Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — rwolijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Min huma l-membri ta' din il-Kummissjoni? X'attivitajiet wettqet matul is-sena l-oħra? Kemm għandha fondi allokati biex twettaq l-attivitajiet tagħha?
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 8301 u jgħid meta l-persuna li għandha 80 sena u tgħix waħedha, li d-dettalji qed jidhru separatament, se tiġi msejħa biex tidħol f'xi dar għall-anzjani, meta f'Ottubru tas-sena li għaddiet l-applikazzjoni tagħha ġiet approvata?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8352 u jgħid għaliex mhux qed tingħata l-mediċina texoter lil dawk li għandhom kanċer tal-prostata, meta diġà tingħata lil dawk bil-kanċer tas-sider?
Għaliex dawn il-pazjenti mhux qed jiġu mgħejjuna bl-għoti ta' din il-mediċina?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8331u jgħid kif issir l-għażla biex jimtlew il-vakanzi fid-Day Centres tal-Anzjani? Il-postijiet vakanti jimtlew mill-home helpers jew mod ieħor? X'inhuma l-kriterji tal-għażla?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8034 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm benefiċjarji li qed jibbenefikaw mill-benefiċċju ta' l-enerġija din is-sena, kemm kien hemm fis-snin preċedenti minn meta ġie introdott dan il-benefiċċju, sena b'sena? Tista' tagħti d-dettalji tal-parametri u kriterji li kienu stabbiliti biex ikun hemm l-eliġibilità għal dan il-benefiċċju, sena b'sena minn meta ġie introdott? Kemm kien hemm benefiċjarji li kienu jieħdu dan il-benefiċċju sas-sena li għaddiet u din is-sena m'għadhomx eleġibbli u x'kienu r-raġunijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru ta’ benefiċċjarji li irċevew il-benefiċċju tal-Enerġija sal-aħħar ta’ Mejju ta' din is-sena huwa ta’ 25,853. Għas-sena 2007 dan l-ammont kien ta’ 27,439 filwaqt li għas-sena 2008 dan l-ammont kien ta’ 29,298.
L-ammont ta’ benefiċċjarji li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju din is-sena jammonta għal
2,243
. Minn dawn
495
twaqqfu għaliex kien hemm mewt filwaqt li
1,748
twaqqfu minħabba li ma baqgħux intitolati għal xi tip ta’ għajnuna soċjali jew għax ma baqgħux jikwalifikaw mit-test tal-mezzi.
Informat ukoll illi l-kriterji li ilhom fis-seħħ mill-2007 u li bihom jiġi stabbilit min hu intitolat għall-benefiċċju tal-Enerġija huma:
1. Min jirċievi xi tip ta’ għajnuna soċjali
2. Min jikkwalifika mit-test tal-mezzi
3. Każijiet umanitarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-postijiet li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament humiex proprjetà tal-Gvern, jekk humiex vakanti u jekk huma proprjetà tal-Gvern, iċ-ċwievet jinsabux għand l-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li d-dar konċernata hija propjeta tal-Gvern u l-Awtorita' tad-Djar għandha fil-pussess tagħha ċ-ċwievet ta' dan il-post. Il-fond l-ieħor huwa wkoll propjeta tal-Gvern u fil-preżent għadu mikri lil terzi .
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx faċilità biex tiġi kkontrollata l-infestazzjoni tal-wirdien mit-toroq tagħna? Naf li l-Pest Control Unit jikkura l-infestazzjoni tal-ġrieden u l-bergħud.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Pest Control Unit fi ħdan id-Dipartiment għal-Saħħa Ambjentali ma toffrix servizz biex tikkontrolla l-infestazzjoni tal-wirdien mit-toroq tagħna.
Madankollu, lmenti li dan id-Dipartiment jirċievi fuq dan ir-rigward, jiġu nvestigati biex tinsab il-kawża ta’ l-infestazzjoni.
Tobba tal-emerġenza mtellgħin il-qorti biex jixhdu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tabib tal-emerġenza ittellgħu l-Qorti jixhdu matul ix-xahar ta' April? Jekk hu possibbli dawk it-tobba li kienu xogħol u mhux fl-off tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk it-tobba li jitilgħu jixhdu l-Qorti fl-off tagħhom ikunux kumpensati sew fi flus jew f'xi benefiċċju ieħor bħalma jsir fil-każ tal-pulizija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma hemm l-ebda kumpens kontemplat għal tobba li jitilgħu jixhdu fl-off tagħhom. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun dan l-inkonvenjent, it-tobba jistgħu jagħmlu affidavit bl-informazzjoni meħtieġa mill-Qorti sabiex jaqdu dan id-dmir. Jekk il-Qorti ma tkunx sodisfatta bl-affidavit, it-tobba jiġu mitluba jitilgħu jixhdu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent attenda l-emerġenza fix-xahar ta' April li kienu fil-category 3 u kemm minn dawn kienu riferuti minn tabib? X'persentaġġ minn dawn kienu category 3 injury?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8822, 8618, 8425 u 8103 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm mietu nies bil-kanċer, sena b'sena, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll minn lokal lokal?
Immigranti irregolari — working permits u ktieb tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti irregolari li ngħataw il-working permit? L-immigranti irregolari huma obbligati li jagħmlu ktieb tax-xogħol biex jaħdmu?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8963 dwar l-iskema Care & Repair, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-alternattiva li qed toffri l-Awtorità tad-Djar biex din il-familja li ilha sentejn li applikat għal din l-għajnuna xi darba tingħata dan is-servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ toffri diversi skemi fejn persuni li jikkwalifikaw skond il-kundizzjonijiet applikabbli , jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja waqt li huma stess iqabbdu kuntratturi jagħmlu x-xogħlijiet meħtiega biex jirrendu l-post fi stat diċenti ta’ abitazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar m'aċċettatx il-ħlas ta' dan l-aħħar xahar għall-kiri ta' appartament mingħand single mother li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Jista' jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar qed tibgħat l-uffiċjali tagħha biex jispezzjonaw dan il-post kull meta din il-persuna jkollha bżonn issiefer biex tara familjari tagħha li jgħixu barra minn Malta?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?
Jista' l-Ministru jiddikjara meta f'Għawdex se jkun hemm assenjati speċjalisti fil-qasam tad-dijabete tat-tfal? Huwa sew li tfal Għawdxin b'din il-kundizzjoni, ikollhom jinżlu Malta?
Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' (kull xahar) is-Civil Society Committee tal-MCESD?
Response (DALLI, JOHN)
Billi is-Civil Society Committee ta' l-MCESD ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna hemm mill-Gvern għall-ġenituri li għadhom it-tfal ibatu bl-awtiżmu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li t-tfal bl-awtiżmu jibbenefikaw minn kull servizz li jingħata lil tfal b'diżabilita li jinkludi
a) l-ispecial Children Allowance li toħrog mill-Diviżjoni ts-Sigurtà Soċjali,
b) is-servizzi taċ-Child Development Advisory Unit tad-Diviżjoni tas-Saħħa,
ċ) is-servizzi tal-Edukazzjoni Speċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u li jinkludi servizzi miftuħa għat-tfal kollha b'diżabilita u servizzi speċifici għal dawn it-tfal.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8561 u 8106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk it-tħammil li qed isir minn wara iċ-Ċimiterju tal-Addolorata (Santa Luċija) hux isir bħala tindif jew tħammil għall-oqbra? Jista' javża lill-bdiewa minħabba l-inċertezza li dawn jinsabu fiha?