Għajnuna lill-familji li għandhom l-anzjani magħhom
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna jingħataw persuni li jieħdu ħsieb lil xi familjari anzjani tagħhom u li jkunu dipendenti fuqhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm żewg tipi ta’ għajnuna (mhux kontributorji) li tingħata lil min jieħu ħsieb xi familjari anzjani li jkun dipendenti fuqhom.
Jekk xi membru tal-familja anzjan ikun kostrett jgħaddi ħajtu f’sodda f’jew
wheelchair
u jkollhom bżonn kura u attenzjoni
full time
, il-persuna li (ma tridx tkun miżżewġa jew għandha xi dipendenti jgħixu magħha ), qed iddur bih/biha tista tikkwalifika għall-Pensjoni tal-Wens, kemm il-darba tissodisfa it-test tal-mezzi. Persuni li jirċievu din il-pensjoni jistgħu ikunu intitolati wkoll għal kontribuzzjonijiet akkreditati fl-istess perjodu.
Mill-banda l-oħra jekk il-persuna anzjana tkun fuq saqajha però jkollha bżonn l-kura u minħabba f’hekk il-persuna li tkun qed iddur biha ma tistax tidħol fid-dinja tax-xogħol, l-istess persuna tista jekk mhix miżżewwġa jew għandha xi dipendenti jgħixu magħha, tista’ tikkwalifika għall-Għajnuna Soċjali għal-Wens. Din it-tip ta’ għajnuna hija ukoll
means tested
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu l-Għajnuna Supplimentari? Tista' tgħid kemm huma rġiel u kemm huma nisa? Tista' tagħti l-informazzjoni dwar minn liema postijiet ġejjin u kemm hemm f'kull belt u raħal f'Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sar it-test tal-mezzi wara li dan kellu jkun aġġustat? Tista' tgħid ukoll kemm kien qabel dan l-aġġustament? Meta sar l-aħħar aġġustament u dak ta' qablu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm aktar minn tip wieħed ta’ test tal-meżżi li jagħmel użu minnu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fosthom Għajnuna Soċjali, Pensjoni tal-Età, Għajnuna għall-Mard, Children Allowance, Benefiċċju għall-Enerġija kif ukoll Għajnuna Supplimentari.
Minn din is-sena kif imħabbar fid-diskors tal-
Budget
dawn it-testijiet tal meżżi kollha ġew miżjuda biż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-persuni li se jgħallmu fil-Kors tal-Istudji Ġurnalistiċi li se jibda joffri l-MCAST, kif ukoll il-kwalifiki tal-persuni li se jkunu qed jgħallmu f'dan il-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li ma kienx hemm applikanti biżżejjed dan il-kors mhux se jiftaħ.
Tikkonferma l-Ministru li s-servizz li kienu jagħtu s-sewwieqa tax-xarabank li kienu jwasslu l-iskola lit-tfal se jieqaf? Jekk iva, liema huma l-iskejjel u x'rimedju se jagħmel il-gvern biex dan is-servizz jibqa'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja m’għandux l-intenzjoni li jneħħi s-servizz tat-trasport għall-istudenti li huma intitolati għalih.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22294, tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-11-il tarbija li twieldu s-sena l-oħra minn ommijiet li qed isofru minn drug addiction?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2010 kien hemm 13-il tarbija mwielda minn ommijiet li jsofru minn
drug addiction.
5 minn dawn it-trabi ġew impoġġija taħt care order filwaqt li għat-8 l-oħra ġie ffirmat kuntratt soċjali – ftehim bejn il-professjonisti ikkonċernati u l-omm/ġenituri. L-Omm/Il-Ġenituri jaċċettaw li jikkollaboraw fuq pjan t’azzjoni li jkun maqbul u li jinvolvi kemm il-professjonisti ta’ Sedqa u tac-Child Protection Services
tal-Appoġġ, kif ukoll professjonisti oħra, skont kif ikun meħtieġ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru rapporti fuq it-telefon 179 dwar il-vjolenza domestika s-sena l-oħra? Kemm minn dawn is-sejħiet saru interventi mis-social workers tal-Aġenzija Appoġġ billi, fost affarijiet oħra, saru surprise home visits minn dawn il-professjonisti? Kemm kien hemm minn dawn is-sejħiet li vera twettqet il-vjolenza domestika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sena l-oħra saru 465 rapport dwar vjolenza domestika fuq il-179. Il-Fondazzjoni ma żżommx statistika ta’ kemm-il intervent sar wara telefonati rigward vjolenza domestika u l-anqas ta’ kemm mit-telefonati rigward vjolenza domestika kienu veri jew le.
Il-persuni li għamlu dawn it-telefonati ġew gwidati mis-
supportline
sabiex jagħmlu kuntatt mas-
social workers
tad-Domestic Violence Unit (DVU).
Surprise Home Visits
ma jsirux mid-DVU. Dan għaliex fil-maggoranza tal-każijiet il-vittma tagħmel kuntatt mal-Appoġġ mingħajr mal-awtur tal-vjolenza ma jkun jaf. F’każijiet fejn il-vittma tkun għadha qed tgħix mal-awtur tal-vjolenza,
home visits
ta’ dan it-tip jistgħu jpoġġu l-vittma f’aktar riskju u periklu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' familji jew individwi li ħadu dar tal-gvern bil-kiri matul is-snin 2007, 2008 u 2009? Kemm kien in-numru ta' membri tal-familja li ħadu dawn id-djar tal-kiri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar allokat dawn il-postijiet bil-kera,
2007 - 174 post
2008 - 263 post
2009 - 219 post
Dawn jinkludu allokazzjonijiet, rikonoxximenti u tpartit bejn postijiet tal-gvern. In-numru ta’ persuni allokati post tal-gvern bil-kiri tvarja minn persuni waħedhom sa familji bit-tfal.
B.A. Legal and Humanistic Studies — kwalifikazzjonjiet terzjarji
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk B.A. Legal and Humanistic Studies hux ekwivalenti għal xi waħda mill-kwalifikazzjonijiet terzjarji fil-Business Administration, Management jew Commerce?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies u l-grad simili preżenti, il-Bachelor of Laws, li ġie żviluppat warajh u l-istudenti bdew jiggradwaw fih minn Novembru 2006, huwa tal-istess livell tal-kwalifiki ta’ Bachelor li l-Unversità tagħti fil-Business Administration, Management, Commerce u fi kwalunkwe qasam ieħor.
Il-gradi ta’ Bachelor tal-Università huma kollha fil-livell 6 tal-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tneħħew kotba mil-libreriji tal-iskejjel? Liema kienu l-ismijiet ta' dawn il-kotba u ta' liema awturi kienu? Tista' tgħid fuq liema raġuni dawn il-kotba, fosthom ktieb ta' Lino Spiteri, tneħħew mil-libreriji tal-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma tneħħa l-ebda ktieb mil-libreriji tal-iskejjel ħlief “Jum it-Tama” ta’ Wistin Born, għal raġunijiet ta’
copyright
. Il-ktieb ta’ Lino Spiteri li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant jinsab fil-librerija tal-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi fin-Naxxar. Dan l-aħħar sar rapport li għamel grupp li qabbadt biex jagħmel rakkmandazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tal-kotba fil-libreriji tal-iskejjel, liema rakkmandazzjonijiet kienu aċċettati u se jkunu implimentati.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — flus għas-safar
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tagħha, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-ċifra ta’ flus globali li ntefqet għas-safar tal-Ministru, tal-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet hija ta’ € 830,004.71.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir ix-xogħol fil-proprjetà tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, liema proprjetà fiha l-periklu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fil-fond indikat se jsir bejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar jew il-bidu tax-xahar id-dieħel, wara li ġie appuntat kuntrattur fis-17 ta’ Frar 2011 għal xogħlijiet ta’ tiswijiet strutturali fil-propjetà residenzjali tal-gvern.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq ir-residenzi fil-Verdala Housing Estate, Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, peress li dan ix-xogħol jagħmel parti minn proġett li jaqa’ taħt dak il-Ministeru.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq ir-residenzi f'St Nicholas Married Quarters f'Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, peress li dan ix-xogħol jagħmel parti minn proġett li jaqa’ taħt dak il-Ministeru.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni Maltin li hu magħruf li jaħdmu fil-Libja, kemm ma' kumpaniji Maltin, kif ukoll ma' kumpaniji mhux Maltin?
Tista' tagħti l-informazzjoni dwar in-numru ta' dawk li jaħdmu ma' kumpanijii Maltin, stabbiliti Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kif qed tiġi ssalvagwardjata l-gender issue fl-Università ta' Malta meta fl-applikazzjoni għall-messaġġiera li ħarġet fi Frar 2010 intagħżlu 11-il raġel u ma ntagħżlet l-ebda mara? Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal dan il-post? Kemm kienu irġiel u kemm kienu nisa? Fuq liema kriterju ntagħżlu l-messaġġiera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sejħa għall-applikazzjoni għall-kariga ta’ “Beadle” ħarġet fl-24 ta’ Frar 2010. Total ta’ 147 persuna applikaw għal din il-kariga li minnhom 118 kienu rġiel u 29 kienu nisa.
Il-kriterji wżati għall-għażla kienu li l-kanditati riedu:
· Ikollhom ‘l fuq minn 25 sena eta’
· Ikollhom liċenzja tas-sewqan
· Ikunu lestew l-istudji ta’ l-edukazzjoni sekondarja b’suċċess
· Ikollhom kondotta tal-Pulizija tajba
· Ikunu kapaċi jitkellmu, jiktbu u jaqraw l-Ingliż u l-Malti sew
· Ikunu addattati għal dan l-irwol
· Ikollhom kwalitajiet personali relevant għal dan l-irwol
· Ikollhom presentazzjoni personali tajba waqt l-intervista.
L-Università ta’ Malta tagħti opportunità indaqs lill-applikanti kollha u tiffoka fuq l-adegwatezza tal-applikant għall-kariga mingħajr ebda referenza għall-fatt ta’ jekk l-applikant huwiex raġel jew mara.
Tista' l-Ministru tiċċekja fiex wasal il-każ ta' familja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li għandhom 5 t'itfal u qed jgħixu f'żewġt ikmamar? Minħabba li dan il-każ suppost li huwa ta' prijorità, tista' tgħid jekk din il-familja hix se tingħata akkomodazzjoni alternattiva fil-blokk ta' Balzunetta li se jitqassmu dalwaqt peress li din il-familja hija minn dan il-lokal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħti l-attenzjoni meħtieġa lil dan il-każ. L-allokazzjonijiet tal-blokk ta’ Balzunetta jiġu kkunsidrati meta dan il-blokk jiġi lest minn kollox.
Social Security Working Group — studenti b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-ħidma tas-Social Security Working Group u tal-KK 16 Committee għall-istudenti b'diżabiltà ta' 'l fuq minn 16-il sena biex jiffaċilita t-tagħlim ta' dawn l-istudenti fil-livell terzjarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Social Security Working Group kien ħejja ‘macro review’ tas-sistema tas-Sigurtà Soċjali. F’dan ir-rapport il-working group identifika aspetti tas-sistema preżenti tas-sigurtà soċjali fejn għandu jsir aktar stħarriġ bi skop li filwaqt li s-sigurtà soċjali tibqa’ l-bażi tal-kenn għal familji Maltin għandha ukoll tgħin biex ikun hemm aktar inkluzjoni soċjali, jitnaqqas ir-riskju ta’ faqar kif wkoll titkattar il-kultura favur ix-xogħol fejn aktar persuni kemm nisa u anzjani jipparteċipaw fil-ħajja tax-xogħol.
Bħalissa għadu għaddej l-istħarriġ fuq il-benefiċċji li jitħallsu lil persuni b’diżabilità u kif dawn jistgħu jiġu mtejba għal ġid tal-persuni b’diżabilità.
L-Università ta' Malta u l-MCAST huma rappreżentati fuq il-Kumitat Koordinattiv 16+ li hu mmexxi mill-KNPD. Ir-rappreżentanti tagħhom jattendu l-laqgħat ta' dan il-Kumitat u b'dan il-mod huma qegħdin jikkoordinaw ma' l-entitajiet oħra li huma rappreżentati fuq dan il-Kumitat li jinkludu l-Aġenzija Sapport, l-ETC, il-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjieg u Familja, id-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudenti, il-Kummissarju tat-Tfal, id-Directorate for Lifelong Learning, u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi. B'dan il-mod huma jiffaċilitaw id-dħul ta' studenti b'diżabilita' għal korsijiet fuq livell terzjarju u l-provvediment ta' sapport għal dawn l-istudenti skont il-ħtiġijiet tagħhom.
Stedina lill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti biex jieħdu sehem fil-benchmarking
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti għall-istedina li saritilhom biex jieħdu sehem fil-benchmarking li se jsir l-ewwel darba fi tmiem l-edukazzjoni primarja fl-iskejjel tal-istat? Liema skejjel aċċettaw u liema ma aċċettawx li jieħdu sehem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istedina li saret lill-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti intlaqgħet tajjeb ħafna. Qed inpoġġi fuq il-Mejda l-lista ta’ skejjel li aċċettaw u liema ma aċċettawx li jieħdu sehem.