kien hemm ġewwa l-Isptar Mater Dei iktar minn dawk l-interventi u operazzjonijiet li saru ġewwa l-Isptar San Luqa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċifra ta' 41,795 ta' operazzjonijiet hijiex iċ-ċifra u l-massimu ta' operazzjonijiet li jiflaħ jiġu operati ġewwa l-Isptar Mater Dei? Kemm huwa kkalkulat li hija ċ-ċifra ta' operazzjonijiet li jiflaħ jopera f'sena l-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek — informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju sabiex jara jekk l-Iskema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek laħqitx il-miri li għaliha ġiet imfassla? Jekk sar dan l-istudju jista' jgħid x'kien fih? Issa li din l-iskema bdiet taħdem x'inhu l-pass li jmiss?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] bdiet bħala progett-pilota f’Diċemberu 2007. F’Lulju 2008, ir-rollout ġiet temporanjament sospiża, filwaqt li l-POYC baqgħet tagħti servizz lil dawk il-pazjenti li kienu diġa bdew jibbenefikaw mill-Iskema.
F’temp ta’ madwar sena u nofs sar studju ntensiv tal-andament tal-Iskema, li ġab miegħu diversi inizjattivi u miżuri ġodda li riedu jiddaħħlu sabiex ikun aċċertat servizz effiċjenti u effettiv li jaqdi l-pazjenti, filwaqt li jissalvagwardja l-akkontabilita’ u r-responsabilita’ tal-immaniġjar tal-Iskema. Ta’ min jgħid li r-rakkomandazzjonijiet huma ta’ natura dinamika u prinċiparjament jinkludu:
- Żieda fin-numru ta’ ħaddiema fil-POYC,
- Refurbishment intensiv tas-sit,
- Introduzzjoni ta’ sistemi ġodda tal-operat,
- Titjieb u tisħieħ fis-sistemi komputerizzati,
Ir-rollout tal-Iskema tal-POYC reġa’ beda’ f’Lulju 2010, kif ġej:
Lulju 2010 - Għawdex kollu
Ottubru 2010 - Sliema u Iklin
Frar 2011 - Birkirkara u Sta. Venera
Fl-aħħar ta’ Settembru 2011 tħabbret l-estensjoni tal-iskema għal dawn il-lokalitajiet: Fgura, Paola, Vittoriosa, Cospicua, Senglea u Kalkara. Bħalissa qedin jinġabru l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni mal-iskema tal-POYC mill-pazjenti ta’ dawn il-lokalitajiet biex fil-ġejjieni qarib l-iskema tkun tista’ tibda topera.
Skont il-POYC Scheme Rollout Plan, l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tkun infirxet ma’ Malta u Għadwex kollha sal-aħħar tas-sena 2012.
persuni li għandhom id-dimensja — pjanijiet biex jgħixu fil-komunità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi pjanijiet ġodda sabiex jgħin lill-persuni li għandhom id-dimensja fil-komunità? Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma dawn il-pjanijiet u meta se jibdew joperaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qed ifassal pjan ta’ servizzi għal persuni li jbatu bid-dimensja biex jiġi estiż is-servizz eżistenti.
Mix-xahar ta’ Ġunju is-Servizz tal-
Activity Centre
ġewwa San Vinċenz de Paule li kien jiftaħ għan-nies fil-komunità mit-Tnejn sal-Ġimgħa, beda jiftaħ ukoll nhar ta’ Sibt biex b’hekk ikun jista’ jagħti iktar serħan lill-familjari ta’ anzjani li għandhom id-dimensja.
Jista’ l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni tal-anzjan li applika biex jidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule u min-naħa tad-dipartiment qed jgħidu li m’għandhomx applikazzjoni? Meta l-familjari tiegħu applikaw kellmu lill-persuna li d-d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament. Dan l-anzjan jinsab il-Mosta Central Home, imma huwa diffiċli għall-familja tiegħu li huma ukoll anzjani li jmorru jarawh.
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule fit-22 ta’ Ġunju 2011 u ġie approvat mill-Bord tal-Ammissjoni biex jidħol ġo Dar tal-Anzjani tal-Gvern u mhux għar-Residenza San Vinċenz de Paule. Fis-7 ta’ Lulju 2011 intbgħatet ittra lil dan l-anzjan biex jindika l-preferenza tiegħu dwar id-Dar tal-Anzjani tal-Gvern biex jitqiegħed fuq il-lista ta’ stennija għad-Dar tal-anzjani li jkun għażel, iżda sal-lum id-Dipartiment ma rċieva l-ebda risposta.
Jista' l-Ministru jagħti l-ispiża ta' dawk li huma impjegati direttament mal-gvern u ta' dawk li huma impjegati mill-kuntrattur fis-settur tas-saħħa, kategorija kategorija u skont il-post fejn qed jaħdmu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.