Legislature:
Category:
Reset
Active:

Temping Agencies – Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ temping agency ġiet rifjutata jew għadha fil-proċess għar-reġistrazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onor. Interpellant hija mitluba tressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għases tal-Pulizija — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema għases tal-Pulizija hemm xogħlijiet għaddejjin fihom? Jista’ jgħid x'inhuma dawn ix-xogħlijiet u jipprovdi d-data prospettiva bħala d-data tal-ftuħ ta' dik l-għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-aħħar snin il-Korp tal-Pulizija ħa inizjattivi kbar biex itejjeb l-ambjent fejn jaħdmu l-pulizija, u fejn jintlaqgħu n-nies biex jinqdew mis-servizz tal-istess Korp tal-Pulizija. Il-proġetti maġġuri jvarjaw minn dawk ta’ binjiet ġodda, għal rinovazzjoni ta’ binjiet eżistenti u l-ftuħ mill-ġdid ta’ binjiet li kienu ilhom magħluqa snin. Dan il-ftuħ mill-ġdid qed isir partikolarment bħala uffiċini tal-pulizija tal-komunità u b’taqsimiet speċjalizzati bħal mhuma l-hubs tal-vjolenza domestika li wieħed diġa’ nfetaħ f’Santa Luċija u ieħor se jkun qed jiftaħ fl-Imtarfa. Qatt daqs illum ma l-pulizija kienet viċin il-komunità. Ma jaqta’ xejn ukoll il-programm ta’ rinovar fl-għases u proprjetajiet, fejn ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet. Infurmat li x-xogħol f’San Ġwann mistenni jkun lest fil-vicin, fir-Rabat mistenni jkun lest ftit xhur oħra, filwaqt li x-xogħol fil-Ħamrun u fl-Imsida mistenni jkun lest fis-sena 2026. Dawn jingħaqdu ma xogħlijiet oħra fosthom it-tieni hub tal-vjolenza domestika fl-Imtarfa, fil-K9 section, tal-garaxx tal-Pulizija u Command and Control room.

Kummissarju tal-Pulizija — Impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument legali li jingaġġa lill-Kummissarju tal-Pulizija preżenti fil-kariga tiegħu, wara l-estensjoni li ngħata mill-Gvern, liema dokument jistabbilixxi r-responsabbiltajiet, is-salarji u ħlasijiet oħra, u l-kundizzjonijiet kollha relatati mar-responsabbiltà tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 20668 u 21730.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tiegħu, filwaqt li jispjega l-irwol, fiex jikkonsistu l-konsulenzi tagħhom u kemm dawn jitħallsu fil-perjodu ta' bejn il-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Ċentri ta' detenzjoni — Persuni

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-etajiet u n-nazzjonalità tal-persuni li bħalissa qed jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 167 persuna detenuti f’ċentri ta’ detenzjoni. In-nazzjonalitajiet huma: Iran, Togo, Colombia, Kosta tal-Avorju, Niger, Eritrea, Guinea, Sierra Leone, Marokk, Indonesia, Mauritius, Somalia, Georgia, Senegal, Benin, Sudan, Libja, Sri Lanka, Mali, Eġittu, Nepal, Indja, Etjopja, Gambja, Niġerja, Ghana, Eġittu, Pakistan, Sirja, Bangladexx. Infurmat li Rigward l-etajiet tal-individwi hemm 14-il persuna bejn it-18 u 21 sena, 40 persuna bejn 21 u 26 sena, 36 persuna bejn 26 u 31 sena, 45 persuna bejn 31 u 41 sena, 20 persuna bejn 41 u 50 sena, 3 persuni bejn 51 u 66 sena. Infurmat ukoll li hemm 9 persuni li qed jgħidu li għandhom taħt it-18-il sena madankollu l-passaport / dokument tal-individwi konċernati u / jew l-Age Assessment Test li sar mill-entitajiet konċernati iddeterminaw li huma adulti. Dawn bħalissa jinsabu fi stadju ta’ appell ta’ din id-deċiżjoni. Dawn id-9 persuni jinżammu f'żona separata minn persuni oħra, u dan sabiex jiġu protetti huma u persuni li huma verament minuri.

Identità – Ingaġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li ġew ingaġġati minn Identità u/jew preċedentement minn Identity Malta, bejn il-perjodu ta' Jannar 2021 u Settembru 2024, u jaqsam tali ammonti skont is-sena li ġew ingaġġati fiha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Ħaddiema ngaġġati Ħaddiema li spiċċaw 2021 14 41 2022 29 35 2023 72 40 2024 50 53

Identità — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tkeċċiet, irriżenjat jew ġiet trasferita minn, jew b'xi mod telqet mill-impjieg minn Identità u/jew preċedentement minn Identity Malta bejn il-perjodu ta' Jannar 2021 u Settembru 2024, u jaqsam tali ammonti skont is-sena li ġew ingaġġati fiha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Secondment u Ri żenji 2021 39 2022 48 2023 45 2024 57

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22365.

Kummissarju tal-Pulizija — Performance Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa stess approva l-għoti ta’ Performance Bonus ta’ €6,890 lill-Kummissarju tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar il-performance bonus tal-Kummissarju tal-Pulizija. Infurmat li l-Performance Bonus hu allowance stabbilit fost diversi karigi tas-Settur Pubbliku li tant iwettqu xogħol importanti. Infurmat li kwalunkwe allowance jew performance appraisal u l-ħlas relatat magħha issir jew mis-Superjur rispettiv ta’ kull grad, jew mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru u dan inlinea mar-regoli tas-Servizz Pubbliku, u mhux mill-Ministru. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.

Kummissarju tal-Pulizija — Performance Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-performance bonuses li ngħataw lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett. Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid. Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappre¿entanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser ¿idiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress i¿jed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli. L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar il-performance bonus tal-Kummissarju tal-Pulizija. Infurmat li l-Performance Bonus hu allowance stabbilit fost diversi karigi tas-Settur Pubbliku li tant iwettqu xogħol importanti. Infurmat li kwalunkwe allowance jew performance appraisal u l-ħlas relatat magħha issir jew mis-Superjur rispettiv ta’ kull grad, jew mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru u dan inlinea mar-regoli tas-Servizz Pubbliku, u mhux mill-Ministru. Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappre¿entaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet ba¿iċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - i¿da mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi. Infurmat ukoll illi fil-ka¿ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’mistoqsija parlamentari 21730. Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti. Ukoll infurmat li performance bonus beda jkun provdut mis-sena 2016 għal 12%, 2017 - 13%, 2018 - 12%, 2019 - 13.5%, 2020 - 14%, 2021 - 15%, 2022 - 15%, 2023 - 15% u 2024 - 15%.

Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force 2023

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18283, peress li s-Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force 2023 ma tqiegħedx fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-agreement?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 18283.

Persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18296, peress li t-tweġiba ma tinkludix l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkwistat iċ-ċittadinanza permezz tal-programm ta' investiment, u jipprovdi tali ammonti maqsuma skont in-nazzjonalità u s-snin ta' meta ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-rapporti tal-Uffiċċju tar-Regolatur (ORGCES) li diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u jinkludu din l-informazzjoni. Nitlob ukoll lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 20374, fejn ġie spjegat li d-dokumenti meħtieġa ta' kull sena jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jiltaqa’ u japprova l-Kumitat ta’ Monitoraġġ li jikkonsisti fil-Prim Ministru, il-Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Correctional Order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ b’Correctional Order li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li li fil-jum li ngħatajt din l-informazzjoni kien hemm persuna waħda biss b’Correctional Order li tinsab fil-Faċilità tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Residenti li għandhom 35 sena jew inqas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għandhom età ta’ 35 sena jew inqas u f’liema diviżjonijiet qegħdin? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm żgħażagħ f’kull diviżjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bħalissa fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi hemm 307 persuna li għandhom età ta’ 35 sena jew inqas.

Work permits — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17990 u jgħid kemm-il applikazzjoni għal work permit saret u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont it-tip ta' work permit li għaliha saret l-applikazzjoni, maqsuma sena b'sena mill-2010?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-2010 sal-aħħar ta’ Settembru 2024, Jobsplus irċeviet total ta' 69,671 applikazzjonijiet ġodda. Minn dawn, 67,722 ġew approvati, 1,580 ġew irrifjutati u 369 għadhom qed jiġu pproċessati.