Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rilokazzjoni tal-faċilità tat-tankijiet taż-żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjan għar-rilokazzjoni tal-faċilità tat-tankijiet taż-żejt lejn il-Marsa, għadux il-pjan tal-Gvern? Jekk iva, sa meta se jsir dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 301 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Ħal Qormi – Triq San Bastjan – xogħol

Question

Peress li qed ikun hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibbiltà tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġà qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin, u t-triq indikata hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt il-Kunsilli Lokali għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.

Ħal Qormi – Triq il-Vitorja – xogħol

Question

Peress li qed ikun hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 527.

Ħal Qormi – Triq Ġorġ Borg – xogħol

Question

Peress li qed ikun hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq Ġorġ Borg, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq Ġorġ Borg, f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 527.

Ħal Qormi – Triq tal-Ħlas – xogħol

Question

Peress li kien hemm numru ta’ ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq Tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 527.

Ħal Qormi – Triq il-Mitħna – xogħol

Question

Peress li kien hemm numru ta’ ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Mitħna, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid jekk saritx konsultazzjoni mar-residenti jew mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi dwar din il-materja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 527.

Proġett tax-shore-to-ship – tniġġis tal-arja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-proġett tax-shore-to-ship u jispjega x’differenza se jagħmel dan il-proġett f’dak li huwa tniġġis tal-arja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Clean Air Project (GHCAP) huwa investiment ambjentali ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-iżvilupp tat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru l-merkanzija jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gasoil jew heavy fuel oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt, sabiex iħaddmu l-makkinarju għas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-port. B’dan il-proġett se jonqos b’90% t-tniġġis tal-ajra kkawzat minn dawn il-vapuri u b’hekk Infrastructure Malta qed tagħti arja aktar nadifa lil 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir. Il-proġett ser jintroduċi d-distribuzzjoni tal-elettriku mill-mollijiet prinċipali tal-Port il-Kbir għall-vapuri tal-passiġġieri fil-Furjana, il-Marsa u l-Isla. Infrastructure Malta mbagħad se testendi ukoll din it-teknoloġija lejn Xatt il-Laboratorju u Ras Ħanzir (Fuel Wharf), f’Raħal Ġdid, ix-Xatt ta’ Lascaris fil-Furjana u partijiet mit-Tarzna ta’ Palumbo u l-Mediterranean Maritime Hub. F’Ras Ħanzir, Infrastructure Malta daqt tniedi l-bini ta’ faċilità ġdida ta’ 360 metru għall-immaniġġjar tal-merkanzija biex izzid il-kapaċità, l-flessibbiltà u l-effiċjenza tal-Port. Studji prelimarji jindikaw li permezz ta’ GHCAP, fuq medda ta’ 20 sena Malta se tiffranka sa €375 miljun fi spejjez ikkawzati mit-tniġġis fl-arja, bħal dawk ta’ saħħa u kura medika kif ukoll sabiex jittaffew l-impatti tat-tniġġis fuq l-ambjent naturali, fuq l-infrastruttura u fuq l-agrikoltura. Il-proġett se jnaqqas ukoll l-inkonvenjent tal-istorbju u t-tregħid tal-magni fil-Port il-Kbir. Permezz tal-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, Infrastructure Malta se tnaqqas drastikament l-emissjonijiet mill-vapuri tal-passiġġieri li jiġu Malta. Ladarba jkunu qed jitfu l-magni, il-vapuri tal-passiġġieri li jżuruna jibdew jarmu 93% inqas ossidji tan-nitroġenu (nitrogen oxides), 92.6% inqas materja f’partiċelli (particulate matter) u 99.6% inqas dijossidu tal-kubrit (sulphur dioxide). Dawn huma fost l-aktar emissjonijiet li jikkaġunaw mard respiratorju u problemi oħra ta’ saħħa. L-ewwel fażi tal-Grand Harbour Clean Air Project se jnaqqas ukoll b’39.6% l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju (carbon dioxide) li qed jikkawzaw l-emerġenza fil-klima. Fl-2020, qabel bdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett, il-Kummissjoni Ewropea inkludiet il-GHCAP f’lista ta’ 140 proġett infrastrutturali għat-trasport madwar l-Ewropa li se jkunu kofinanzjati permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-iskema ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea li tappoġġa infrastruttura għal trasport aktar sostenibbli. L-ewwel konnessjonijiet għad-distribuzzjoni tal-elettriku mix-xatt lill-vapuri tal-passiġġieri fix-Xatt ta’ Pinto, il-Furjana u f’Xatt il-Boiler, l-Isla huma skedati li jibdew joperaw fit-tieni kwart tal-2023, biex Malta tkun minn tal-ewwel fl-Ewropa li tadotta din it-teknoloġija ambjentali fuq skala ta’ port sħiħ. L-aġenzija għadha kemm poġġiet l-aħħar medda ta’ cables taħt l-art tan-netwerk ta’ tmien kilometri ta’ 33 kilovolt li se jwassal l-elettriku miċ-ċentru tad-distribuzzjoni ewlieni ta’ Enemalta plc fuq l-Għolja tal-Ġizwiti, il-Marsa lejn iz-zewġ frequency converter stations ġodda tal-proġett li jinsabu ħdejn Xatt l-Għassara tal-Għeneb (Deep Water Quay) fil-Marsa u f’Xatt il-Boiler, l-Isla. Dan is-sajf, se tkun qed tlesti dan in-netwerk bit-tqegħid ta’ 800 metru ta’ cables f’qiegħ il-baħar minn ħdejn il-Moll tal-Pont (Bridge Wharf), fil-Marsa lejn il-Moll tal-Faħam (Coal Wharf), f’Kordin. Sadattant, Infrastructure Malta poġġiet ukoll 20 kilometru minn netwerk ieħor ta’ 90 kilometru cables oħrajn ta’ 11-il kilovolt u cables ta’ komunikazzjoni li ser jgħaqqdu t-tagħmir fil-frequency converter stations mal-istazzjonijiet max-xatt u s-17-il punt ta’ konnessjoni għal mal-vapuri li se jkun hemm fuq il-mollijiet madwar il-Port il-Kbir, fil-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa u l-Isla. Il-kuntratturi tal-proġett lestew il-bini taz-zewġ frequency converter stations ta’ dan il-proġett f’Jannar li għadda. Dawn jinsabu ħdejn Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa u f’parti minn tinda kbira ta’ zmien l-Ingliz li hemm fix-Xatt tal-Boiler, l-Isla. L-inġiniera u t-tekniċi issa qegħdin jgħammru dawn l-istazzjonijiet bis-sistemi meħtieġa, li jinkludu 18-il transformer li jvarjaw minn 0.5MVA għal 21 MVA, erba’ frequency converters u 71 switchgear units biex flimkien jikkontrollaw u jikkonvertu d-distribuzzjoni tal-elettriku għall-frekwenzi meħtieġa mill-vapuri li jzuru l-Port il-Kbir. Dawn is-sistemi qed jaslu Malta minn fabbriki fir-Repubblika Ċeka, l-Italja u t-Turkija. Minbarra t-tagħmir għall-frequency converter stations u għaz-zewġ stazzjonijiet izgħar li qed tibni mal-moll fix-Xatt ta’ Pinto, Infrastructure Malta qed tirċievi ukoll makkinarju ieħor li ser jintuza fuq il-mollijiet, li jinkludi karrijiet biex fuqhom jinġarru l-irkiekel kbar tal-cables, kif ukoll vetturi biex jiġbudhom u krejnijiet biex jgħollu l-cables u jqabbduhom mal-vapuri. Is-sistema għad-distribuzzjoni tal-elettriku mix-xatt hija mfassla apposta skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett, b’tagħmir standard u tagħmir ieħor li qed jinħadem apposta. Qabel ma jintbagħat lejn Malta bil-baħar, it-tagħmir kollu jgħaddi minn testijiet rigorużi t’aċċettazzjoni li jsiru taħt is-superviżjoni tal-inġiniera tal-proġett.

Ajruplani rreġistrati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ ajruplani rreġistrati f’Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ajruplani rreġistrati fil-Malta Aircraft Register qiegħed dejjem jinbidel. Illum dan jammonta għal 670 ajruplan, li jfisser tkabbir ta' 500% fl-aħħar għaxar snin. Din is-sena biss kien hemm 63 reġistrazzjonijiet.

Proġett pilota ta’ autonomous buses

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-proġett pilota ta’ autonomous buses li ġie mħabbar f’Mejju tal-2021? Inkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett? Jekk iva, jista’ jgħidilna kemm u jagħtina rendikont ta’ kif dawn se jintefqu? Jekk le, jista’ jagħtina indikazzjoni dwar meta dawn jistgħu jinkisbu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tlestietx ir-riċerka fuq dan il-proġett? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx timeframe dwar meta se jsiru l-provi ta’ dan il-proġett fit-toroq ta’ pajjiżna u jekk hemmx l-infrastruttura kollha meħtieġa biex jibda l-ittestjar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- applikazzjoni għal proġett ġiet sottomessa bħala parti minn konsorzju għal finanzjament mill-UE. Ladarba jiġi kkonfermat, il-proġett ikun jista jibda. Dawn il-fondi se jintefqu fuq l-implimentazzjoni attwali, it-tfassil ta' leġislazzjoni xierqa u r-riċerka. Tlestiet l-ewwel parti li kienet tinkludi ezerċizzju ta’ skoping li wassal għat-tfassil tal-proġett. Il-fazi li jmiss se tikkonsisti fl-istudju u l-implimentazzjoni attwali. L-iskop ewlieni għal din ir-riċerka huwa li nifhmu aħjar kif l-aħjar nindirizzaw l-infrastruttura tat-toroq tagħna u nippreparaw għall-introduzzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda.

Vetturi elettriċi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-vetturi reġistrati fis-snin 2020 u 2021 kienu karozzi elettriċi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2020, 737 kienu karozzi elettriċi filwaqt li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2021 kien hemm 1,335-il vettura elettrika.

Vetturi hybrid reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-vetturi reġistrati fis-snin 2020 u 2021 kienu hybrid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2020 1,053 kienu hybrid filwaqt li mill-vetturi reġistrati fis-sena 2021 kien hemm 898 il-vettura hybrid filwaqt li sal-aħħar ta’ Mejju ġew reġistrati 450 vettura hybrid.

Vetturi skrappjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati vetturi (ta’ kull kategorija) fis-sena 2020 u 2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onor Interpellant li ġew skrappjati 8,163 il-vettura fis-sena 2020 u 10,431 il-vettura, fis-sena 2021 kif spjegat aktar fid-dettal hawn isfel; YEAR CATEGORY TOTAL 2020 L1 - Mutur b'zewg roti b’piz baxx 3 2020 L3 - Mutur 104 2020 L7E - Kwadriċikletta b'piz kbir 11 2020 M1 - Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri b'sedili mhux izjed minn tmien persuni minbarra s-sedil tad-driver 7450 2020 M2- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil tad-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' mhux izjed minn 5 tunnellati. 22 2020 M3- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil ta'd-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' izjed minn 5 tunnellati. 13 2020 N1- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' mhux izjed minn 3.5 tunnellati. 468 2020 N2- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 3.5 tunnellati izda mhux izjed minn 12 -il tunnellata. 49 2020 N3- Vettura u¿ata għall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 12-il tunnellata 31 2020 Makkinarju 8 2020 SP – Special Purpose 4 YEAR CATEGORY TOTAL 2021 L3 - Mutur 546 2021 L7E - Kwadricikletta b'piz kbir 15 2021 M1 - Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri b'sedili mhux izjed minn tmien persuni minbarra s-sedil tad-driver 8995 2021 M2- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil tad-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' mhux izjed minn 5 tunnellati. 15 2021 M3- Vettura uzata għall-ġarr ta' passiġieri, b'izjed minn tmien sedili minbarra s-sedil ta'd-driver, u li jkollha l-piz massimu ta' izjed minn 5 tunnellati. 5 2021 N1- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' mhux izjed minn 3.5 tunnellati. 625 2021 N2- Vettura uzata ghall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' izjed minn 3.5 tunnellati izda mhux iZjed minn 12 -il tunnellata. 76 2021 N3- Vettura u¿ata għall-ġarr ta' merkanzija u li għandha piz massimu ta' iZjed minn 12-il tunnellata 107 2021 Makkinarju 17 2021 SP- Special Purpose 20 2021 T- Vettura Agrikola 10

Qawra — materjal ta’ kostruzzjoni li ġie rrappurtat li waqa’ fil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma x’azzjoni ġiet meħuda fir-rigward ta’ materjal ta’ kostruzzjoni li ġie rrappurtat li waqa’ fil-baħar fi Frar 2022 u f’Mejju 2022 fil-Qawra minħabba xogħlijiet li qegħdin isiru fuq moll fl-istess żona? X’miżuri ttieħdu biex inċidenti bħal dawn ma jerġgħux iseħħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-PQ 953, ninfurmah li l-Awtorita għat-Trasport tiċħad li waqa xi materjal tal-kostruzzjoni fil-baħar kawza ta’ dan il-proġett. L-istanzi msemmija mill-Onerevoli Interpellant huma relatati ma’ ħsarat li ġarrbet is-‘silt curtain’ minħabba maltemp. Din il-ħsara irrizultat f’xi partiċelli li skulaw mill-parti tas-‘silt curtain’ li ġarrbet tiċrit. Sabiex dawn l-istanzi ma jerġgħux jirrepetu ruhom, il-kuntrattur ġie ordnat jarma zewġ ‘silt curtains’ sabiex, jekk tfalli l-ewwel waħda, ikun hemm it-tieni waħda li tilqa’ dawn il-partiċelli.

Kumpens għal ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal kumpens rigward ħsarat li ġarrbu vetturi minħabba l-istat ħażin tat-toroq fis-sena 2021? Jista' jagħti l-informazzjoni minn liema lokalità sar kull ilment? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet kienu aċċettati u kemm ingħataw kumpens f’kull każ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Bormla – Knights Boulevard – tneħħija ta’ vireġ ippuntati

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitneħħew il-vireg ippuntati li hemm fl-art quddiem in-Knights Boulevard f’Bormla, li qed ikunu ta’ periklu għal dawk il-ħafna persuni li jimxu f’din iż-żona?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.

Il-Gudja – Triq il-Karwija u Triq De Warsbergh – zebra crossing temporanja

Question

Peress li saret zebra crossing temporanja fit-tarf ta' Triq il-Karwija kantuniera ma' Triq De Warsbergh, il-Gudja (hekk kif jidher fir-ritratt anness) jista' l-Ministru jara li jsir dawl adegwat u jerġgħu jinżebgħu l-linji ta' zebra crossing, minħabba li din kważi ċċarat għalkollox u l-karozzi mhux jinnutawha, b'periklu serju għal kull min ikun qed jimxi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Il-linji tal-punt ta’ qsim pedonali indikat huma ppjanati li jerġgħu jin¿ebgħu minnufih. Sadanittant, Infrastructure Malta infurmat lill-entità konċernata sabiex tizgura li d-dwal indikati tat-triq ikunu mixgħulin kif meħtieġ.

Ħal Tarxien – Triq Simmons

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Simmons, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar. Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew fi żmien xahrejn oħra u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €200,000.

Ħal Tarxien – Triq Santu Wistin

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Santu Wistin, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar. Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew sal-aħħar tas-sajf u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €250,000.

Ħal Tarxien – Triq Lampuka

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se tkun lesta Triq Lampuka, f’Ħal Tarxien u kemm hu kkalkolat li se tiġi tiswa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpelalnt li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġuzeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq il-Lampuka, Triq Birżebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar. Ix-xogħlijiet fit-triq indikata jinkludu bdil ta’ servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa, bini ta’ bankini ġodda, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Huwa mmirat li dawn jitlestew sal-aħħar tas-sajf u l-valur tagħhom stmat li se jammonta għal madwar €230,000.