Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Saħħa – Uniformijiet tal-impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il sett ta’ uniformi fis-sena huma intitolati l-infermiera, tobba, carers u allied health professionals?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull sena, l-infermiera huma intitolati għal 3 settijiet ta’ tunic u qliezet, cardigan u żarbun, 3 pari kalzetti u 3 pari support tights (għal infermiera nisa). It-tobba (Foundation doctors) huma intitolati għal 4 settijiet ta’ tunics u qliezet (jingħataw sett ieħor ta’ uniformi fit-tieni sena ta’ servizz). Il-carers jingħataw 3 settijiet ta’ tunics u qliezet, cardigan, żarbun u 3 pari kalzetti fis-sena filwaqt li l-allied health professionals huma intitolati għal 2 settijiet ta’ tunic u qliezet, u cardigan fis-sena.

Raħal Ġdid – xogħlijiet fi Ġnien il-Mediterran

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet u xi spejjeż saru fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid matul din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Covid Memorial Garden li qiegħed f’parti mill-kumpless ta’ Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid u li jikkommemora l-Maltin li mietu kawża tal-Pandemija tal-Covid-19, jinkludi kostruzzjoni ta’ passaġġi ġodda fiż-żona allokata, inżergħu siġar u pjanti ġodda u kif ukoll ġie mwaqqaf il-monument ta’ kommemorazzjoni. L-ispiża totali għal dawn ix-xogħlijiet kienet ta’ madwar Euro 46,000.

Sptar Monte Carmeli – residenti permanenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 733, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti permanenti fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda pazjent li qiegħed għall-kura fl-isptar Monte Carmeli ma jitqies bħala ‘resident permanenti’.

Customer Care – każijiet ta’ ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu każijiet ta’ lmenti għand il-Customer Care matul is-sena l-oħra, kategorija b’kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa’ pendenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal liema entità qed tirreferi.

Dipartiment tas-Saħħa – servizz tal-Lifestyle

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Lifestyle? Liema Ċentri għandhom dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Lifestyle Clinics ġew żviluppati u mibdula f’Assessment of Well-Being Clinics, f’Lulju tal-2021. Dan il-klinika tipprovdi servizz ta’ valutazzjoni medika tal-benesseri tal-pazjenti biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu identifikati riskji u fatturi li jwasslu għall-mard u problemi ta’ saħħa eżistenti li jkunu għadhom ma ġewx diagnosed. Din il-Klinika tipprovdi wkoll opportunità għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, kif ukoll aċċess għat-tim multidixxiplinarju tad-dipartiment tal-kura primarja biex ikun hemm kontinwita’ ta’ kura aħjar. Din tipprovdi wkoll monitoraġġ, edukazzjoni u informazzjoni lil pazjenti li jkollhom komorbiditajiet (prevenzjoni sekondarja) skont il-ħtieġa. Barra minn hekk, l-klijenti / pazjenti jiġu referuti wkoll għall-screening b’mod aktar regolari bħala parti mill-programm ta’ kura ta’ prevenzjoni primarja. B’dan il-mod, ikun possibbli li l-pazjent jingħata attenzjoni medika aktar f’waqtha u jkunu jistgħu jiġu evitati kumplikazzjonijiet mediċi aktar 'il quddiem. Minn Lulju tal-2021 sal-lum għamlu użu minn din is-servizz 9,385 pazjent. Dan is-servizz huwa bl-appuntament u bħalissa huwa disponibbli mill-kliniki fil-Kommunita’ ta’ Ħ’Attard, Ħad Dingli, il-Fgura, Ħal Għaxaq, il-Gudja, il-Ħamrun, il-Kalkara, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Mellieħa, Tal Pieta`, Tas Sliema, Santa Luċija, Ta’ Xbiex, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, Ħaż Żabbar, iż-Żejtun u ż-Żurrieq.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi mhux fil-kompitu tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.

Ċentri tas-saħħa — servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’servizzi hemm f’kull Ċentru tas-Saħħa tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct orders? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ 6 xhur, skont ir-regolament 111 (2) tal-Public Procurement Regulations.

Northern Hub – applikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 667 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li tiġi sottomessa l-applikazzjoni neċessarja quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar? Meta hu mistenni li dan iċ-ċentru jibda jintuża u x'servizzi huma ppjanati li jibdew jingħataw f'dan iċ-ċentru? Jista’ l-Ministru jassigura li fil-pjanti jiġi pprovdut parkeġġ pubbliku, liema parkeġġ bħalissa jinsab f'dan is-sit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar qed tiġi kompilata. Hu mistenni li l-applikazzjoni ssir fix-xhur li ġejjin. Il-proġett taċ-ċentru reġjonali tas-saħħa mistenni jitwettaq fuq medda ta’ ħames snin. Iċ-ċentru se joffri firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ saħħa primarja li jibnu fuq is-servizzi offruti llum fiċ-centri tas-saħħa, biż-żieda ta’ iktar servizzi ta’ prevenzjoni u iktar mezzi teknoloġiċi pereżempju mezzi ta’ medical imaging u għall-kura dentali. Iċ-ċentru reġjonali tas-saħħa jkun jipprovdi wkoll faċilitajiet ġodda bħal renal unit u operating theatres fejn isiru operazzjonijiet żgħar (day surgeries). Dan kollu jgħin biex ikompli jitnaqqas il-piż fuq l-isptar prinċipali, jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija u biex is-servizzi jiġu offruti aktar viċin tal-komunità. Il-pjanti jipprovdu sabiex il-parkeġġ pubbliku li preżentament jinsab fuq is-sit jiġi inkorporat fil-kumpless il-ġdid. Dan ikun apparti l-faċilitajiet ta’ parkeġġ użati mill-ħaddiema taċ-ċentru u minn dawk li jżuruh.

Kliniċi tal-Gvern – servizz ta’ oftalmologu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra f’liema kliniċi tal-Gvern jingħata s-servizz ta’ oftalmologu, u l-frekwenza li bih jingħata dan is-servizz? Jista’ jinforma kemm ilu li s-servizz ta’ oftalmologu mill-klinika tal-Gvern fil-Mosta twaqqaf u meta hemm ħsieb li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tal-oftalmologu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għadu għaddej, saħansitra speċjalista tal-għajnejn imuri kull ħmistax mill-Isptar Mater Dei sabiex jara l-pazjenti li jbatu mill-marda tal-Glawkoma. Dan is-servizz jingħata wkoll erba' darbiet fil-ġimgħa mill-oftalmologu (specjalista tal-mard tal-għajnejn) tal-Primary HealthCare, fil-Primary Eye Screening Centre of Excellence li qiegħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.

Continuous Glucose Monitors – dijabete Type 1

Question

Jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra dwar jekk il-Gvern għandux pjan li jingħataw b’xejn il-Continuous Glucose Monitors lill-pazjenti dijabetiċi tat-Type 1 kollha, u li jingħataw l-istrippi tal-monitoraġġ b’xejn lill-istess persuni? Preżentement lil min qegħdin jingħataw dawn il-monitors u l-istrippi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Continuous Glucose Monitors ma jaħdmux bi strippi u għal daqstant pazjent li jingħata s-servizz tal-Continuous Glucose Monitors ma jingħatax strippi. Nikkonferma wkoll li CGM qiegħda tiġi rolled out lill-pazjenti bid-dijabete Tip 1 sa l-eta ta 21 sena.

Poliklinika tal-Imsida — stennija għar-riżultati tal-X-Ray

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex il-pazjenti li jmorru jiġbru r-riżultati tal-X-Ray mill-Poliklinika fl-Imsida, fil-ġurnata u l-ħin li fih ġew infurmati biex imorru, huma mġiegħla jistennew għal aktar minn erba' sigħat qabel jingħata r-riżultat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Imsida ma hemmx Poliklinika.

Qasam tas-Saħħa – nuqqas ta’ infermiera

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hu n-numru ta’ infermiera nieqsa fil-Qasam tas-Saħħa? X’inhu jsir biex jiġi assigurat li jkun hemm biżżejjed infermiera f’dan il-qasam?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li madwar id-dinja in-nuqqas ta’ professjonisti tas-sahha hija problema akuta, tant illi l-Għaqda Dinjija Għas-Saħħa tqiesha bħala waħda mit-teddidiet ewlenin globali għas-saħħa. In-nuqqas ta’ professjonisti għas-saħħa madwar id-dinja hu stmat li jlaħħaq mal-43 miljun. Il-Ministeru tas-Saħħa, flimkien mal-Ministeru tal- Edukazzjoni presentament għaddejjin b’kampanja li tippromovi l-professjoni tal-infermiera fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja, kif ukoll privati. Qed jiġi ppjanat ukoll ħolqien ta’ ‘Link Nurse Integrators’ biex igħinu rekluti ġodda jintegraw fl-entita’ rispettiva.. Il-proċess tas-sejħa għall-infermiera ġodda, li tinkludi l-istudenti li se jigradwaw din is-sena, ġie konkluż. Dan se jagħti lok li infermiera li huma diġa rreġistrati jissejħu mmedjatament, filwaqt li jassigura li l-mument li l-istudenti jgħaddu mill-eżamijiet u jiksbu r-reġistrazzjoni, ikunu jistgħu jibdew jaħdmu mingħajr dewmien. Hemm grupp ta 147 li se jiggradwaw din is-sena. Id-Direttorat tas-Servizzi Infermeristici qed jassisti lis-‘Special Accreditation Committee’ biex jiżviluppa passaġġi ta’ speċjalizazzjoni fil-professjoni u biex il-karriera tkun iktar attrajenti.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif qed jitmexxa d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu minnu s-sena l-oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed isiru sforzi sabiex l-operat ta l-Emergenza imur lura kemm jista jkun malajr fuq il-mudell ta qabel il-pandemija. Ghall daqstant l-emergenza pedjatrika reġgħet marret lura għas-sit originali tagħħa u ma kull pazjent jista jidhol visitatur wiehed. Ninnota illi l-isptar irid ikompli jilqa għall-pandemija u allura l-operat ta l-emergenza qed jibqa estiz fuq footprintakbar minn dak ta qabel sabiex inkomplu nosservaw il-prattiċi ta infection control. Fil waqt li kull pazjent li jiġi ammess l-isptar qed ikompli jitteħidlu il-Covid test. Fl-2021, kien hemm 115068 attendenzi fl-A&E (inklużi d-dipartimenti kollha li jżuru).

Ċentri tas-Saħħa – servizz ta’ social worker

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk iċ-Ċentri tas-Saħħa kollha għandhomx is-servizz ta’ social worker? Xħin jistgħu jiġu kkuntattjati dawn il-professjonisti u jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid ukoll jekk dan is-servizz jistax jingħata fid-djar skont l-esiġenzi tal-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta’ Social Worker fil-Primary HealthCare ikun offrut fil-klinika tal-komunita’ f’ Ħal Tarxien nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u il-Ħamis għall-pazjenti li jiġu riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Bormla, Furjana, Kirkop, Paola u Qormi, u miċ-Centru tas-Saħħa ta’ B’Kara it-Tlieta u l-Ġimgħa, għall- pazjenti li jiġu riferuti miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ B’Kara, Mosta, Rabat u Gzira. Is-servizz jingħata fid-djar skont l-eżiġenzi tal-pazjenti. Kull professjonist li jaħdem fic-Ċentri tas-Saħħa jista jirreferi il-pazjenti tiegħu għal dan is-servizz,.

Foundation for Medical Services – inġiniera u periti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm inġiniera u periti impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 21 inġiniera u periti impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)

Għajnuna finanzjarja għal-linja tal-għajnuna 1770

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux ser tiġi estiża l-għajnuna finanzjarja li ngħatat biex setgħet titħaddem il-linja ta’ għajnuna 1770? Jekk iva, sakemm ser tiġi estiża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-linja ta’ għajnuna 1770 ġiet introdotta fi ¿mien il-COVID 19, u issa is-sitwazzjoni hija aktar ikkontrollata xorta qed jiġi evalwat l-aħjar mod kif is-Servizzi għas-Saħħa Mentali tinvesti sabiex tibqa’ tiġi pprovduta l-għajnuna meħtieġa lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Servizzi ta' għajnuna għas-Saħħa Mentali għaż-żgħażagħ bejn it-13-il u s-17-il sena

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma s-servizzi li qed jingħataw bħalissa lill-persuni li jbatu minn saħħa mentali li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena? Jista’ jgħid f’liema residenzi jinżammu dawn il-persuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk li għandhom bejn it-13 u s-17-il sena li huma l-aktar fi kri¿i u jehtiegu aktar kura bhala in-patients jiddaħħlu fit-taqsima ta¿-zgħa¿agħ, YPU. Il-YPU tinsab barra l-MCH u tipprovdi kura lill-persuni taħt it-18-il sena. Il-pazjenti jiġu vvalutati u jitfassal pjan ta’ Kura tal-Pazjent individwali biex jiġu identifikati l-bżonnijiet taghhom. Il-pazjenti jiġu ttrattati u kkurati kif meħtieġ bil-ħsieb li l-pazjenti jiġu riabilitati lura fi ħdan il-komunità. Crisis Intervention and Home Treatment huwa servizz ibba¿at fuq il-komunità fejn il-professjonisti joffru servizzi ta’ sensibilizzazzjoni multidixxiplinarji lil ¿għa¿agħ taħt it-18-il sena fir-residenza personali tal-pazjenti. Dawn is-servizzi jistgħu jiġu offruti wkoll f’ambjenti komunitarji u segwiti fi kliniċi tal- out-patient . Liaison services huma servizzi offruti mit-Tim Multi-Dixxiplinari tal-YPU flimkien mat- Servizzi ta' Emerġen¿a Psikjatriċi tat-tfal u adoloxxenti. Dan huwa servizz immexxi minn infermier ibba¿at fid-Dipartiment tad-dħul u l-Emerġen¿a ta l-Isptar Mater Dei. ¯għa¿agħ sa 18-il sena li jiddaħħlu b’emerġenza f’Mater Dei minħabba problemi ta saħħa mentali jiġu evalwati u jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Jiġi mfassal pjan individwali tal-pazjent ibba¿at ukoll fuq l-aspett bijopsikosoċjali ħolistiku tal-individwu.

Qasam tas-Saħħa Mentali — waiting list

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx waiting list għall-kura fil-Qasam tas-Saħħa Mentali fi tfal ta’ taħt it-13-il sena, adolexxenti bejn it-13 u s-17-il sena u adulti ta’ 'l fuq minn 18-il sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-pazjenti kollha diġa għandhom l-ewwel appuntament skedat.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kaw¿a tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’ka¿ ta’ diffikultà ulterjuri. Ninfurmah ukoll illi l-haddiema professjonisti li jaħdmu fis-servizz tas-saħħa mentali jiehdu tahrig iktar profond minn hekk.